Soċjeta Filarmonika La Stella (Gudja)

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Soċjeta Filarmonika La Stella (Gudja)

Meta l-Maltin jisimgħu bis-sena 1919 ħsieb mill-ewwel imur fuq l-irvellijiet tas-Sette Giugno. Iżda għall-Gudjani s-sena 1919 tfakkar wkoll fi ġrajja storika oħra li hija l-ħolqien taċ-Circolo Musicale La Stella, il-pedament tal-ewwel banda fil-Gudja.

Fl-1914 faqqgħet l-ewwel gwerra dinija. Din damet tkaxkar sal-1918. Ftit wara li spiċċat il-gwerra, fl-1919, uħud ftehmu li jiffurmaw u jwaqqfu ċ-Circolo Musicale La Stella. Dak iż-żmien it-tliet fundaturi taċ-Circolo Musicale La Stella krew dar biex jużawaha bħala sede f’Nru 1, Triq id-Dejqa. Din kellha gallarija fis-sular ta’ fuq tagħti għall-pjazza. Dawn it-tliet fundaturi kienu Gio Maria Abdilla (li fil-Gudja kien magħruf bħala ”Ta’ Bexxaq”), Anġlu Dalli (magħruf bħala ”Josu”) u Carmelo Zammit (magħruf bħala l-”Qondos”). L-għan ewlieni li għalih ġie mwaqqaf ċ-Circolo Musicale La Stella kien li titwaqqaf orkestra biex fil-festa tal-Madonna tar-Rużarju tibda ddoqq kemm fil-knisja kif ukoll fil-festa ta’ barra.

Fl-1936, l-Orkestra La Stella ġiet mibdula f’banda. Dan kien parti mill-progress u l-iżvilupp taż-żmien. Madanakollu l-mużika ma kinetx l-unika ħaġa li kienet tberren fl-imħuħ tal-fundaturi. Huwa ċar li sa mill-bidu, il-każin tagħna kellu wkoll funzjoni soċjali u ċivika. Dan jixhdu l-fatt li fl-1925, jiġifieri sitt snin biss wara t-twaqqif taċ-Circolo La Stella, is-soċi, fid-dawl tal-fatt li ħafna minnhom kien jaħdmu t-tarzna, ddeċidew li jixtru karozza tal-linja. Dak iż- żmien kien għad mhawnx mezzi ta’ transport ħlief f’xi karozzin jew xi karettun miġbud mill-bhejjem. Għalhekk dawn il-ħaddiema kienu ta’ kuljum jmorru u jiġu lura minn Bormla bil-mixi. Il-karozza tal-linja li xtraw semmewha St Mary. Permezz ta’ din il-karozza, filwaqt li kienu ta’ kuljum jaslu għax-xogħol, is-soċi kienu jorganizzaw wkoll ħarġiet għall-festi ta’ bliet u rħula tal-madwar.

L-iżvilupp ta’ din is-soċjetà kompla meta sar it-trasferiment minn Nru 1, Triq id-Dejqa għal binja kbira fejn ninsabu illum; post prominenti fil-pjazza tar-raħal b’faċċata imponenti. Din id-dar antika kienet ir-residenza tal-kappillan u matul iż-żmien serviet ukoll bħala mużew għat-tagħlim tad-duttrina lit-tfal. Fl-1971, il-kumitat, b’ sagrifiċċji kbar, xtara din id-dar biex ikun jista jibda jsir it- tibdil neċessarju sabiex il-binja minn dar tibda pass pass tinbidel f’każin tal-banda. Flok il-kmamar żgħar inbnew żewġ swali kbar, waħda isfel u oħra fuq.

Fl-1990 il-kumitat xtara propjetà oħra maġenb il-kazin. Din il-propjetà kien fiha ġnien kbir u dan mill-ewwel inbidel f’bitħa kbira li għadna ngawdu sal-lum. Il-kumplament kompla jiġi żviluppat sabiex jirrifletti l-ħtiġijiet moderni tal-lum il-ġurnata. Fl-1986 is-Soċjetà Filarmonika La Stella kompliet tespandi u tinvesti u fid-dawl ta’ dan nxtrat il-propjetà li llum tintuża mid-dilettanti tan-nar fi ħdan din is-Soċejtà. B’hekk b’mod uffiċjali twaqqfet il-La Stella Fireworks Factory bi kmamar moderni fejn ikun jista’ jinħadem in-nar kemm għall-festa ta’ Santa Marija kif ukoll għal dik tal-Madonna tar-Rużarju. Ix-xogħol tal-bini sar mid-dillettanti stess u sal-lum, b’kunfidenza nistgħu ngħidu li għandna waħda mill- ikbar kmamar tan-nar li hawn f’pajjiżna.

Minn meta twaqqfet sal-lum is-Soċjetà Filarmonika La Stella kellha 12-il President. Dawn il-Presidenti kollha mexxew kumitati differenti bil-ħsieb li jikkordinaw id-diversi friegħi fi ħdan is-Soċjetà u b’għaqal, ħadu ħsieb li minn sena għal sena titfassal u tiġi ċċelebrata festa mill-isbaħ minn kull aspett. Dan dejjem sar bi ftehim u sinerġija mal-Fratellanza tas-SSmu. Rużarju fid-dawl tal- festa tal-Madonna tar-Rużarju ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.

Tagħrif meħud minn website tas-Soċjeta

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Vincenzo Caruana 1919 1921
02 Salvatore Azzopardi 1922 1926
03 Ġio Maria Abdilla 1927 1945
04 Emanuel Camilleri 1945
05 Anġelo Pace 1946 1998
06 Francis Pace 1998 2014
07 Michael Pulis 2014

Presidenti

No Presideni Minn Sa
01 Ġio Maria Callus 1919 1924
02 Ġiuseppe Cutajar 1925 1927
03 Eugenio Mcallef 1928 1934
04 Antonio Borg 1935 1936
05 Ġio Maria Abdilla 1937 1948
06 Ġiovani Sghendo 1949 1951
07 Ġio Maria Abdilla 1952 1960
08 Maġ. Dr. Gawdenz P.Borg LL.D. 1961 1985
09 Ġiovanni Farrugia 1986 1989
10 Francesco Agius 1990 1993
11 Carmelo Pace 1994 2000
12 Salvatore Mifsud 2001 2002
13 Toninu Caruana 2003 2013
14 Michel Mifsud 2014

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Malcom Zammit

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Clayton Zammit

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - Il-Banda ''La Stella'' Tfakkar Il-Ġublew tad-Deheb (1936-1986) 1986 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - Il-Banda ''La Stella'' Tfakkar Il-45 Sena tas-Surmast Direttur tagħha, Anġ Pace L ((M.U.S.) L.C. M. 1991 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mill-Banda ''La Stella'' Gudja (1993) 1993 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi - Banda w Kor ''La Stella'' Gudja, Mużika Popolari 1985 1985 *
05 Festive Marches - Marċi Brijużi - Marċi Popolari Maħruġ għall-okkażjonu tal-Festa tad-Rużarju mill-Banda ''La Stella'' Gudja *
06 Festive Marches - Marċi Brijużi - Fl-Okkażjoni ta' l-400 Sena mit-Tweluid tal-Fratellenza tas-Ssmu Rużarju Gudja (1588 - 1988) Vol.III 1988 *
07 Festive Marches - Marċi Brijużi - F'Għeluq il-50 Sena tas-Surmast Diretur Mro. A. Pace L. Mus L.C.M (1946 - 1996) 1996 *

Cd's

No Name of Cd's - Festives Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Popolari Maħruġ għall-okkażjoni tal-Festa Tar-Rużarju *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Brijużi - 2021 - Banda La Stella Gudja 2021 *
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Brijużi -2024 - Mis-Soċjeta Filarmonika La Stella Gudja A.D. 1919 (2024) 2024 *

Cd's

No Name of Cd's - Funeral Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Marċi għall-Ġimgħa Mqaddsa ta' Mrp. Anġelo Pace (1920 - 2003) 2005 *

Programmes and Publications

Memorials

External links