Għaqda Mużikali L'Isle Adam

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Għaqda Mużikali L'Isle Adam

Għalkemm id-data uffiċjali tat-twaqqif tal-Banda L’Isle Adam hija s-sena 1860 kollox juri li fir-Rabat tal-Imdina ħafna qabel din is-sena kienet teżisti Banda għalkemm fuq skala iżgħar. L-ewwel referenza li għandna ta’ din il-Banda tmur lura għas-sena 1800.

Fejn fir-Rabat insibu li kienet diġa teżisti Banda li din kienet magħrufa bħala l-Banda ta’ l-Imdina għalkemm kienet stazzjonata fir-Rabat. Insibu li f’dik is-sena, 1800, fil-Karnival saret Festa fil-Palazz tal-Gran Mastru ġewwa l-Imdina fejn din l-attivita kienet tikkonsisti f’Akkademja, Kunċert u Ballu. Il-Banda ħadet sehem f’din l-okkażjoni u għal dan is-servizz tħalset is-somma ta’ ħames skudi u nofs (46c). Kienet ukoll ħadet sehem fil-Festa ta’ Corpus Domini u fl-Ottava ta’ din il-Festa u tħallset 10 skudi.

Fl-1802 il-Banda ħadet sehem fit-tiġrijiet tal-Imnarja u mill-1805 sal-1818 kienet takkumpanja l-ġurati tal-Imdina minn din il-belt sa taħt is-Saqqajja għat-tiġrijiet taż-żwiemel li jsiru kull sena f’din il-Festa. Fl-1813 it-tiġrijiet tal-bhejjem ma sarux minħabba li kien hawn il-Pesta. Din il-Banda nsibu li kienet tagħti servizzi ‘il barra mir-Rabat bħalma ġara fl-1808 fejn daqqet fil-purċissjoni bl-istatwa ta’ Sant’Antnin li saret mill-Għarb għar-Rabat.

Fl-1814 u fl-1816 din il-Banda daqqet ġewwa ż-Żurrieq għal Festa ta’ Santa Katerina. Fejn insibu miktub hekk m’għandniex nifhmu illi fost dawn il-ħafna elementi mużikali ma kienx hemm ukoll dawk intunati u armoniċi. Tant hu hekk illi fis-snin 1814-1816 il-Prokuratur Dun Ġużepp Farrugia ma jirriferix biss għal La Banda fil-festa ta’ Santa Katarina iżda jgħid li din kienet il-Banda tar-Rabat aktarx predeċissura ta’ dik kif nafhuha illum Għaqda Mużikali L’Isle Adam imwaqqfa formalment fl-1860 minn Indri Borg u antikament magħrufa wkoll bħala l-Banda tar-Rabat. Din il-Banda kellha fiha elementi tajbin tant illi fl-1815 wieħed bandist kien ħa ħsieb ukoll idoqq l-orgni tal-Knisja taż-Żurrieq waqt il-funzjonijiet sagri, l-prokuratur kien iħallashom bejn 12 u 15-il skud.

Ħadet sehem ukoll fil-festa tal-Vitorja fil-Mellieħa fl-1815 u tħalset tmien skudi u nofs bejn is-snin 1848-1868. Fis-sena 1835 din il-Banda della Notabile nsibuha tieħu sehem fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fl-Imdina. Fl-1856 din il-Banda nsibu li ħadet sehem fil-Festa ta’ San Alwiġi f’Għawdex. Jidher li fis-snin ħamsin tas-seklu dsatax jiġifieri għal ħabta tas-sena 1854 bdiet tidher aktar organizazzjoni ta’ din il-Banda fejn insibu li f’dar 76, Triq Doni, kantuniera ma’ Triq San Bartilmew kienu jinġabru grupp ta’ żgħażagħ ġuvintur sabiex isir it-taħrig tal-Mużika. Dan it-tagħlim kien isir b’xejn għal dawk li kienu mir-Rabat u l-Imdina. Dan huwa l-ewwel post li jissemma fl-Istorja glorjuża ta’ din is-Soċjeta’. It-tagħlim tal-Mużika kien isir minn Mastru Indri Borġ li kien mill-Belt Valletta u li kien tilef id-dawl t’għajnejh meta kellu biss sentejn. Is-Sena 1860 hija s-sena li l-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tagħraf bħala s-Sena li fiha twaqqfet uffiċjalment wara li kienet ilha għal bosta snin tiffunzjona. M’għandna l-ebda dubju fuq din id-data, anzi fortunatament tinsab imniżżla fl-istorja ta’ Malta ta’ Pietru Pawl Castagna, li fit-tielet volum ta’ l-opra tiegħu jgħid hekk:- "L-ewwel Banda Nazzjonali saret f’Ħaż-Żebbuġ mit-tant imsemmi Vallettan Mastru Indri Borg fl-1860. Sitt xhur wara, l-istess Indri fforma t-tieni Banda fir-Rabat ta’ l-Imdina. Pero’ jidher biċ-ċar li minn hawn ‘il quddiem sar dejjem sforz ħalli din il-Banda jarawha mixja ‘l quddiem. Kif nafu minn sorsi oħra l-Banda ta’ Indri Borg bdiet ġejja l-quddiem u nafu li kienet organiżżata tajjeb ħafna, għax kienu jxebbħuha mal-Baned Militari. Tant hu hekk illi fil-"Ġurnal Malti" tat-30 ta’ Marzu 1865 insibu deskrizzjoni tal-Festa ta’ San Ġużepp nħar id-19 ta’ Marzu 1865. Fost l-oħrajn naqraw hekk dwar il-Banda tagħna:Il-Purċissjoni kienet ta’ min jiftħar biha, l-kwiet, il-ġmiel tal-Banda mal-vara ta’ San Ġużepp ta’ l-imgħallem Andrea Borg, allavolja għama, għad-direzzjoni mpossibli, kulħadd ikollu paċenzja, ma’ nsibulha l-ebda differenza minn banda militari....

Barra li kienet iddoqq programmi fir-Rabat nafu illi fis-sena 1865 din il-Banda ħadet sehem ukoll fil-festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ. Erbgħa snin wara, jiġifieri fis-sena 1869 dil-Banda ġiet mistiedna biex idoqq programm għal morda ta’ l-isptar tal-Moħħ f’ Wied Inċita. Xiedha oħra ta’ kemm il-Banda L’Isle Adam kienet magħrufa bħala l-Banda ta’ Rabat huma żewġ brieret li kienu jagħmlu parti mill-uniformi tal-Banda li żanżnet fid-19 ta’ Marzu 1862. Dawn il-brieret li tnejn minnhom għadhom ikkonservati ġewwa vetrina f’ Palazzo Xara, għandhom l-arma tal-beritta turi l-emblema tar-Rabat bil-fergħa taż-żebbuġ taqsam in-nofs tal-istemma. Din l-arma hija xhieda ċara fejn issa żgur nistgħu ngħidu li l-Banda L’Isle Adam kienet, għadha u tibqa’ l-Banda Ewlenija tar-Rabat u l-Imdina u ħadd ma jista’ jbiddel dan it-titlu bl-ebda mod.

Biż-żmien il-Banda L’Isle Adam bdiet tkun marħufa bħala l-Banda ta’ San Ġużepp minħabba l-fatt li l-Banda kienet u għada tagħti sehem kbir fil-Festa ta’ San Ġużepp, li tkun organiżżata mill-Arċikonfraternita tal-istess Qaddis kull sena fid-19 ta’ Marzu b’pompa kbira bis-sehem tal-Kapitlu Metropolitan. Huwa fatt li anke minħabba li kważi l-membri kollha kienu Fratelli Professati fl-istess Fratellanza. Fl-1869 sbatax-il bandist kellhom x’igħidu bl-ikraħ mal-Kumitat tal-Banda L’Isle Adam u dawn ħassew li jkun aħjar li jiffurmaw banda oħra u fil-fatt hekk kien. Jidher biċ-ċar li kien hemm ukoll xi wħud minnhom Fratelli ta' San Ġużepp fosthom l-ewwel Surmast ta' din is-Soċjeta’, Mro. Epifanio Agius li professa bħala Fratell fl-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu 1843 u li aktar tard sar Surmast tal-Banda L’Isle Adam għax kif jgħidu d-demm qatt ma jsir semm. Xhieda oħra kemm din il-Banda ħarġet mill-Banda L’Isle Adam hu li t-tieni sede ta’ din il-Banda kienet fi Triq Bir l-Iljun Nru 7 fil-qalba tal-Partit Ġużeppin.

Kienet ukoll għal xi żmien tieħu sehem fil-festa ta’ San Ġużepp bħas-sena 1876. Il-membri ta’ din is-Soċjeta’ ħassew li kellhom ukoll jagħtu isem marbut ma’ l-istorja ta’ Malta pero’ din id-darba ħassew li għandhom jagħżlu l-perjodu Normann f’Malta u l-Banda ngħatat l-isem ta’ Banda Konti Ruġġieru bil-laqam ta’ l-Ajkla u ta’ Fuq, dan kien fl-1880 meta l-istess banda żanżnet uniformi bajda tas-Sajf u fuq il-Beritta ġabet l-arma ta’ dan il-Konti. Id-devozzjoni li kien hemm lejn San Ġużepp u s-Santwarju tiegħu kienu xiehda anke ta’ l-isem li ġie mogħti lil din l-Ewwel Banda fir-Rabat fejn l-isem magħżul kien dak ta’ l-ewwel Gran Mastru ta’ l-Ordni f’Malta jiġifieri dak ta’ L’Isle Adam li kien ġab miegħu l-istatwa antika ta’ San Ġużepp ix-Xiħ u miet fil-Kunvent tal-Patrijiet Minuri. Kif ġa għedna dan kien fl-1880 u sal-lum il-ġurnata għadda jġib l-istess isem bl-unuri kollha u matul dawn il-130 sena qatt ma ċaħdietu.

Is-Soċjeta’ bidlet ir-residenza tagħha f’diversi drabi. Bejn l-1854 u l-1857 insibu għadd tajjeb ta’ studenti li kienu jintaqaw għal lezzjonijiet tal-mużika għand Mro. Indri Borġ f’76 Triq Doni kantuniera ma’ Triq San Bert. Wara dan iż-żmien is-Soċjeta’ mxiet għal 22 Triq Żondadari minħabba l-bżonn ta’ iktar spazju. Wara żmien qasir bdiet topera minn tlett ikmamar fi 33 Triq Santu Wistin, minħabba l-eżiġenzi ta’ dak iż-żmien il-Banda kellha timxi għal 77 Triq San Pawl fl-1874. Dan il-bini llum huwa ġdid imma jidher li qabel inbena kif nafuh illum kien post kbir għaliex f’dan il-każin bdew isiru programmi mużikali u ballijiet għal mogħodija taż-żmien. It-tmexxija ta’ dan il-Każin kienet taħt id-direttur Ġanni Vella ta’ Xmun. Iżda fl-1884 kellha terġa timxi l-isfel fl-istess Triq, f’numru 89 dejjem biex tikseb sede aktar spazjuża. Il-Membri kellhom il-kmamar t’isfel biss u fi ftit żmien sar ftehim bejn il-Banda u l-Każin biex tinkera d-dar kollha u marru flimkien.

F’dan il-każin bdew jorganiżżaw is-sistema tat-tmexxija billi ġie ffurmat Kumitat wieħed bejn il-Banda u l-Każin. Fid-9 ta’ Awwissu 1884 saret l-ewwel laqgħa Ġenerali. Wara biss sentejn fl-1886 il-Każin reġa mexa’ għal numru 33 fit-Triq Santu Wistin. Għall-inawgurazzjoni ta’ dan il-bini bħala s-Sede tal-Banda L’Isle Adam fit-3 ta’ Ġunju 1886 attenda ħadd ħlief l-E.T. il-Gvernatur ta’ Malta Sir John Linton Simmons. Fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-1886 indaqq għal ewwel darba l-Innu Popule Meus tas-Surmast Lorenzo Gatt. Fit-8 ta’ Mejju 1887 ġie deċiż li jiġi rranġat it-terrazzin u titwaqqaf Kumpanija Teatrali. Din ingħatat l-isem ta’ Emmanuele Vitale, Rettur tal-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp u Ġeneral tal-Maltin fiż-żmien l-Imblokk tal-Franċiżi.

Din għamlet l-ewwel debutt tagħha fl-31 t’Awwissu 1888 fejn kien inawgurat l-istess teatru. Fit-2 ta’ Jannar 1887 iżżanżnet l-Bandiera Uffiċjali tas-Soċjeta Filarmonika L’Isle Adam-Notabile. Fil-Ġimgħa l-Kbira 1888 iżżanżan l-Innu "Eri Mancipio" ta’ Mro. Carmelo Camilleri. Fl-1889 il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem fl-Ingress Solenni tal-Isqof Pace fir-Rabat u l-Imdina.

L-Ewwel Safra

L-ewwel safra li l-Banda L’Isle Adam għamlet barra minn xtutna kienet ġewwa l-Italja fejn marret ġewwa Reggio Calabria f’Settembru tal-1895 abbord il-vapur Carola. Dan kien ta’ ferħ kbir għall-membri u l-ammiraturi tal-Banda L’Isle Adam. Ġewwa Reggio l-Banda sabet folol kbar ta’ nies jistennew il-miġja tagħha fejn din il-merħba kienet tant kbira li fiha ħadu sehem żewġ baned Taljani li kienu l-Banda Muniċipali u s-Soċjeta’ Mandolinistika. Ġewwa Reggio l-Banda għamlet diversi marċi brijużi tul it-toroq ta’ din il-Belt u anke esegwiet programm mużikali li ġie milqugħ b’entużjażmu kbir. Il-Banda kellha laqgħa mas-Sindku tal-Belt li f’diskors li għamel faħħar bi kbir l-eżeguzzjoni tal-programm. Il-Banda L’Isle Adam ġiet preżentata b’diversi rigali u tifkiriet ta’ din iż-żjara. Din il-mawra ġiet fit-tmiemha fit-30 ta’ Settembru. Pero’ s-suċċess tal-mawra kompla anke f’Malta għaliex meta l-Banda waslet ix-xatt kien hemm folol kbar oħra ta’ nies biex jagħtuha merħba, fosthom deputazzjoni mill-Banda Prince of Wales, illum magħrufa bħala, is-Soċjeta Filarmonika King’s Own.

Mal-Banda L’Isle Adam ġew ukoll il-Banda Muniċipali u s-Soċjeta’ Mandolinistika. Nħar il-Ħadd, 12 t’Ottubru 1896 saret Festa fir-Rabat sabiex tfakkar l-Għaqda ta’ Malta mal-Ingilterra. Il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem ukoll f’din il-Festa flimkien mal-Baned tas-Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru, Duke of Edinburgh, Prince of Wales u tal-King’s Own Lancaster Regiment. Fis-17 ta’ Frar 1897 is-Sur Feliċ Vassallo ppreżenta pittura bix-xbieha tal-Gran Mastru L’Isle Adam. Il-Ħadd 20 ta’ Ġunju 1897 il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem fil-Festi tal-Ġublew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria, billi mmarċjat ma’ għadd ta’ Baned Maltin oħra f’ Korteo li sar ġewwa l-Belt Valletta, kif ukoll għamlet programm fil-Furjana.

It-Tieni Safra

It-tieni safra li għamlet il-Banda L’Isle Adam kienet proprju ġewwa Sirakuża f’Awwissu 1897 dan sar wara li s-Soċjeta’ Filarmonika L’Isle Adam (għax hekk kien jisimha l-Banda tagħna dak iż-żmien) ġiet mistiedna biex tmur iddoqq ġewwa din il-Belt fis-Sqallija, l-Bandisti u l-membri laqgħu bil-ferħ din l-istedina. F’ Sirakuża l-Banda ġiet milqugħa mis-Sindku u mill-Banda Muniċipali. Il-Banda esegwiet diversi marċi tul it-toroq ta’ Sirakuża iżda fuq kollox il-qofol kien Programm Mużikali li l-Banda tellet quddiem folol kbar ta’ nies u li kien ta’ suċċess kbir. Il-Banda kienet taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Geatano Grech. Wieħed għandu jikkunsidra li f’dawk iż-żminijiet l-uniku mezz ta’ transport kien biss bil-baħar iżda l-Ewwel Banda Rabtija wetqet żewġ safriet f’temp ta’ sentejn.

Kummitat Wieħed

Fl-20 t’Awwissu 1899 seħħet parti mportanti fl-istorja ta’ din il-Banda billi waqt seduta Ġenerali l-Banda u t-tmexxija tal-Każin bdew jiġu amministrati taħt Kumitat wieħed, bin-Nobbli Ignazio dei Marchesi Testaferrata Bonnici jinħatar Patrun tas-Soċjeta’. Fl-1900, il-Banda bdiet dan is-seklu ġdid bil-kbir għax għal Festa ta’ San Ġużepp iżżanżan l-"Inno San Giuseppe" tas-Surmast Carmelo Spiteri li mexxa l-Banda bejn l-1879 u l-1880 dan inkiteb għall-okkażjoni tal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda. Dan l-Innu llum hu magħruf magħna l-Ġużeppini Rabtin bħala "Insellmulek". Fit-22 ta’ Settembru 1901 il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem fl-inawgurazzjoni tal-Monument ta’ Kristu Salvatur b’tifkira tal-bidu tas-seklu l-ġdid f’ Tal-Virtu r-Rabat. Fl-1901 ħadet sehem fiż-żjara li għamlu d-Duka u d-Dukessa ta’ York f’Malta u fil-Festi tal-Inkurunazzjoni tar-Re Dwardu fl-1902. Fl-1904 ħabat il-50 sena minn meta l-Papa Piju IX idefinixxa d-Domma tal-Immakulata. Il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem fil-Festa tal-Kunċizzjoni li ssir fil-Kappella tagħha f’Wied Gerżuma limiti tar-Rabat. Fis-26 ta’ Marzu 1905 il-Banda ħadet sehem f’ serata d’onore ad unur s-Surmast Paolino Vassallo, ġewwa t-Teatru Rjal fil-Belt Valletta. Hawn hekk il-Banda L’Isle Adam ġiet ppreżentata bħala l-Banda Anzjana fost il-Baned Maltin.

Għall-Imnarja 1905 l-Għaqda Agrarja stiednet il-Banda L’Isle Adam sabiex iddoqq fil-ġonna tal-Buskett f’din il-Festa tradizzjonali. Din l-istedina saret b’ittra li kienet intbagħtet fl-11 ta’ Ġunju tal-istess sena. Fil-fuljett maħruġ mill-istess għaqda għal istess okkażjoni l-Banda L’Isle Adam ġiet ppreżentata hekk "The National Banda L’Isle Adam of Notabile will attend". Dan juri li l-Banda L’Isle Adam minn dejjem kienet l-ewlenija mhux biss fir-Rabat iżda f’Malta kollha. Fil-Festa ta’ San Ġużepp tal-1906 ġiet imżanżna uniformi ġdida u lussuża li tixraq lill-ewwel Banda Rabtija. Din l-uniformi kienet magħmula minn drapp oħxon qisu pannu bil-galjuni tad-deheb. Xi eżempji ta’ din l-uniformi għadhom jistaw jitgawdew f’ Palazzo Xara. Fit-12 ta’ Mejju 1906 is-Sur Salv Sant Manduca li kien segretarju, f’isem is-Soċjeta’ bagħat jitlob lil Fra Galeazzo di Thun e Hohenstein, Gran Mastru ta’ l-Ordni f’ Ruma biex il-Banda tikseb il-kbir unur u privileġġ li titqiegħed taħt il-Patroċinju tiegħu. Dan il-Gran Mastru bagħat iwieġeb b’sogħba illi, li biex jimxi bħal ta’ qablu, ma jieħdux sehem ma’ l-ebda soċjeta’, ma’ setgħax jilqa’ t-talba. Ma' dan kollu, kompla jgħid, li fiħ kien iħoss interess u simpatija lejn din il-magħrufa soċjeta’ li hija magħquda mat-tifkiriet qodma ta’ l-Ordni. Meta ġie Malta dan il-personaġġ għamel żjara lill-Każin ma’ Mons. Alfredo Mifsud D.D. F’Diċembru 1907 żaru Malta d-Duka u d-Dukesssa ta’ Conaught u l-Banda reġgħet tat is-sehem tagħha bħal drabi oħra. Fl-26 ta’ Jannar 1912 waqt iż-żjara tar-Re Ġorġ V u r-Reġina Maria l-Banda daqqet fil-ġonna tal-Buskett fuq ix-xewqa tal-Gvernatur ta’ Malta u l-istess Re preżenta standard bl-istemma tal-Gran Mastru L’Isle Adam. Dan kien rigal ta’ Mons. Kan. Kapitulari d-Dekan Vinċenz Vassallo, li kien benefattur u ammiratur kbir tal-istess Banda. Dan għadu kkonservat ġo kaxxa tal-ħġieġ fis-Sala tal-Kunċerti ġewwa Palazzo Xara.

Fil-Kunċert tal-Imnarja 1912, il-mużika li ndaqqet dak inhar kienet mużika maltija biss. Is-Siltiet kienu "Agnesi Visconti 1 & 2" ta’ Anton Nani, "Cordelia" ta’ Vinċenzo Bugeja u “"Lord Grenfell"”li kienet kompożizzjoni tas-Surmast Antonio Micallef li dderieġa l-istess programm. Bejn it-23 u 27 ta' April tal-1913 f’Malta sar l-24 Kungress Ewkaristiku u l-Banda kellha sehem attiv ħafna. Fid-19 t’April 1915 il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem fl-Ingress Solenni tal-Isqof Mauro Caruana fl-Imdina. Sena wara ċ-Ċircolo Alfonso Re d’Aragona ta’ l-Imdina preżenta bandalora ħamra b’tifkira ta’ l-istess Ingress Solenni. Fl-10 ta’ Mejju 1915 is-Soċjeta’ ddeċidiet li tiftaħ il-bibien tagħha għal dawk is-suldati li jkunu qegħdin jieħdu l-kura f’ Malta u li ma setgħux imorru lura fuq il-kamp tal-battalja. Għal dan il-ġest nobbli l-Gvernatur ta’ Malta Lord Mathuen bagħat jirringrazzja personalment lis-Soċjeta’. Il-Banda kienet ukoll tmur tferraħ il-pazjenti ġewwa l-isptar tal-Imtarfa.

Truppa tal-Boys Scouts

Fl-1918 grupp ta’ żgħażagħ bandisti u soċi ffurmaw truppa tal-Boys Scouts bl-isem ta’ Notabile Troup li kellha l-Kwartieri tagħha ġewwa l-Banca Giuratale fl-Imdina. L-ewwel scout master ta’ din it-truppa kien is-Sur Vincent Micallef. L-istandard tat-truppa ġie ppreżentat mill-Gvernatur Lord Matheun. Qabel din il-preżentazzjoni t-truppa kienet immexxija mill-Banda L’Isle Adam, mill-Imdina sas-Saqqajja. Wara ċ-ċerimonja l-Gvernatur Lord Matheun ġie mistieden il-Każin li kien fit-33 Triq Santu Wistin fejn saritlu laqgħa kbira. Wara l-Gvernatur Matheun bagħat ir-ritratt tiegħu lis-Soċjeta’. Fit-13 ta’ Jannar 1918, inħatar bħala President tas-Soċjeta’ l-Avukat Dr. Dunstan George Bellanti, L.L.D. F’Marzu 1920 kienu saru Festi kbar organizzati mill-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp biex ifakkru l-50 sena minn meta l-Papa Piju IX iddikjara lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali. Fil-14, 15 u 16 ta’ Marzu filgħaxija saru diversi marċijiet mill-Banda L’Isle Adam. Lejlet il-Festa fit-18 ta’ Marzu f’nofs in-nħar il-Banda L’Isle Adam għamlet marċ kbir u brijuż mat-toroq prinċipali tar-Rabat. Nħar l-Festa l-Banda tat sehemha flimkien ma’ diversi Baned minn Malta kollha. Fid-19 ta’ Marzu żar il-Każin l-Isqof ta’ Malta Mauro Caruana wara li kkonċelebra Pontifikal Solenni fis-Solennita ta’ San Ġużepp.

Għall-ewwel darba il-Banda idoqq f’Għawdex għal festa ta’ San Ġorġ

F’Ġunju 1920 il-Banda L’Isle Adam kienet mistiedna għal ewwel darba mis-Soċjeta’ Filarmonika La Stella A.D. 1863 tal-Belt Victoria f’ Għawdex għal festa ta’ San Ġorġ. Dan is-servizz kien suċċess kbir għax baqa’ jsir għal diversi snin wara. F’Novembru 1921 żar Malta l-Prinċep ta’ Wales fejn waqt iż-żjara tiegħu nawgura l-ewwel Parlament Malti ġewwa l-Palazz tal-Gvernatur fil-Belt Valletta. Waqt l-istess żjara l-Prinċep żar l-Imdina fejn kien milqugħ mill-Banda L’Isle Adam li għall-okkażjoni żanżnet Bandalora Ġdida. Fit-8 ta’ Jannar 1922, inħatar bħala President tas-Soċjeta’ l-Prokuratur Legali Ercole Valenzia P.L. Fis-17 ta’ Jannar 1926, inħatar President tas-Soċjeta, l-Avukat Philip Pullicino L.L.D., li aktar tard inħatar Sir mir-Re Ġorġ V. Meta s-Sede uffiċjali tal-Banda L’Isle Adam kienet għada f’numru 33 Triq Santu Wistin, kien hemm ġnien kbir u l-Kumitat ddeċieda li jinbena teatru fuq il-pjanta tal-Perit Rabti Carmelo Micallef. Ix-xogħol tmexxa’ mill-istess perit Micallef, li wara laħaq Segretarju u mill-membru tal-Kumitat is-Sur Carmelo Agius (missier il-Perit Joe Agius Bonello).

Jinfetaħ it-Teatru Astoria

It-Teatru Astoria kien inawgurat fl-1927 fiħ kienu jsiru rapreżentazzjonijiet mill-Kumpanija Teatrali Vittorio Alfieri mwaqqfa fl-1925, mill-Istage Comandos u oħrajn.

Din il-kumpanija Teatrali kienet waħda serja u rinomata ħafna u kienet ittella’ ħafna drammi kbar. Wieħed mill-membri ta’ din il-kumpanija Teatrali kien ħadd ħlief l-iskultur Nazzjonali Prof. Anton Agius. Fit-13 ta’ Jannar 1929 inħatar President tas-Soċjeta’ l-Avukat Salvatore Schembri L.L.D., li aktar tard inħatar Imħallef fil-Qrati Maltin. Fl-1930 il-libsa tal-istatwa ta’ San Ġużepp ġiet sgraffita u ndurata mill-induratur Ġużeppi Farrugia u d-dekoratur Mikiel Fsadni. Dan ix-xogħol, uniku f’Malta sar minn dawn iż-żewġ membri tas-Soċjeta’. Meta tlestiet fid-9 ta’ Marzu l-istess statwa kienet imwassla b’dimostrazzjoni kbira mill-Knisja ta’ Santu Wistin, għal Knisja Ta’ Ġieżu fejn akkumpanjat l-Banda L’Isle Adam. Fl-1934 iżżanżnet pittura kbira tal-Gran Mastru L’Isle Adam, xogħol tal-pittur Antonio Caruana. F’Mejju 1935 is-Soċjeta’ u l-Banda ħadu sehem fil-Ġublew tal-Fidda tal-Majesta tagħhom ir-Re Ġorġ V u r-Reġina Marija, bi Programm mużikali fi Pjazza Saqqajja nhar il-11 ta’ Mejju u f’Ġunju laqgħet lil Kardinal Lepicier O.S.M.

Fra Lodovico Chigo Albani, Patrun tas-Soċjeta

Fl-10 ta’ Diċembru 1935 is-Soċjeta’ rċiviet ittra Uffiċjali mill-Gran Mastru tal-Ordni Sovran Militari ta’ San Ġwann ġewwa Ruma, Fra Lodovico Chigo Albani fejn għarraf lill-Kumitat li huwa aċċetta li jkun Patrun tas-Soċjeta. Ikkonferma wkoll li l-Ordni tiegħu aċċettat u rratifikat li l-Banda tagħna jġib l-isem glorjuz tal-Gran Mastru L’Isle Adam, hu wkoll feraħ lil Banda f’għeluq il-75 sena mit-twaqqif uffiċjali tagħha.

Fit-22 ta’ Diċembru 1935 saru Festi Speċjali sabiex jitfakkar il-75 sena mit-twaqqif ta’ din l-Għaqda Mużikali. Filgħodu saret quddiesa bil-kant tat-Te Deum fl-Oratorju ta’ San Ġużepp fejn iżżanżnu brieret ġodda għal Bandisti. Sar ukoll Planċier Nagħla ġdid għal Banda fuq il-Pjanta tal-Perit Rafel Pitre fejn dan inħadem ġewwa t-Teatru Astoria, kif ukoll programm mużikali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Salvatore Mallia fuq l-istess Planċier. Dak inhar il-Banda daqqet: Innu L’Isle Adam, Innu tal-Papa, l-Overture Le Roi d’Ys ta’ Lalo, Rhapsodia Ungherese No.2 ta’ Liszt, Fantasia Boris Goudnoff ta’ Moussorgsky, Selection Gioconda ta’ Ponchielli, The Rhinegold (Entry of the Gods iinto Valhalla) ta’ Wagner, u l-Marcia Omaggio A L’Isle Adam, kompożizzjoni tas-Surmast Mallia stess għal din l-okkażjoni speċjali. L-Overture "Le Roi d’Ys" ta’ Lalo kienet diretta minn Mro. Franco Gobet, bil-permess ġentili tal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika King’s Own li dak iż-żmien kien President tagħha s-Sur Ignazio Bonavia, Benefattur tas-Soċjeta’ L’Isle Adam u President Onorarju Ad Vitam. Iżżanżnet ukoll Bandalora bir-rakmu tad-deheb biex tibqa’ tfakkar dan l-avveniment, iddisinjata mis-Surmast Carmelo Tonna u regalata minn diversi Ammiraturi, li din ġiet ipreżżentata lill-Banda L’Isle Adam mill-Gvernatur Ingliż f’ Malta l-E.T. il-Ġeneral Sir Harry Luke wara li l-Banda daqqet il-Fantasia Boris Goudonoff ta’ Moussorgsky. Il-Kunċert għalaq bl-Innu L’Isle Adam u God Save the King. Għal Festa ta’ San Ġużepp 1937 il-Banda L’Isle Adam kienet diretta għall-ewwel darba minn Mro. Ġużeppi Stivala wara li s-Surmast Salvatore Mallia ma setax ikompli jmexxi l-Banda minħabba saħħtu. Għal Festa tad-19 ta’ Marzu 1938 il-Banda L’Isle Adam żanżnet l-Innu Immortali "Lil Ġużeppi ejjew faħħru" ta’ Mro. Carlo Diacono fuq il-versi ta’ Profs. Anastasio Cuschieri O.Carm. Fl-24 t’ April 1938 għamel żjara uffiċjali l-Gvernatur Ingliż f’Malta Sir Charles Bohnam Carter u s-sinjura tiegħu fil-Każin tal-Banda L’Isle Adam li kien għadu fit-33 Triq Santu Wistin. Fis-6 ta’ Jannar 1939, inħatar President tas-Soċjeta, l-Kaptan Olaf Frederick Gollcher O.B.E.. Fil-21 u 22 ta’ Mejju 1944 il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem fl-Ingress Solenni ta’ Mons. Mikiel Gonzi bħala Arċisqof ta’ Malta.

Inbidel il-Każin

Fil-21 ta’ Mejju l-Banda L’Isle Adam laqgħet lil Mons. Arċisqof kif wasal fuq is-Saqqajja u waslitu sal-Kunvent ta’ San Duminku. L-għada qabel Mons Gonzi daħal fil-Katidral tal-Imdina l-Banda selmitlu bid-daqq tal-Innu tal-Papa u filgħaxija għamlet programm mużikali fuq is-Saqqajja. Wara 59 sena f’33 Triq Santu Wistin post aħjar kien misjub faċċata tal-Knisja Ta’ Ġieżu’ Palazzo Castelletti. F’dan il-Palazz kienu jiltaqgħu l-Ġenerali tal-Maltin fiż-żmien l-Imblokk tal-Franċiżi. Dan il-Palazz fuq sular wieħed kien inawgurat bħala l-Każin tal-Banda L’Isle Adam fil-11 ta’ Marzu 1945 fejn kienu mistiednin bosta persuni illustri. Fit-8 u 9 ta’ Ġunju 1946 ħadet sehem fil-Festa tar-Rebħa biex tiċċelebra r-Rebħa tal-Allejati fuq l-Assi fit-Tieni Gwerra Dinjija li kienet għada kif spiċċat. Il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem fil-Festi tal-Inkoronazzjoni tal-Madonna tas-Saħħa li saru bejn l-31 ta’ Marzu u t-12 t’April 1948 fir-Rabat. F’Mejju 1949 ġie maħtur President tas-Soċjeta’ l-Wisq Nobbli Kav. Alexander Dei Marchesi Apap Bologna. Fl-Imnarja tal-1949 waqt il-Kunċert li jsir kull sena fuq is-Saqqajja żżanżan "L-Innu tal-Banda" kompożizzjoni tas-Surmast Ġużeppi Stivala. Dan l-Innu wara xi żmien sarulu l-versi mill-Poeta Dr. Ġorġ Zammit LL.D. u tkanta għall-ewwel darba mill-Kor tal-Ħamrun li kien taħt id-direżżjoni ta’ Dun Ġużepp Cachia nħar l-Imnarja tal-1958. Il-Konsagrazzjoni tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam lill-Qalb ta’ Ġesu’ u ta’ Marija li saret nħar it-12 ta’ Frar 1950 kienet u għadha mniżla bħala waħda mid-dati l-aktar importanti tal-istess Soċjeta’ sa mill-1860. Il-Konsagrazzjoni saret mill-Arċisqof Gonzi meta l-Każin kien għadu f’Palazzo Castelletti faċċata tal-Każin tal-lum.

Istrumentatura l-Ġdida

Avveniment importanti ieħor fl-1950 kien il-programm ta’ mużika klassika li sar fuq is-Saqqajja fil-5 ta’ Marzu biex ifakkar id-90 Anniversarju mit-twaqqif tal-Banda u l-Inawgurazzjoni tal-Istrumentatura l-ġdida. Kien ilu ħafna jberren f’moħħ is-soċi u l-bandisti li l-Banda jkollha strumentatura ġdida. Wara d-deċiżjoni tal-Kumitat u li dan seħħ b’konsultazzjoni kontinwa mas-Surmast Ġużeppi Stivala ġew inkarigati Toni Muscat (ta’ Paroli) u Ġużeppi Schembri (l-Għażli) sabiex jiġbru l-fondi meħtieġa. L-aġent li miegħu saru l-arranġamenti kien P.Carabott ta’ Triq il-Merkanti Valletta. Id-ditta magħżula kienet "Boosey & Hawkes". L-ispiża kienet ta’ Lm 3000. Dawn kienu l-istrumenti li jinxtraw: Flawt, żewġ Kwartini, 12-il Klarinett, żewġ Klarinett Alto, Klarinett Baxx, Sax Sopran, Sax Alto, Sax Tenur, Sax Baritonu, 4 Korni (Imperial), 3 Kurunetti (Regent), Kurunetta (Imperial), żewġ Filikorni Kontralt, Filikornu Sopran (Imperial), Filikornu Sopran (Regent), Tambur Baxx, 3 Althorns, Euphonium (Imperial), 3 Euphonium (Regent), 3 Baxx Mib, Baxx Sib, Qniepen, Timpani, Tambur u Katuba.

Sfortunatament kemm is-Surmast Stivala u anki Toni Muscat tilfu din l-okkażjoni għax mietu ftit qabel. Dak inħar il-Banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Anton Muscat Azzopardi għal ewwel darba fejn indaqq dan il-programm: Innu tal-Papa, Overture Robespierre Litolff, Fantasia The Girl of the Golden West Puċċini, marcia Parsifal Wagner, Fantasia mit-Tosca Puċċini, l-Overture "Tannhauser" Wagner, l-Innu tal-Banda, l-Innu Malti u God Save the King. Kulħadd kellu fuq fommu l-istess kliem "X’intunazzjoni fiha l-Banda". Fis-16 ta’ Novembru 1950 għamel żjara uffiċjali fil-Każin il-Gvernatur ta’ Malta Sir Gerald Creasy u s-Sinjura tiegħu.

Xiri ta’ Palazzo Xara

Id-9 ta’ Ġunju 1951 hija data mportanti ferm fl-istorja tal-Banda L’Isle Adam dan għas-sempliċi fatt li dan kien il-jum li fih sar il-kuntratt tax-xiri ta’ Palazzo Xara. Kienet ilha tikber ix-xewqa li jinxtara dan il-Palazz. Bit-tħabrik tal-President il-Wisq Nobbli Kavallier Alexander Dei Marchesi Apap Bologna flimkien mal-Kumitat waslu f’arranġament mas-sid tal-bini li kien is-Sur Barbaro Zimmerman minn tas-Sliema sabiex dan il-bini jsir propjeta tal-Banda L’Isle Adam. F’dak iż-żmien f’dan il-bini kienu joqogħdu l-familja Ciappara u s-Sinjura Yolanda Camilleri u ħuha Dr. Joe Mifsud Bonnici. Il-familja Ciappara ġiet offruta dar f’ Triq San Ġużepp b’arranġament mal-Fratellanza ta’ San Ġużepp. Il-Kuntratt sar is-Sibt 9 ta’ Ġunju 1951 quddiem in-Nutar Ġużeppi Sammut LL.D. Mill-ewwel beda x-xogħol fuq dan il-Palazz, l-ewwel biċċa xogħol kienet li jinfetaħ il-pjan terran fejn illum insibu l-Bottegin u ssir sala tal-kunċerti għal banda. Jidher li ma kinitx biċċa xogħol faċli sabiex saru dawn l-alterazjonijiet u llum nistaw ngawdu dak l-ispazju kbir, iżda kienu ħafna dawk il-membri li meddew għonqhom għax-xogħol li sar taħt id-direzzjoni tal-Perit Anthony Vassallo u l-imgħallem Furtun Vassallo li tassew kellhom biċċa xogħol ta’ responsabilita’. Barra minn dan, il-ġnien ġie mħammel, mogħti l-konkos u mibdul f’bitħa kbira. Ix-xogħol tmexxa’ minn Patist Zahra membru tal-kumitat, biex fiha jkunu jistaw isiru attivitajiet soċjali. Saru sagrifiċji kbar mis-soċi u l-Bandisti biex jitħallsu l-ispejjes u jsir ix-xogħol. Sar it-tqegħid tal-madum, zukklatura u taraġ tal-irħam minn barra tiswijiet, tibjied u żebgħa. Iż-żukklatur tal-irħam ġew imħallsa mill-benefattur is-Sur Ġużeppi Genovese u l-irħam tat-taraġ inġabar mill-kontribużżjonijiet tal-membri. Bdew isiru d-dekorażżjoniet fis-swali ta’ fuq, hawn hekk ma nistgħux ma’ nsemmux il-ġmiel ta’ frież li ħallielna l-mikbi dekoratur Mikiel Fsadni fejn insibu mpittra it-28 arma tal-Gran Mastri li mexxew Malta mill-1530 sal-1798. Huwa magħruf li s-Soċjeta’ trasferit għal dan il-post fl-1957. Fil-fatt fis-17 ta’ Marzu ta’ l-istess sena saret l-inawgurazzjoni u t-tberik ta’ dan il-Palazz mill-E.T. Mons. Mikiel Gonzi, wara li kien sar xogħol kbir kif imsemmi aktar ‘il fuq. Fl-1952 fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II l-Istazzjon Statali Ingliż il-"BBC" organiżża konkors għal aħjar marċ fost il-baned Maltin u l-Commonwealth. Il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem f’dan il-konkors permezz tal-marċ Marina kompożizzjoni tas-Surmast Rabti Generoso Muscat li kien assistent Surmast tal-Banda L’Isle Adam. Dan il-marċ intlaqa’ tajjeb ħafna u ġie premjat bħala l-aħjar marċ. Ir-recording kien sar mil-Banda L’Isle Adam. Fl-4 ta’ Mejju 1954 il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem fiż-żjara Irjali li l-Maesta Tagħha r-Reġina Eliżabetta II għamlet f’Malta fejn il-Banda L’Isle Adam selmitilha waqt li kienet qedgħa jżur il-Belt tal-Imdina taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Anton Muscat Azzopardi.

Dak inħar in-Nobbli Marlene Apap Bologna bint il-President tas-Soċjeta L’Isle Adam preżentat bukkett fjuri lill-Maesta’ Tagħha f’isem il-Każin u l-Banda L’Isle Adam. Għal din l-okkażjoni ntramaw, it-trofej li jintramaw fil-Festa ta’ San Ġużepp fit-Triq San Ġużepp, kif ukoll l-Ark Trionfali ftit il-fuq mill-Monasteru ta’ San Pietru. Fil-11 ta’ Ġunju 1955 għamel żjara lill-Każin il-Gvernatur ta’ Malta Major-General Sir Robert Laycock u s-Sinjura tiegħu. Fl-1960 kien jaħbat l-Ewwel Ċentinarju mit-twaqqif tal-ewwel Banda Rabtija. F’din is-sena ġew organiżżati Festi Ċentinarji kbar bejn id-19 ta’ Ġunju u d-9 ta’ Lulju 1960. Fid-19 ta’ Ġunju saret Quddiesa ta’ Radd il-ħajr fil-bitħa spazjuza ta’ Palazzo Xara mill-E.T. Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi għall-Membri u l-Bandisti, fl-aħħar tkanta Te Deum Solenni b’radd il-ħajr lil Alla ta’ dawn il-100 sena. Wara l-quddiesa l-istess Arċisqof inawgura u bierek l-Intrata l-Ġdida tal-Każin. Fil-25 ta’ Ġunju 1960 l-E.T. l-Gvernatur ta’ Malta Sir Guy Grantham kixef irħama kommemorativa li tfakkar l-Ewwel Ċentinarju tal-Banda L’Isle Adam fl-intrata l-ġdida ta’ Triq San Ġużepp. L-istess irħama kienet imbierka minn Patri Gwardjan Francis Dingli O.F.M. . Din l-irħama għanda d-disinn tal-Perit Joe Agius Bonello, l-iskrizzjoni saret mill-Kav. Romeo E. Leopardi u nħadmet mill-Marmista Rabti Ġiġi Galea. Filgħaxija sar marċ kbir alla veneziana mat-toroq prinċipali tar-Rabat li ntemm fil-11 ta’ bil-lejl fejn beda logħob tan-nar maħdum minn Mikiel Balzan li ntemm b’kaxxa nfernali.

Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju saret Akkademja Mużiko-Letterarja fil-Bitħa ta’ Palazzo Xara taħt il-Presidenza ta’ Dekan tal-Kapitlu Metropolitan Mons. Apap Bologna fl-assenza ta’ Mons. Arċisqof. Fiha ħadu sehem il-Professor Valente’s Quintette, flimkien mas-Sopran Hilda Tabone, t-Tenur Joseph Farrugia u l-Baxx Pio Zammit. Saru wkoll diskorsi minn dawn is-Sinjuri: Chev. Alexander Apap Bologna, Patri Anġeliku Azzopardi O.F.M., Dr. Ġorġ Żammit L.L.D. u s-Sur Romeo Leopardi Esq. Il-Kunċert Annwali tal-Imnarja din is-Sena kien Kunċert li jibqa’ mniżel fl-istorja. Fih apparti l-Banda L’Isle Adam taħt il-bakketta abli ta’ Mro. Anton Muscat Azzopardi ħadu sehem is-Sopran Hilda Mallia Tabone, t-Tenur Joseph Farrugia, l-Baritonu Joseph Bezzina u l-Kor tal-Ħamrun imexxi minn Dun Ġużepp Cachia. Dan kien il-Programm li ndaqq dak inħar: Sinfonija "William Tell" ta’ Rossini, Grande Fantasia "Turandot" ta’ Puccini, l-Overture "1812" ta’ Tschailkowsky, il-Grande Fantasia "La Traviata" ta’ Verdi, Preludio "La Resurrezione" ta’ Perosi, l-"Inno Pontificio" l-Innu Malti u l-"God save the Queen". Dan il-Programm kien imxandar mir-Rediffusion il-Ħadd 3 ta’ Lulju. Fl-Intervall ġew preżentati għadd ta’ rigali lill-Banda, iżda l-aqwa fosthom kienet il-Bandalora Kommemorativa lussuza u mill-isbaħ regalata u preżentata mis-Sur Ġużeppi Genovese benefattur u ammiratur kbir tal-Każin tagħna li ġiet imbierka mill-Kappillan tar-Rabat Dun Pawl Attard. Id-Disinn u l-iskriżżjoni ta’ din il-Bandalora ġew imħejjija minn Dun Karm Busuttil. Fit-Tmiem tal-programm sar marċ sa Palazzo Xara. Il-Festi tal-Ewwel Ċentinarju għalqu b’quddiesa solenni De Requiem fil-Knisja ta’ Ġieżu għar-ruħ ta’ dawk il-membri u bandisti li kienu mietu ma’ tul dawk il-100 sena.

Dsatax il-mitt sena minn Nawfraġju ta’ San Pawl

Fl-1960 kien jaħbat ukoll id-19-il mitt sena minn Nawfraġju ta’ San Pawl u l-Banda tat is-sehem tagħha fiċ-ċelebrazjonijiet Kbar li kienu saru, fejn fis-7 ta’ Lulju għamlet marċ kbir ma’ tul it-toroq tar-Rabat u wara programm Mużikali fil-Pjazza tal-Parroċċa fuq il-Palk tal-Konti Ruġġieru fejn il-Banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Anton Muscat Azzopardi. Fl-10 ta’ Lulju l-Banda laqgħet l-Ikona ta’ San Pawl fuq is-Saqqajja hekk kif kienet qed tiġi trasportata lejn il-Belt Valletta. Fit-21 ta’ Lulju l-Kavallieri ta’ San Ġwann għamlu Pellegrinaġġ mil-Katidral tal-Imdina għal Grotta ta’ San Pawl fejn saret waqfa fuq is-Saqqajja u l-Legat tal-Papa, l-Kardinal Muench qaddes quddiesa quddiem in-Niċċa ta’ San Pawl u wara l-Pellegrinaġġ baqa’ sejjer il-Grotta. Wara dan kollu ż-żewġ baned tar-Rabat daqqew programm flimkien fuq is-Saqqajja. L-1963 hija s-sena li tibqa’ mniżżla fl-istorja ta’ kult Ġużeppin f’Malta b’ittri kbar tad-deheb, dan għaliex f’din is-sena seħħet l-Inkurunazzjoni tant mixtieqa tal-Istatwa antika u mirakoluża ta’ San Gużepp ix-Xiħ. Kienu saru Festi kbar li fihom il-Banda L’Isle Adam kellha sehem kbir. L-ewwel sehem tal-Banda kien fl-aħħar jum tat-Tridu, jiġifieri it-Tlieta 30 ta’ April, fit-8.30p.m. sar marċ mill-Banda Ċittadina u Dekana L’Isle Adam, mill-Pjazza tal-Knisja Parrokjali sa ħdejn il-Villa Rumana.

Quddiem il-Knisja ta’ Ġieżu saret il-preżentazzjoni ta’ Bandalora kommemorattiva mis-Sur Vincent Muscat lill-Banda L’Isle Adam. Din il-Bandalora ġiet iddisinjata mis-Surmast Carmelo Tonna u ġiet imbierka mill-W.R. Provinċjali Accursio Scerri O.F.M. Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju fit-8.30p.m. sar marċ mill-Banda Ċittadina u Dekana L’Isle Adam tar-Rabat minn ħdejn il-knisja tal-Patrijiet Agostinjani sa quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ u wara sar Programm Vokali u Strumentali mill-istess Banda fuq il-palk prinċipali. Għal din l-okkażjoni tal-Festi ta’ l-Inkurunazzjoni, l-Banda daqqet għal ewwel darba l-Innu ġdid "San Ġużepp" fuq il-versi tal-avukat Ġorġ Żammit LL.D. B.A., u mużika tas-Surmast Anton Muscat Azzopardi A.Mus: L.C.M. F’dan il-programm ħadu sehem il-Kor tal-Ħamrun u s-Sopran Hilda Mallia Tabone. Fil-11 u 12 ta’ Mejju li kienu lejliet u l-aħħar jum tal-Festi tal-Inkurunazzjoni fin-12.30 p.m. il-Banda L’Isle Adam għamlet marċ madwar it-toroq ta’ Santwarju. F’dawn il-Festi kbar is-soċjeta’ kellha diversi żjarat ta’ Persuni illustri. Mons. Mikiel Gonzi fit-3 ta’ Mejju, Mons. Ġużeppi Pace fil-5 ta’ Mejju u Mons. Isqof Costantino Trapani O.F.M. fejn bierek żewġ kuruni tal-fidda għall-istatwa ta’ San Ġużepp fil-Kappella tal-Każin li ġew irregalati mill-Wisq Antika Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp, għas-sehem kbir tal-Banda L’Isle Adam fil-Festi tal-Inkurunazzjoni.

Fid-29 ta’ Ġunju 1967 żar il-Każin, l-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Ildebrado Antoniutti flimkien mal-E.T. Mons. Mikiel Gonzi, l-E.T. l-Isqfijiet Galea u Emmanuel Gerada u l-Kapitlu Metropolitan, fl-okkażjoni tal-1900 sena mill-martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl. Fit-30 t’Awwissu 1969 ġewwa l-Kappella tal-Każin saret il-Griżma tal-Isqof mill-E.T. Mons. Emm. Galea, lis-Sur John Holmes membru tas-Soċjeta’ u lil ibnu. Fl-1971 l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp iċċelebrat l-Ewwel Ċentinarju minn meta il-Q.T. il-Papa Piju IX iddikjara lil San Ġużepp bħala Patrun Universali u Protettur tal-Knisja Mqaddsa. Għal din is-sena ġie mfassal programm ta’ ċelebrazzjonijiet speċjali li l-qofol tagħhom intlaħaq bejn is-7 u 19 ta’ Marzu 1971. Fis-7 ta’ Marzu 1971 għamel żjara f’Palazzo Xara l-aħħar Gvernatur ta’ Malta Sir Maurice Dorman f’din l-okkażjoni l-Gvernatur kixef żewġ lapidi Kommemorattivi. Waħda biex tibqa’ tfakkar ix-xiri ta’ Palazzo Xara u l-ħidma tal-membri biex ġie msebbaħ dan il-Palazz u wara li sar indirizz mill-President il-Wisq Nobbli Chev. Alex. Dei Marchesi Apap Bologna nkixfet rħama oħra li tfakkar is-sehem kbir tal-Banda u s-Soċjeta’ fil-Festi tal-Inkurunazzjoni u tal-istess Ċentinarju. Wara sar diskors mis-Segretarju Ġużeppi M. Micallef. L-Irħamiet inħadmu mis-Sur Ġiġi Galea u l-kliem ġie mħejji mir-Rev. Saċ. Ġużeppi M. Barbara M.S.S.P. filwaqt li ġew imbierka mill-W.R.P. Agostino Portelli O.F.M., Ph.D. Fl-aħħar Jum tat-Tridu l-banda għamlet marċ kbir u dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Papa Piju IX. Fil-11 ta’ Marzu l-Banda laqgħet it-Transulazzjoni Pontifikali quddiem il-Knisja Ta’ Ġieżu. Fl-14 ta’ Marzu 1971 il-Banda daqqet għat-tieni darba l-Innu San Ġużepp, miktub għall-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni fl-1963 fuq il-Versi tal-Avukat Ġorġ Żammit u l-mużika ta’ Mro. Anton Muscat Azzopardi, bis-sehem tat-Tenur Andrew Sapiano u l-Kor Cantate Domino taż-Żurrieq. Fis-17 ta’ Marzu għamlet marċ kbir bl-istatwa tal-Papa Piju IX. Nħar il-Festa filgħodu laqgħet lill-Kapitlu Metropolitan u fis-1.00 pm għamlet il-marċ popolari u tradizzjonali ta’ nħar il-Festa. Fit-8 ta’ Awwissu 1971 il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem fl-Inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp tal-Qala. F’din l-okkażjoni ndaqq l-Innu San Ġużepp bis-sehem tas-Sopran Hilda Mallia Tabone u l-Kor Cantate Domino taż-Żurrieq.

Il- Ġublew tal-Fidda

F’Ġunju tal-1975 ġie ċċellebrat il-Ġublew tal-Fidda mill-Konsagrazzjoni tal-Banda L’Isle Adam lill-Qalb ta’ Ġesu’ u lill-Qalb ta’ Marija. Kien ġie organiżżat programm sħiħ ta’ Festi Speċjali. Il-Ħamis 12 ta’ Ġunju saret Akkademja Mużiko-Letterarja taħt il-Presidenza tal-E.T. Mons. Ġiuseppi Mercieca (dak iż-żmien Vigarju Ġenerali). Is-Sibt 14 ta’ Ġunju sar Programm Vokali u Strumentali fil-bitħa tal-Każin, bis-sehem tal-Banda L’Isle Adam imexxija minn Mro. Anton Muscat Azzopardi bis-sehem tal-Kor Francis of Assisi jmexxi minn Patri Silvestru Carmel Magro OFM (illum Isqof ta’ Benghazi fil-Libja) il-Kor Pax Christi tal-Parroċċa tal-Għargħur imexxi minn Dun Karm Bezzina, s-Sopran Hilda Mallia Tabone u t-Tenur Andrew Sapiano. L-Għada 15 ta’ Ġunju saret Quddiesa solenni fl-istess bitħa mmexxija mill-E.T. Mons Arċisqof Mikiel Gonzi flimkien mal-Provinċjal Patri Ivo Tonna OFM, Dun Pawl Attard (ex Arċipriet tar-Rabat), il-Wisq Reverendi Patrijiet Franġiskani Minuri, s-Superjuri tal-Kunventi tar-Rabat u l-Imdina, Kanonċi tal-Kolleġġjata tar-Rabat u Saċerdoti oħra Rabtin. Fit-Tmiem sar il-qari tal-Att tal-Konsagrazzjoni ġie ntunat Te Deum Solenni bħala Ringrazzjament tal-25 sena li kienu għaddew u saret ċelebrazzjoni Ewkaristika. L-għada 16 ta’ Ġunju saret quddiesa "De Requiem" fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat ċelebrata mir-Rev. Carmelo Barbara Kappillan tas-Soċjeta’ għar-ruħ il-bandisti soċi, benefatturi u qrabathom. Kien ġie stampat ktejjeb għall-okkażjoni u ġiet regalata pittura mill-isbaħ li turi lil Sidna Ġesu’ Kristu jipproteġi Palazzo Xara, xogħol tal-Pittur Karmenu Azzopardi. Fit-3 t’Ottubru 1977 għamel żjara lil Palazzo Xara l-Kardinal Ferdinando Giuseppe Antonelli O.F.M. u l-Isqof ta’ Benghazi fl-okkażjoni tal-Festi Ċentinarji fl-għeluq il-750 sena mill-mewt tas-Serafiku Patrijarka San Franġisk t’ Assisi. Fid-29 ta’ Ġunju 1978 il-Banda L’Isle Adam waqt il-Programm Annwali tal-Imnarja fuq is-Saqqajja kienet għall-ewwel darba mmexxija minn Mro. Philip Gatt minn mindu kien maħtur Surmast Direttur tal-Banda L’ Isle Adam. Fid-18 ta’ Marzu 1979, lejlet is-Solennita ta’ San Ġużepp għamel żjara f’Palazzo Xara l-E.T. Anton Buttiġieġ u s-sinjura. Huma ġew milqugħa mill-Kumitat u l-Banda L’Isle Adam fejn indaqq l-Innu Malti. Wara l-mewt għal għarrieda tal-Wisq Nobbli Kavallier Alexander dei Marchesi Apap Bologna f’Jannar 1981 inħatar bħala President tas-Soċjeta’ s-Sur Ġużeppi Micallef.

Bdew jingħaqdu mas-Soċjeta Soċi Nisa

Fl-5 ta’ Awwissu 1981 ingħaqdu għall-ewwel darba soċi nisa fi ħdan l-Għaqda Mużikali L’Isle Adam. Fit-18 ta’ Marzu 1982 l-E.T. is-Sinjorina Agatha Barbara, President tar-Repubblika għamlet żjara f’Palazzo Xara. Din kienet l-ewwel żjara tagħha f’Każin ta’ Banda minn meta nħatret President tar-Repubblika Maltija. Fl-1982 il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Kultura organiżża għall-ewwel darba l-Konkors tal-Baned. Il-Banda L’Isle Adam kienet ħadet sehem f’dan il-Konkors flimkien ma’ 5 baned oħra li kienu Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar, Għaqda Banda Żejtun, Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu, Soċjeta Filarmonika La Stella tal-Gudja u Għaqda Mużikali Marija Annuzjata Ħal-Tarxien A.D. 1862. L-eseguzzjoni tal-Banda L’Isle Adam kienet fit-tieni jum ta’ dan il-konkors iġifieri fl-11 ta’ Diċembru 1982. Il-Banda daqqet dawn is-siltiet: A Symphonic Portrait - G. Gershwin, Argyria - Philip Gatt u Inno al Sole - Pietro Mascagni. L-għada 12 ta’ Diċembru l-Banda L’Isle Adam tar-Rabat tal-Imdina ġiet dikjarata L-ewwel Banda tar-Reppublika ta' Malta. Il-Banda L’Isle Adam bħala premju ġiet mogħtija trofew u Lm 300 fi flus u ingħata ċertifikat lil Bandisti kollha li dan ġie preżentat mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Kultura in-Nutar Alex Sciberras Trigona nħar il-Ħadd 10 t’April 1983.

Tinbena s-Sala tal-Mirakli

Fl-1983 il-Kumitat iddeċieda li parti mill-bitħa tant spazjuża tinbena sala għal użu tal-Każin u tal-Banda. Ix-xogħol inbeda fis-10 ta’ Lulju 1983 fuq il-pjanta tal-Perit Joe Agius Bonello. L-istess Perit idderiġa x-xogħol ta’ din is-sala li ġiet imlaqma "s-Sala tal-Mirakli"..Dan għaliex sala ta’ dan il-kobor inbniet fiż-żmien ta’ kważi ħames xhur. Ix-xogħol kollu sar minn diversi membri tas-Soċjeta’ ‘Gratis’ wara l-ħin tax-xogħol u f’xi ġranet kienu jdumu jaħdmu wara l-ħdax ta’ bil-lejl. Il-madum “Perlato’ nħadem ukoll fil-każin minn diversi membri u t-tqegħid tiegħu sar minn żewġ membri anzjani mejjuna minn xi soċi oħra. L-Għaqda Nisa L’Isle Adam ħalset għal materjal tal-madum kemm tas-sala kif ukoll tat-terrazzin. L-elettriku, plumbing u xogħolijiet oħra saru wkoll mill-membri. Id-dekorazzjoni tas-saqaf saret fl-‘Stucco’ taħt id-direzzjoni tas-Surmast Anton Agius N.N.D. Il-forom ta’ dan is-suffett sar minn ħuh is-Sur Michael Agius mejjun minn diversi membri. Il-pittura tal-Intrata saret mis-Sur Carmelo Azzopardi. F’Diċembru tal-1983 jiġifieri ħames xhur biss wara li kien beda dan ix-xogħol tas-sala, saret ikla kbira li għalija attendew 286 ruħ. Is-Sibt 15 ta’ Diċembru 1984 għat-tieni darba konsekuttiva l-Banda L’Isle Adam diretta mis-Surmast Philip Gatt, reġgħet daqqet fit-Teatru Nazzjonali Manuel ġewwa l-Belt Valletta, fil-Festival tal-Baned organiżżat mill-Ministeru tal-Kultura u reġgħet, għal darba oħra, ħarġet rebbieħa.

It-Tfakkar il-125 Anniversarju mit-twaqqif tal-Banda L’Isle Adam

L-1985 hija sena glorjuża oħra fl-istorja tal-Banda L’Isle Adam, f’din is-sena ġie mfakkar b’festi kbar il-125 Anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Dekana L’Isle Adam. Kienet sena ta’ festi mifruxa mill-21 ta’ Jannar sal-29 ta’ Diċembru. Għal Festa ta’ San Ġużepp sar konkors Nazzjonali ta’ Marċi. Għalih daħlu 10 parteċipanti u r-rebbieħa kienu "Patrijarka" t’ Angelo Pace; "Aries" ta’ Francis Falzon; "San Ġużepp" ta’ Francis Mercieca; u "Villiers" ta’ John J. Pace. It-Tlieta 2 t’April ġewwa l-Katidral Metropolitan ta’ Malta fl-Imdina, bil-kollaborazzjoni tal-istess Kapitlu Metropolitan, il-Banda daqqet għall-ewwel darba f’dan il-Katidral b’Kunċert ta’ Mużika Sagra taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Philip Gatt. Dan kien il-Programm esegwit dak inħar: "Resurrezione di Christo" ta’ L. Perosi, "Popule Meus" ta’ Lorenzo Gatt, "Funeral March No.6" ta’ Emmanuel Bartoli, "Ave Maria" ta’ Addeodato Gatt, A "Mio Figlio" ta’ Salvatore Mallia, "In a Monastery Garden" ta’ A.W. Ketelby, "Vers Le Calvaire" ta’ Ġużeppi Stivala, "Andante Funebre" ta’ A. Muscat Azzopardi, "Adagio in Sol Minore" ta’ Albinoni, "By the Cool Dark Grave" ta’ l-istess Philip Gatt u "Eri Mancipio" ta’ Carmelo Camilleri. Fl-1 ta’ Mejju 1985 saret quddiesa ta’ Radd il-Ħajr l-Alla, Konċelebrata Solennement mill-W.R.P. Guido Schembri Provinċjal tal-Patrijiet Minuri, fil-Knisja Santa Marija ta’ Ġesu’ fir-Rabat. F’din il-quddiesa ndaqqet għall-ewwel darba mill-Banda "Messa in Celeste Gloria" ta’ Giustino Bovensi O.F.M. b’arranġament ta’ Mro. Joe Galea. Mal-Banda ħadu sehem il-Kor Francis of Assisi t-Tenur Andrew Sapiano, u l-Baxx Joe Vella Bondin. Kienet esposta wkoll il-Vara ta’ San Ġużepp Inkurunat. Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju saret quddiesa f’egħluq il-35 sena mill-Konsagrazzjoni tas-Soċjeta’ lil-Qalb ta’ Ġesu’ u l-Qalb ta’ Marija minn Patri Adrijan J. Cachia O.F.M. direttur Spiritwali tal-istess Soċjeta’ fis-Sala l-ġdida ta’ Palazzo Xara. Ħadet sehem il-Banda tal-Aljievi u l-Kor "Francis of Assisi" taħt it-tmexxija ta’ Mro. Joseph Galea. Din is-sena kienet ukoll is-sena Internazzjonali tal-Mużika. Għalhekk il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju, Jum Internazzjonali tal-Mużika, l-Banda L’Isle Adam għamlet Kunċert Kollossali fil-Pjazza tal-Katidral ġewwa l-Imdina, taħt il-Patroċinju tal-Onor. Ministru tal-Kultura Dr. Alex Sciberras Trigona. Mal-Banda ħadu sehem is-Sopran Catherine Gauci, Mezzo-Sopran Marie Therese Vassallo, t-Tenur Andrew Sapiano u l-Baritonu Joe. H. Fenech. Dan kien il-Programm li ndaqq dak inħar: Marcia "Ben Hur-Parade of the Charioteers" ta’ Miklos Rozsa, l-Overture "Juenesse" ta’ Philip Gatt, Romanza "Ernani" ta’ Verdi, Romanza "Sansone e Dalila-S’apre per te il mio cor" ta’ Saint-Saens, Romanza "Tu che di gel sei cinta" mit-Turandot ta’ Puccini, intermezzo mill-"Cavalleria Rusticana" ta’ Mascagni, dwet mill-"Adriana Lecouvrer" ta’ Cilia, Quartetto mir-Rigoletto ta’ Verdi, Grande Fantasia "Rigoletto" ta’ Verdi, u l-Overture "1812" ta’ P.I. Tschaikowsky. Il-Ħamis 27 ta’ Ġunju kien Jum it-Tifkira fejn fit-8.00 p.m. sar marċ mill-Banda L’Isle Adam, minn Pjazza L’Isle Adam sa l-bieb Prinċipali ta’ Palazzo Xara fit-Triq San Pawl. Wara l-President Joe Agius Bonello għamel diskors ta’ merħba u wara l-E.T. is-Sinjorina Agatha Barbara, President tar-Repubblika kixfet irħama komemorattiva u ġiet imbierka mill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca. Wara sar riċeviment għas-soċi u l-mistidnin preżenti. Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju fis-7.00 ta’ filgħaxija l-Banda L’Isle Adam tellgħet il-programm tradizzjonali u annwali tagħha fil-Festa Nazzjonali tal-Imnarja fuq is-Saqqaja. Fit-tmiem sar marċ sa quddiem ir-Roman Villa fejn sar spettaklu ta’ logħob tan-nar maħdum mill-Lourdes Fire Works tal-Qrendi.

Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ

It-Tlieta l-1 ta’ Ottubru 1985 kien il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ u l-Banda Żgħażagħ L’Isle Adam għamlet l-ewwel debut tagħha f’dan il-Jum, fejn ir-rappreżentat lil Malta bi programm strumentali fl-Awditorium ta’ Sant’Agata fir-Rabat, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joe Galea. Ġimagħtejn biss qabel l-għeluq ta’ dawn il-festi kbar il-Banda L’Isle Adam reġgħet għal darba oħra ġiet ikklassifikata fl-ewwel post fil-Festival tal-Baned Maltin ġewwa t-Teatru Nazzjonali Manoel fil-Belt Valletta fil-15 ta’ Diċembru nistgħu ngħidu li dan l-avveniment Inkuruna din is-sena glorjuża fl-istorja tal-ewwel Banda Rabtija. L-egħluq tal-festi sar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru bl-Lejla Mużiko-Letterarja fis-Sala l-ġdida ta’ Palazzo Xara. F’din il-lejla ġew imfakkra l-aħħar żewġ surmastrijiet li kellha l-Banda iġifieri Mro. Joseph Stivala u Mro. Anton Muscat Azzopardi, saru żewġ diskorsi fuq dawn is-surmastrijiet u wara nkixfu żewġ bustijiet tagħhom xogħol tal-iskultur rabti u membru tas-soċjeta’ Profs. Anton Agius. Il-Banda L’Isle Adam kienet komposta mill-bandisti tal-post biss taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Galea, flimkien mal-Kor tas-Soċjeta’. Nħar il-Ħadd 15 ta’ Marzu 1987 l-Aġent President tar-Repubblika, s-sur Paul Xuereb, għamel żjara lill-Każin tal-Banda L’Isle Adam f’Palazzo Xara fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġużepp. Din kienet l-ewwel żjara li huwa għamel lill-Każin tal-Banda u hi konċidenza flokha għax is-Sur Xuereb huwa rabti. Fl-1988 ġie mfakkar il-Ġublew tal-Fidda mill-Inkurunazzjoni Solenni tal-Istatwa Antika ta’ San Ġużepp. F’dawn il-Festi l-Banda L’Isle Adam reġa’ kellha sehem kbir. L-ewwel sehem kien miż-Żgħażagħ tal-Banda L’Isle Adam fil-Korteo tat-tfal il-Ħamis 10 ta’ Marzu. Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu l-Banda L’Isle Adam bil-kollaborazzjoni tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp telgħet Lejla Mużiko-Letteralja fil-Knisja Ta’ Ġieżu li kienet taħt il-Patroċinju tal-W.R. Patri Provinċjal Ġużepp Benedit Xuereb li fiha ndaqq l-Innu l-Kbir fuq il-Versi tal-Avukat Ġorġ Żammit u mużika ta’ Mro. Anton Muscat Azzopardi. Il-Ħadd 13 ta’ Marzu l-Banda lagħqet it-Transulazzjoni Pontifikali bl-Istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat li kienet immexxija min-Nunzju Apostoliku għal Malta fejn wara għamel żjara ġewwa Palazzo Xara. Nħar il-Ħamis u l-Ġimgħa 17 u 18 ta’ Marzu l-Banda L’Isle Adam għamlet żewġ marċi kbar. Nħar il-Festa bħas-soltu lagħqet il-Kapitlu Metropolitan bid-daqq tal-Marċi ħdejn Palazzo Xara. Fis-1.00 p.m. sar il-Marċ Tradizzjonali u popolari mill-Banda L’Isle Adam fejn meta l-marċ wasal fit-Triq Santu Wistin għall-ħabta tal-4.00 pm mal-Banda L’Isle Adam ingħaqdet il-Banda tas-Soċjeta Filarmonika La Stella A.D.1863]] tar-Rabat Għawdex. Il-Ħadd 9 t’ April 1989 għamel żjara lil Palazzo Xara l-E.T. Dr. Ċensu Tabone. Hu ġie milqgħuh bl-Innu Malti mill-Banda fil-bieb tal-Każin u wara l-President Dr. Carmel Apap Bologna għamel diskors tal-okkażjoni. Din iż-żjara kienet biss ħames t’ijiem wara l-Dr. Tabone ġie maħtur President tar-Republika.

25 Anniversarju ta’ Malta Indipendenti

Fit-18 ta’ Settembru 1989 ħadet sehem fil-Festi li saru f’Malta biex ifakkru il-25 Anniversarju minn meta Malta saret Indipendenti. Fiż-żjara li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II għamel ġewwa Malta, l-Banda L’Isle Adam tagħat sehem kbir f’din iż-żjara. Il-Ħadd 27 ta’ Mejju 1990 kienet ukoll ġurnata storika għal Banda L’Isle Adam. Dak inħar il-Banda daqqet jew aħjar selmet lil Q.T il-Papa Ġwanni Pawlu II tlett darbiet, l-ewwel permezz tal-Banda taż-Żgħażagħ fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, fil-laqgħa li l-Papa kellu maż-żgħażagħ; wara ħdejn il-Bieb tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl ir-Rabat flimkien mal-Banda tas-Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru u wara nofsinhar fil-Pjazza ta’ quddiem il-Katidral ta’ l-Imdina.

Fl-1991 il-Fergħa Nisa fi ħdan il-Għaqda Mużikali L’Isle Adam għalqet għaxar snin mit-twaqqif tagħha fl-1981. Għal dan l-anniversarju l-Fergħa nisa ħadet ħsieb li t-tellgħa Programm Mużikali fil-bitħa tal-Każin nhar il-5 t’ Awwissu. Propju għaxar snin eżatti minn meta ngħaqdu għall-ewwel darba soċi nisa mal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam. Fl-1992 l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp ħadet l-inizjattiva li tagħmel monument li jfakkar lil vitmi Rabtin tat-Tieni Gwerra Dinjija. L-Inawgurazzjoni ta’ dan il-Monument saret fil-11 t’ Ottubru 1992 mill-E.T. il-President ta’ Malta Dr. Ċensu Tabone fejn il-Banda L’Isle Adam ħadet sehem f’din l-okkażjoni. Waqt il-Kunċert Ġenerali ta’ Marċi li jsir ta’ kull sena mill-Banda fil-Ġimgħa tal-festa ta’ San Ġużepp il-Banda kienet imexxija għall-ewwel darba minn mara. Is-Sinjura Mro. Carmen Deguara li deriġiet il-marċ miktub minnha stess għas-sett ta’ marċi ġodda ta’ dik is-sena. Nħar is-Sibt 11 ta’Marzu 1995, l-E.T. Dr. Ugo Mifsud Bonnici għamel żjara lill-Każin tal-Banda L’Isle Adam, Palazzo Xara, fejn inawgura rħama li tikkomemora s-Surmastrijiet li mexxew il-Banda L’Isle Adam matul iż-żmien.

VII Simposju Internazzjonali dwar San Ġużepp f’Malta

Sena oħra mnaqqxa b’ittri ta’ deheb hija l-1997 li fiha ġie organiżżat is-VII Simposju Internazzjonali dwar San Ġużepp f’Malta, organiżżat mill-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp mit-22 sat-28 ta’ Settembru 1997. Iċ-ċelebrazzjoniet bi tħejjija bdew fit-23 ta’ Jannar b’kunċert Vokali u Strumentali mill-Banda L’Isle Adam fil-Katidral tal-Imdina. Dan kien kunċert ta’ mużika sagra Ġużeppina fejn reġa’ ndaqq ukoll l-Innu l-Kbir. Il-Ġimgħa 21 ta’ Settembru l-Banda L’Isle Adam lagħqet lil San Ġużepp Inkurunat hu u ħiereġ mill-Knisja Ta’ Ġieżu fuq is-Saqqajja. Imbagħad ingħaqdet f’Mass Band mal-Baned Ġużeppini f’Bieb il-Belt ġewwa l-Belt Valletta sal-Knisja tal-Karmnu.

Fit-22 ta’ Settembru l-Banda għamlet marċ matul Triq ir-Repubblika sal-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann fejn lagħqet lil San Ġużepp dieħel fl-istess Knisja. L-għada daqqet fuq is-Saqqajja fejn lagħqet lil San Ġużepp u wara waslitu sal-Kolleġġjata ta’ San Pawl u wara kompliet marċ sa Palazzo Xara. L-għada lagħqet lil San Ġużepp hu u ħiereġ mill-Kolleġġjata ta’ San Pawl u reġgħet waslitu sal-Knisja Ta’ Ġieżu, fejn wara kompliet b’marċ madwar it-toroq tas-Santwarju. Is-Sibt 27 ta’ Settembru selmet lill-Emm. T. il-Kardinal Gilberto Agustoni bl-Innu Pontifiċju u wara għamlet marċ mat-toroq prinċipali tar-Rabat. Il-Ħadd 28 ta’ Settembru kien l-għeluq tas-Simposju fejn fl-10.00a.m. il-Banda daqqet marċi brijużi waqt iċ-ċerimonja tal-kxif tal-Monument tal-Bronż ta’ San Ġużepp quddiem il-Domus Romana. L-aħħar sehem tal-Banda kien waqt il-purċissjoni Solenni li saret bl-Istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat mill-Knisja Ta’ Ġieżu sal-Katidral tal-Imdina.

Biex jibqaw imfakra dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kbar f’Palazzo Xara ġiet inawgurata rħama komemorativa mill-E.T. il-Kardinali Gilberto Agostino fit-tmiem iż-żjara tiegħu f’Palazzo Xara. F’1998 kien jaħbat il-200 anniversarju minn meta il-Maltin qamu kontra l-Ħakkiema tal-Franċiżi. Il-Banda L’Isle Adam ukoll fakkret dan l-anniversarju hekk importanti. Fejn fl-1 ta’ Settembru għamlet marċ tul Triq San Pawl fejn wara waqfet fit-Triq San Ġużepp fejn inkixfet Irħama li tfakkar lin-Nutar Emmanuel Vitale u wara kompliet b’marċ sas-Saqqajja fejn tpoġġew kuruni tar-rand f’riġlejn in-niċċa ta’ San Pawl fl-istess Pjazza. L-għada t-2 ta’ Settembru kien il-jum propju tal-qawmien tal-Maltin u dak inhar sar programm Vokali u Strumentali mill-Banda L’Isle Adam fil-Bitħa tal-Palazz Vilhena fl-Imdina li kien taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta l-E.T, Dr. Ugo Mifsud Bonnici. Il-bidu tal-Millenju l-ġdid il-Banda L’Isle Adam iċċelebrat bil-kbir dan l-avveniment.

Mawra storika l-Art Imqaddsa

Bla ebda dubju l-akbar avveniment fil-bidu tal-Millenju kienet il-Mawra storika li l-Banda L’Isle Adam għamlet ġewwa l-Art Imqaddsa f’Settembru tal-istess sena. Kontinġent ta’ 120 persuna akkumpanjati mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam ħallew il-gżejjer Maltin. Matul is-seba’ t’ijiem li l-kontingent u l-banda L’ Isle Adam damet fl-Art Imqaddsa żaru ħafna postijiet ta’ nteress u li jagħmlu parti mill-istorja tar-reliġjon nisranija. Fost id-destinazzjonijiet li marru jaraw wieħed ma’ jistax ma’ jssemix l-Għadira tal-Galilija, d-Dar ta’ San Pietru, l-Baħar il-Mejjet u l-qabar ta’ Lazzru. F’ Nazaret il-banda tat l-ewwel servizz tagħha, fejn daqqet mal-ġenb tal-Bażilika ta’ l-Annunzjata tħares lejn il-Bażilika ta’ San Gużepp. Żjara kommoventi kienet meta marru d-Dar tas-Sagra Familja fost il-kant ta’ l-innu ‘Lil Gużeppi Ejjew Faħħru’. Mal-wasla f’Betlehem il-banda u l-membri tagħha segħtaw iżuru l-Grotta fejn twieled il-Bambin Gesu’; d-Dar ta’ San Ġwann u l-Viżitazzjoni tal-Madonna; l-Għalqa tar-Rgħajja; d-dar tas-Sultan Erodi kif ukoll l-pjazza ewlenija ‘Manger Square’. Il-banda daqqet fil-Kulleġġ tat-Terra Santa u fuq il-palk tal-Millenju li kien ġie armat għall-okkażjoni tal-Q.T. il-Papa Ġwanni Pawlu II meta żar Betlehem.

Fost il-mużika li esegwiet il-Banda kien hemm l-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni magħruf bħala l-Innu l-Kbir u l-Għanja popolari tal-Milied ‘Ninni la tibkix iżjed’. L-kontinġent flimkien mal-banda fl-aħħar żewġ t’ijiem tal-vjaġġ tagħhom marru Ġerusalem fejn żaru l-Bażilika tas-Santu Sepulkru; l-Qabar ta’ Kristu; l-Ħajt tal-Bikkejja; l-Ort tal-Ġetsemani; l-Qabar tal-Madonna u l-kunvent tas-sorijiet Maltin. L-aħħar impenn tal-banda kien il-kunċert ta’ mużika sagra mill-isbaħ, fil-Kon-Katidral tal-Patrijarka li ġie fit-tmiem tiegħu bl-Innu Popolari ta’ San Ġużepp ta’ Mro. Carlo Diacono. Fit-tieni żjara li il-Q.T. il-Papa Ġwanni Pawlu II għamel f’Malta biex jibbeatifika l-ewwel tlett Beati Maltin, il-Banda L’Isle Adam tagħat it-tislima tagħha lil dan il-Papa t-Tlieta 8 ta’ Mejju 2001 meta selmitlu quddiem il-Knisja Santa Marija ta’ Ġieżu’. F’ Ġunju 2001 ġie mfakkar il-Ġublew tad-Deheb minn meta sar il-kuntratt tax-xiri ta’ Palazzo Xara. Dan kien imfakkar permezz ta’ programm speċjali ta’ attivitajiet. L-attivitajiet bdew fl-31 ta’ Mejju b’kunċert Vokali u Strumentali mill-Banda L’Isle Adam u l-Banda Ġermaniża Tubingen Brass Ensemble fis-sala tal-Każin li għalih attenda wkoll l-Ambaxxatur tal-Ġermanja għal Malta. Is-Sibt 2 ta’ Ġunju saret esebiżżjoni ta’ ritratti tal-proġetti li saru f’Palazzo Xara fosthom il-kostrużżjoni tal-Bottegin u s-sala l-Ġdida. It-Tnejn 4 ta’ Ġunju ġew imfakkra s-Soċi u l-Bandisti mejta, fejn ġie mfakkar l-ex-Arċipriet Dun Benjamin Tonna fejn il-familja tiegħu għoġobha tirregala lis-Soċjeta’ l-abiti sagri tiegħu li nżammu fis-Santwarju ta’ San Ġużepp. L-Erbgħa 6 ta’ Ġunju ġie organiżżat spettaklu ta’ Kant u żfin fil-bitħa tal-Każin u BBQ fejn il-qofol ta’ din l-attivita kien id-dokumentarju awdjo viżiv "Darna Palazz" fejn intwera għall-ewwel darba. Il-Ħamis 7 a’ Ġunju fin-12.30 p.m. intwera fuq l-istażżjon Nazzjonali TVM id-dokumentarju "Darna Palazz" u saret quddiesa għaż-Żgħażagħ Ġużeppini Rabtin u bis-sehem tal-Kor Ġifra tal-Ħamrun. Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju saret quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-bitħa tal-Każin bis-sehem tal-Komunita Franġiskana, l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp, il-kor San Franġisk t’Assisi u l-Banda L’Isle Adam. Fil-11.15 p.m. reġa ġie mxandar id-dokumentarju "Darna Palazz". Is-Sibt 9 ta’ Ġunju fit-8.00 a.m. u 12.00 p.m. ġew sparati murtali tal-bomba bħala tislima għal dan il-jum hekk importanti. Fis-7.30 p.m. sar marċ mill-Banda L’Isle Adam fit-Triq San Pawl fejn quddiem il-Knisja Ta’ Ġieżu selmet il-fdalijiet tal-Beatu Nazju Falzon wara esegwiet l-Innu L’Isle Adam u hawnhekk il-President tas-Soċjeta’ mgħejjun mill-membri tal-Kumitat u soċi tella’ bandiera ġdida fuq l-arblu majestuż tal-Każin tagħna.

Il-Banda kompliet marċ mad-dawra ta’ Palazzo Xara fejn komplew jiġu sparati murtali u murtaletti. L-marċ spiċċa quddiem il-Bieb prinċipali ta’ Triq San Pawl fejn sar diskors tal-okkażjoni mill-President tas-Soċjeta’ l-Unur Tiegħu l-Imħallef Dr. Joseph R. Micallef fejn intemm bil-kliem "Ejjew Oqgħodu" u reġgħa fetaħ il-Bieb Prinċipali u l-Banda reġgħet daqqet l-Innu L’Isle Adam. Wara sar riċeviment fil-bitħa ta’ Palazzo Xara fejn ġew fit-tmiemhom dawn l-attivitajiet. Fid-29 ta’ Settembru 2001 il-Banda għamlet għal ewwel darba il-Kunċert Jum ir-Rabat organiżżat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, ġewwa l-Awditorium ta’ Sant’ Agata. Dan il-Kunċert issir kull sentejn mill-Banda L’Isle Adam fl-istess post. Fil-Festa ta’ San Ġużepp 2005, li saret fis-17 t’April minħabba l-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami għamel l-ewwel żjara tiegħu f’Palazzo Xara. Il-Kunċert tal-Imnarja tal-2005 żgur li se jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-aqwa programm li qatt sar mill-Banda L’ Isle Adam. F’dan il-kunċert ġie inawgurat il-planċier tas-Soċjeta’ wara li sarlu restawr estensiv mill-kumpanija Queen’s Furniture Ltd. F’dan il-Programm apparti s-sehem tal-Banda L’Isle Adam ħa sehem ukoll il-Kor Amadeus Chamber Choir li kien immexxi minn Mro. Brian Cefai. Dan il-kor ħa sehem fil-parti Vokali ta’ dan il-kunċert fejn fost oħrajn għamlu l-kor mill-opri ta’ Verdi Nabucco, l-famuża Va Pensiero li għaxqet is-Saqqajja. Indaqqet ukoll l-għanja ta’ Mro. Carmelo Pace L-Imnarja li ntlaqtet tajjeb minn kulħadd. Fejn tidħol il-Banda l-aktar żewġ biċċiet li spikkaw kienu l-overture William Tell ta’ G. Rossini u l-concert overture 1812 ta’ P.I. Tchaikovsky. Indaqqu wkoll selezzjoni minn Andrea Chenier, soundtrack mill-film The Mask of Zorro u suite li jġib l-isem L-Imnarja 2005 miktuba minn Mro. Joseph Galea għall-okkażjoni. Il-Ħadd 17 ta’ Settembru 2006 saret l-ewwel laqgħa li fiha twaqqfet is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat tal-Imdina.

Fil-25 ta’ Jannar 2007 il-Banda L’Isle Adam flimkien mal-Banda Konti Ruġġieru selmet lill-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta Mons. Pawlu Cremona O.P. fuq is-Saqqajja qabel daħal l-Imdina fejn baqa’ sejjer il-Katidral fejn wara saret Velja ta’ talb fl-istess Katidral bi preparazzjoni għal ħatra tiegħu bħala Arċisqof, li saret l-għada ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta. Fil-Festa Solenni tal-Patrijarka San Ġużepp 2007 il-Każin kellu żewġ żjarat importanti. Dawn kienu tal-E.T. Mons. Mario Grech Isqof t’Għawdex fit-18 ta’ Marzu u ta’ l-E.T. Mons. Pawlu Cremona Arċisqof ta’ Malta fid-19 ta’ Marzu. Iż-żjara ta’ Mons. Grech saret wara li l-istess Isqof ikkonċelebra quddiesa solenni bil-kant tat-Te Deum. L-istess Isqof ġie milqugħ bid-daqq tal-Innu Pontifiċju u wara żar Palazzo Xara u ngħata riċeviment ad unur tiegħu. L-Għada 19 ta’ Marzu żar il-każin E.T. Mons. Pawlu Cremona O.P. wara li huwa mexxa Quddiesa Pontifikali assistit mill-Kapitlu Metropolitan fis-Solennita ta’ San Ġużepp.

L-1 t’April 2007, jum Ħadd il-Palm iżżanżnet l-Kantata It-Triq tas-Salib kompożizzjoni ta’ Mro. Joseph Galea miktuba fl-okkażjoni sabiħa ta’ l-egħluq l-20 anniversarju kemm ilu direttur tal-Banda L’ Isle Adam. Din ġiet esegwita ġewwa l-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ waqt Lejla ta’ Mużika Sagra li ssir ta’ kull sena mill-Banda L’Isle Adam fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din il-Kantata għanda kliem ta’ żewġ Patrijiet Franġiskani Fr. Marċello Ghirlando u Fr. Raymond Camilleri. Flimkien mal-Banda ħadu sehem it-Tenur Joseph Aquilina, l-Baritonu Anthony Montebello, l-Kor Santa Monika mexxi minn Sr. Benjamina Portelli OSA u n-narraturi s-Sur Tonio Farruġia u s-Sinjorina Marika Vassallo.

Il-Kunċert Annwali tal-Imnarja 2007 se jibqa’ mniżel fl-istorja għaliex għal ewwel darba kemm ilu jsir, fih ħadu sehem żewġ baned, jiġifieri r-"Rivierenland Fanfare Orkest" mill-Olanda fl-ewwel parti u l-Banda L’Isle Adam fit-tieni parti. Maż-żewġ baned ħadu sehem is-Sopran Karen Camilleri u l-Baritonu Alfred Camilleri fejn ħadu sehem f’siltiet vokali. Wara sar marċ miż-żewġ baned sa Palazzo Xara fejn sar riċeviment tal-okkażjoni.

F’Marzu 2009 l-Arċikonfraternita ta’ San Gużepp iċċelebrat l-500 sena minn meta l-Festa ta’ San Ġużepp bdiet tiġi ċċelebrata b’mod solenni f’Malta, fl-1509. Il-Banda L’Isle Adam kellha sehem ewlieni f’dawn il-Festi kbar, fosthom b’ Kunċert Mużikali bit-Tema Nisġa ta’ Tifħir lil San Ġużepp fil-Knisja Ta’ Ġieżu nħar l-10 ta’ Marzu 2009. Barra dawn il-ġrajjiet li jikkonfermaw kemm din l-ewwel Banda Rabtija jġorr warajha isem glorjuz insibu wkoll bosta membri li jkomplu jgħollu l-ġieħ miksub matul iż-żmien. Fost dawn in-nies insibu bosta artisti bħal skulturi, dekoraturi u pitturi, lawrjati, Saċerdoti u familji nobbli. Nibdew bl-iskulturi li ta’ min insemmu lil Wistin Muscat, nepputih Anġlu Muscat, Benjamin Tonna u ibnu Carmelo Tonna, Salvu Tonna u Profs. Anton Agius. Induraturi Tomaso Buġeja, Tomaso Bartolo, Ġużeppi Farrugia, Manuel Farrugia, Willie Attard u Arthur Vassallo. Dekoraturi Mikiel Fsadni u lil Carmelo Azzopardi. Fost il-lawrjati nsemmu n-Nutari Pawlu Vassallo u Carmel J. Vella, l-Avukati Dr. Joseph Vella u l-Unur Tiegħu l-Imħallef Joseph R. Micallef u Salvatore Schembri ex. Presidenti. Periti Carmel Bonello, Anthony Vassallo, Joseph Tonna, Joe Agius Bonello Ex. President u Carmel Farrugia. Tobba Dr. Jose Portelli, Dr. Joe Cacciattolo, Dr. Joe Ferriġġi u n-Nobbli Dr. Carmel Apap Bologna. Mis-Soċjeta ħarġu bosta saċerdoti iżda żgur li l-aktar ċelebri huwa Mons. Ġużeppi De Piro li jekk Alla jrid għad narawh mgħolli għal glorja tal-artali. Il-Provinċjal Patri Anġeliku Azzopardi O.F.M., Dun Ġużepp Spiteri M.S.S.P., is-Superjur Ġenerali tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl u ħuħ Dun Gerald Bonello. L-ewwel u l-unika Arċipriet Rabti fil-Parroċċa tar-Rabat il-Kan. Benjamin Tonna, l-Isqof Silvestru C. Magro, l-Ex. Provinċjal tal-Franġiskani Minuri Patri Pawl Galea, Patri Raymond Falzon O.F.M., Patri Albert Micallef, Patri Adrijan Cachia, Patri Joe Caruana, Patri Ġwann Abela, Patri Richard Grech, Dun Joe Barbara M.S.S.P., Il-Kanonku Kolleġġjali Carmelo Barbara u l-Kan. Koll. DunĠużepp Azzopardi, Dun Karm Busuttil.

Kienu bosta l-membri tal-familji Nobbli li kienu jifrekwentaw il-Każin ta’ spiss bħal familji De Piro, Testaferrata Bonnici, Theuma Castelletti, Trapani Galea, Apap Bologna u oħrajn. Surmastrijiet tal-Mużika li kienu membri nsibu lil Lorenzo Gatt, Carmelo Spiteri, Carmelo Camilleri, Emmanuel Gatt, Francesco Vella, Generoso Muscat, Pawlu Micallef, Willie Attard, Richard Bugeja, William Debattista, Twanny Galea, Joseph Chircop u l-atwali Surmast Direttur Mro. Joseph Galea. Mit-twaqqif uffiċjali tagħha fl-1860 il-Banda Dekana L’Isle Adam damet għal bosta snin iddoqq fil-festi ta’ l-ibliet u l-irħula Maltin sakemm bdew jitwaqqfu l-baned f’dawn il-postijiet. Matul l-150 sena li ilha mwaqqfa uffiċjalment, il-Banda matul is-sena baqgħet tagħti servizzi f’bosta Festi barra mir-Rabat u nistgħu ngħidu li m’hawnx post f’ Malta fejn għada ma marritx iddoqq fih.

Fir-Rabat tal-Imdina l-Banda tieħu sehem fil-festi ta’ Sant’Anton Abbati, taċ-Ċintura, tal-Madonna tal-Karmnu, San Franġisk u fil-Festi Prinċipali tar-Rabat tal-Imdina, San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu, fil-Ġimgħa l-Kbira u fl-Imnarja fejn ta’ kull sena jtella’ programm mużikali Kolossali. Il-Banda L’Isle Adam matul dawn il-150 sena qatt ma sabet ruħa f’ħalq il-mewt bħal ħafna Baned oħra iżda baqgħet sejra minn suċċess għal ieħor li kollha komplew jgħollu l-ġieħ lill-ewwel banda tar-Rabtin. Fit-3 ta' Diċembru 2009 inhatar bhala President tas-Socjeta is-Sur Massimo Azzopardi. Matul l-2010 l-Banda Dekana u Ċittadina L'Isle Adam qed tiċċelebra l-150 mit-twaqqif uffiċjali tagħha fl-1860 b'dan il-motta "B'Impenn il' Quddiem, Ġrajjietek Magħrufa". qegħdin issiru bosta ċelebrazzjonijiet spċcjali biex jitfakkar kif inhu xieraq dan l-anniverasrju kbir: Seklu u Nofs ta' mixja mużikali. Min-naħa tagħna nawguraw kull suċċess lil Banda tagħna, mhux biss f' din is-sena speċjali imma fis-snin li ġejjin. Ad Multos Annos

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Indri Borg 1860 1863
02 Anġelo Agius 1863 1864
03 Anġelo Galea 1864 1873
04 Anġelo Agius 1874 1876
05 Emanuel Bartoli 1876 1879
06 Carmelo Spiteri 1879 1880
07 Epifanio Agius 1881 1884
08 Lorenzo Gatt 1885 1890
09 Carmelo Camilleri 1891 1893
10 Gaetano Grech 1894 1911
11 Antonio Micallef 1911 1913
12 Gaetano Grech 1913 1921
13 Emanuel Bartoli 1921 1924
14 Salvatore Mallia 1924 1936
15 Ġużeppi Stivala 1936 1939
16 Anton Muscat Azzopardi 1940 1945
17 Giuseppi Stivala 1945 1950
18 Anton Muscat Azzopardi 1950 1978
19 Philip Gatt 1978 1986
20 Joseph Galea 1987 2019
21 William Debattista 2019

Presidents

No Presidents From Until
01 G Portelli 1884* 1888
02 Dr. S Caruana Mamo LL.D 1889
03 C Vella 1890 1891
04 C Camilleri 1892
05 Antonio Lanfranco 1893
06 T Demajo 1894
07 D Vassallo 1895
08 G Bartoli 1896
09 G Vella 1897
10 V Giordmaina 1898
11 Tommaso Vassallo 1899 1900
12 Felice Vassallo 1901
13 Giuseppe Vella 1902 1904
14 Tommaso Vassallo 1905
15 Curator, MacKean 1906 1917
16 Dr. D G Bellanti LL.D 1918 1921
17 Prosecutor Encole Valenzia P.L 1922 1923
18 Dr. D G Bellanti LL.D 1924 1925
19 Dr. Filippo Pullicino LL.D 1926 1928
20 Dr. Salvatore Schembri LL.D 1929 1936
21 G Formosa Del Conti Formosa Speranza 1936 1938
22 Capt. Olaf Gollcher 1939 1947
23 Notary Dr. C J Vella LL.D 1947 1948
24 P Barbara 1948 1949
25 Alexander Dei Marchesi Apap Bologna 1949 1981
26 J M Micallef 1981 1983
27 Arch. Joe Agius Bonello A. & C.E 1983 1985
28 Baron Dr. Carmel Apap Bologna Sciberras D'Amico Inguanez M.D. 1986 1988
29 Judge. Onor Dr. Joseph R.Micallef LL.D 1989
30 Paul Magro 1989 2008
31 Massimo Azzopardi 2008 2013
32 Perit.Carmel Farrugia 2013 2013
33 Neville Muscat 2023

Secretaries

No Secretaries From Until
01 Neville Muscat 1995 2023
02 Daniel Giordmaina 2023

Treasurers

No Treasurers From Until
01 Antonia Holden 2020

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cd's Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Banda L'Isle Adam A.D. 1860 (1972) 1972 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Banda L'Isle Adam A.D. 1860 (1976) 1976 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Banda L'Isle Adam A.D. 1860 (1978-1979) 1978-1979 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1980) 1980 *
05 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1981) 1981 *
06 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1983) 1983 *
07 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1984) 1984 *
08 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1985) 1985 *
09 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1986 1986 *
10 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1987) 1987 *
11 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1988) 1988 *
12 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1989) 1989 *
13 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1990) 1990 *
14 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1991) 1991 *
15 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1992) 1992 *
16 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1993) 1993 *
17 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1994) 1994 *
18 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1995) 1995 *
19 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1996) 1996 *
20 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1997) 1997 *
21 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (1998) 1998 *
22 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam (1999) 1999 *
23 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp Banda L'Isle Adam - (2000) 2000 * -

Cd's

No Name of Cd's Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Ġużepp 2001 - mill-Banda l'Isle Adam - (2001) 2001 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Ġużepp 2003 - mill-Banda l'Isle Adam - (2003) 2003 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Ġużepp 2005 - mill-Banda l'Isle Adam - (2005) 2005 *
04 Festivie Marches - Ġilju Gużeppin - Marċi Brijuzi mill-Banda L'Isle Adam - (2007) 2007 *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 150 Sena ta' Mixja Mużikali - B'Impenn 'il Quddiem Ġrajjietek Magħrufa - Mill-Banda L'Isle Adam - Festa San Ġużepp (2010) (Double Cd) 2010 *
06 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mill-Pinna ta' Mro. Joseph Galea (1987-2012) 25 Sena Surmast Direttur tal-Banda L'Isle Adam A.D. 1860 (2012) 2012 *
07 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Ġużepp 2013 - 50 Sena San Ġużepp Inkurunat - Mill-Banda l'Isle Adam (2013) 2013 *
08 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Ġużepp 2016 - Mill-Banda L'Isle Adam (2016) 2016 *
09 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Ġużepp 2018 - Mill-Banda L'Isle Adam (2018) 2018 *
10 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa San Ġużepp - 150 Sena Patrun Universali - 160 Sena Banda L'Isle Adam - (2020) 2020 *

Cassettes

No Name of Cassettes Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Mill-Banda l'Isle Adam - (1997) 1997 *

Cd's

No Name of Cd's Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Is-Sena tal-Ġublew il-Kbir F'Millennju Ġdida - Mill-Banda l'Isle Adam - (2000) 2000 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri - Fuq il-Golgota - Mill-Banda l'Isle Adam - (2015) 2015 *

Others

No Name of Cd's Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Fl-okkażjoni tas-VII Simposju Internazzjonali dwar San Ġużepp - mill-Banda l'Isle Adam - (1997) 1997 *

Programmes and Publications

Memorials

External links