John J. Pace

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. John J. Pace

Mro. John Joseph Pace magħruf aktar bħala John J. Pace twieled fil-31ta’ Jannar, 1945 f’ Ħal-Żabbar. Ħa l-edukażżjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle tal-Cottonera. Miżżewweġ lill Grace nee’ Munford u għandhom żewġ subien Ian Pace li huwa fotografu Professjonali u Herbert Pace li huwa wkoll Surmast tal-Banda.

Mro. Pace ikkontesta l-Eleżżjoni tal-Kunsilli Lokali fis-sena 2000 u ġie elett mill-ewwel għadd. Dam fil-Kunsill Lokali sas-sena 2019. Bejn is-sena 2009 u is-sena 2013 kien jokkupa il-kariga ta’ Viċi Sindku.

Kien hemm snin minnhom meta kien responsabbli mill-Kultura, mis-saħħa u mill-persuni b’dizalibbilta.

Huwa kien introduċa l-injeżjoni kontra l-Influwenza fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għall tlett snin konsekuttivi, organizza attivita kulturali Lejla fil-Belt Hompesch.

Mr. John J. Pace beda l-karriera mużikali tiegħu, meta kellu biss 11 il-sena, mas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar.

Fl-1971 ġie magħżul bħala Ass. Surmast fis-stess każin, kif wkoll mal-Banda Lilly tal-[Mqabba]] kif inhi magħrufa illum Soċjeta Mużikali Madonna tal-Ġilju.

Mro. John J. Pace ħa kors ta’ tlett snin fl-armonija avvanżata u Ruutrapunt taħt is-Surmast Carmelo Pace u t-teknika kollha li tirrekjedi banda, taħt il-Mro. Carmelo Caruana li kien is-Surmast Direttur tas-Soċjeta Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta.

Mro. John J. Pace

Mro. John J. Pace kien wkoll Surmast Direttur bejn l-1978 u 1988 għamel għaxar snin mal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata Ħal Tarxien A.D. 1862 ta’ Ħal Tarxien, bejn 1977 sa 2000 mexxa l-ewwel banda tiegħu Għaqda Mużikali Santa Marija A.D. 1873 ta’ Ħal-Għaxaq, tmien snin mal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar ta’ Ħaż-Żabbar, għaxar snin oħra mal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu, sittax il-sena mal-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Kalkara) tal-Kalkara, Tnax il-sena ma’ Stella Maris Band Club ta’ tas-Sliema, Tnejn u għoxrin sena mal- Għaqda Banda Żejtun taż-Żejtun, waqt li wkoll għamel tmientax il-sena bħala Surmast, fejn kien wkoll l-ewwel Surmast mal-Għaqda Mużikali Sant' Anna ta’ Marsaskala.

F’Marzu, 1984 Dr. Alex Sciberras Trigona li kien Ministru tal-Kultura, uffiċċjalment kien ħatru Surmast Direttur tal-Banda Nażżjonali fejn dam imexxija sa sena 1992. Mro. Pace kien mistieden bħala ‘Guest Conductor’ ma’ diversi baned Maltin kif wkoll anki barranin, apparti li għal diversi snin mexxa wkoll il-Banda tal-Partit Laburista.

Għal xi snin Mro. John J. Pace kien ukoll Maestro di Cappella fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar.

Mro. John J. Pace kien wkoll it-teżorier fil-Kumitat Organizzattiv biex ġie imwaqqaf il-Molument marbut ta’ l-eċċellenza tagħha is-Sinjorina Agatha Barbara f’Ħaż-Żabbar.

Sa mill-1987 Mro. Pace kien jokkupa diversi ħatriet fil-kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħaż-Żabbar fejn għamel tmien snin jokkupa il-kariga ta’ President.

Fil-prezent Mro. John J. Pace huwa il-PRO tal-Kunsill Ċiviku ta’ Ħaż-Żabbar u il- PRO sa mit-twaqqief ta’ l-istess Kunsill mill-1992.