Alfred Camilleri

From M3P
Jump to navigation Jump to search
STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Il-Baritonu Alfred Camilleri twieled iż-Żurrieq fit-8 t’Awwissu, 1975. Illum jgħix f’ Ħaż-Żabbar.

Huwa beda jistudja l-vuċi u l-interpretazzjoni ta’ eta` żgħira ġewwa l-iskola tal-mużika Johann Strauss mal-Kontralt E.Thomas-Jones. Kompla mal-Mezzosopran Marie Therese Vassallo. Wara li kien ir-rebbieħ tat-tieni edizzjoni tal-kompetizzjoni Melita-Rossia (1995), huwa kien il-mistieden speċjali tal-Konservatorju ta’ Moska fejn attenda għal xi lezzjonijiet ta’ perfezzjoni mas-Sopran Lydia Abramova u ta żewġ kunċerti fil-pubbliku, wieħed minnhom fis-sala prestiġġjuża tal-Friendship House.

Ħa sehem f’diversi kunċerti, kemm f’Malta, kif ukoll ‘il barra minn xtutna. F’Malta kanta xogħlijiet kbar, Apparti dan kanta flimkien mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali (Malta), mar-Reverienland Fanfare Orchestra (Olanda) u mas-Sofia Collegium Symphony Orchestra (Bulgarija). Barra minn xtutna kanta fit-teatri ta’ Grosseto, Cecina u Terme di Chiancano, l-Italja (1999), fil-knisja ta’ Santa Maria della Misericordia dei Bianchi ġewwa Trecastagni, Sqallija (2001) u fil-Kwartieri tar-Radju Nazzjonali Bulgaru ġewwa Sofia (2005).

Huwa l-ewwel baritonu Malti li fuq inizjattiva ta’ l-APS BANK irrekordja professjonalment mad-Ditta GEGA NEW (Bulgarija) is-sensiela ta’ diski kompatti li jġibu l-isem Sacred Music By Maltese Composes u li fihom l-aqwa xogħlijiet sagri Maltin tas-seklu dsatax u għoxrin, fosthom il-Grande Messe tas-Surmastrijiet Paolino Vassallo, Giuseppe Spiteri Fremond, Anton Nani u Ferdinando Camilleri u Giuseppe Camilleri.

Huwa kellu x-xorti jippreżenta d-diski kompatti b’din il-mużika sagra lill-Qdusija tiegħu l-Papa Benedittu XVI ġewwa Pjazza San Pietru l-Vatikan nhar it-2 ta’ Novembru 2005.

Il-vuċi ta’ Alfred Camilleri tinstema’ fuq lista twila ta' diversi diski kompatti wkoll.

Alfred huwa lecturer tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju ġewwa l-Kulleġġ De La Salle.

Xogħlijiet Kbar

Xogħlijiet mal-Baned Maltin

Xogħlijiet Oħrajn