Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own

L-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu taf il-bidu tagħha fis-sena 1891 meta għadd ta’ rġiel u żgħażagħ li kienu jiffrekwentaw il-knisja tal-Lunzjata, iddeċidew li bħal bliet u rħula oħra, ikollhom il-banda tagħhom sabiex ikabbru l-festa tal-Patrijarka San Duminku ta’ Guzman li kienet tiġi ċċelebrata fl-istess knisja. B’danakollu dan ma jfissirx li dawn ma kinux imseħbin f’xi għaqda, għaliex nafu li minn ħafna żmien qabel, is-soċjetà La Stella kienet diġà teżisti u kienet tħaddan kemm orkestra mandolinistika kif ukoll seżżjoni filarmonika li kellha l-każin tagħha fi Strada Dietro il Convento.

Il-Bidu tal-Banda

Din il-ħolma saret realtà meta tqabbad is-surmast Lorenzo Grima mlaqqam ‘Lanżitu’ u li kellu esperjenza u kapaċità f’dan il-qasam billi kien diġà organizza baned oħra. B’hekk, dan is-surmast mill-Birgu jista’ jitqies bħala l-fundatur u l-ewwel surmast ta’ din il-banda.

L-ewwel Laqgħa Ġenerali tal-Għaqda għas-soċji u l-bandisti saret il-Ħadd, 18 t’Ottubru 1891 sabiex inħatar il-kumitat fejn it-Tabib Ġann Feliċ Inglott inħatar l-ewwel President. F’din il-laqgħa unanimament ġie deċiż li din l-Għaqda għandha tkun magħrufa bl-isem ta’ Għaqda Filarmonika Vittoriosa, u d-data tat-twaqqif tagħha tkun is-27 ta’ Settembru 1891, bħala bandiera jkollha dik tal-istess belt Vittoriosa: fuq sfond aħmar bl-arma tal-Birgu f’nofsha kif tixhdu nota li tgħid: Krejna dar kbira, ħloqna l-Banda Vittoriosa u fuq il-bejt ittellgħet il-bandiera tal-Birgu.

L-ewwel dehra fil-Pubbliku

L-ewwel darba li l-banda dehret fil-pubbliku kien fit-28 t’April 1892, fi żmien seba’ xhur biss. Wara, fis-17 u t-18 ta’ Settembru ħadet sehem għall-ewwel darba fil-festa tal-Patrijarka San Duminku fil-Birgu. Dan kien l-iskop ewlieni sa mill-bidu, li l-banda tieħu sehem f’din il-festa.

Bosta membri kellhom ġibdiet tradizzjonali ma’ dak kollu li kellu x’jaqsam mal-Imperu Ingliż. Dan tnissel minħabba li ħafna membri tagħna kienu ħaddiema fit-Tarzna u oħrajn fuq frejgati navali. Għalhekk, intweriet ix-xewqa li l-Għaqda tibdel isimha minn Vittoriosa għal dak ta’ Duke of York Own u li bħala patrun ikollha lil Ġorġ Duka ta’ York, li kien in-neputi tar-Reġina Vittoria. Għal dan l-iskop f’laqgħa ġenerali tat-22 ta’ Frar 1895 saret talba lill-Altezza Rjali Tiegħu d-Duka ta’ York fejn intalab jonora lill-Għaqda u tibda tissejjaħ Duke of York Own. It-Tweġiba għal din it-talba waslet fit-8 ta’ Mejju 1895 fejn id-Duka għoġbu bl-akbar pjaċir jonora l-Għaqda li tibda ġġib l-isem ta’ Duke of York Own. L-ewwel darba li l-Banda daqqet taħt dan l-isem kien f’żewġ programmi li esegwiet f’Ħaż -Żabbar fit-18 u d-19 t’April 1895, fil-festa tad-Duttrina u kienet immexxija minn Mro. Alfred Hare.

Fl-1897 żdiedu s-servizzi u l-Banda tant bdiet tiġi mfittxija li nħass il-bżonn li jinħatar surmast stranġier. Il-ħatra waqgħet fuq il-Kavallier Professur Raffaele Ricci. Hekk kienet waħda minn tal-bidu, fost baned Maltin li taħtar surmast stranġier. L-ewwel programm taħt dan id-Direttur sar il-Ħadd, 5 ta’ Settembru 1897, ir-Raħal Ġdid għall-festa ta’ Sant’ Ubaldeska.

Iż-Żjara tad-Duka u d-Dkessa ta' Cornwall

Fl-1901 kellhom iżuru Malta d-Duka u d-Dukessa ta’ Cornwall u York afi triqthom lejn l-Awstralja, u l-Għaqda ma’ naqsitx li tieħu l-inizjattiva u tħejji għal din il-miġja f’pajjiżna tal-Patrun distint tagħha. Għalhekk ħatru bħala President Onorarju lil Sir Gerald Strickland, li dak iż-żmien kien Chief Secretary. Dan sar fit-22 ta’ Frar 1901. Fit-18 ta’ Marzu tal-istess sena, l-Għaqda ġiet ippreżentata uffiċjalment b’żewġ standardi ġodda, wieħed tal-istess Duka u l-ieħor dak Irjali, f’ċerimonja fil-Bitħa tal-Palazz il-Belt, mill-Gvernatur, il-Ġeneral Lord Grenfell of Kilvey f’isem l-istess Duka. Għal din l-okkażjoni żżanżnet ukoll uniformi ġdida.

Id-Duka u d-Dukessa ta’ York waslu Malta fil-25 ta’ Marzu 1901 fuq il-jott irjali HMS OPHIR. Għall-wasla tagħhom l-Għaqda kienet il-protagonista fejn ingħatat l-unuri kollha. Għal din l-okkażjoni l-membri tal-Banda, flimkien mal-Kumitat, ġew stazzjonati d-Dwana, taħt ark dekorat bil-fjuri. Mal-wasla tad-Duka, il-Banda sellmitilhom bid-daqq tal-God Save the King. Wara li spezzjona l-Banda u feraħ lill-President Dr. Ġann Feliċ Inglott għall-eleganza u l-kapaċità mużikali tal-Banda tiegħu kif sejħilha hu, is-Surmast Direttur, il-Kavallier Professur Raffaele Ricci ppreżenta lid-Duka kompożizzjoni tiegħu stess miktuba għall-okkażjoni bl-isem ta’ ‘Souvenir de Malte’. Waqt il-pranzu li sar fil-Palazz il-Belt, f’nofsinhar, il-Banda daqqet programm mużikali f’Misraħ San Ġorġ, filwaqt li filgħaxija flimkien mal-Banda tas-Soċieta Filarmonica Nazionale La Valette daqqet programm ieħor differenti. Jumejn wara fis-17 ta’ Marzu, sar riċeviment fuq l-HMS OPHIR li għalih kien mistieden il-Viċi President is-Sur Tonin Bezzina, ħabib kbir tal-istess Duka.

Il-Banda tibdel isimha

Bil-mewt tar-Reġina Vittoria li ġrat fit-23 ta’ Jannar 1901, binha Edward, il-Prinċep ta’ Wales laħaq Re, u ibnu Ġorġ Duka ta’ York ħa t-titlu ta’ Prinċep ta’ Wales u werriet tat-tron Ingliż. Ġara li l-Banda Prince of Wales Own tal-Belt talbet il-permess lill-istes Re biex iġġib ismu u tibda tissejjaħ King’s Own, jew aħjar kif nafuha illum Soċjeta Filarmonika King’s Own. Dan ingħata fl-4 ta’ Marzu 1901.

Sadanittant, il-Kumitat tal-Għaqda Filarmonika Duke of York Own ħass id-dmir li, issa li d-Duka ta’ York kien laħaq Prinċep ta’ Wales, hu kellu jitlob lill-istess Prinċep l-approvazzjoni tiegħu biex l-Għaqda ġġib ismu. It-talba saret fl-10 ta’ Novembru 1901. Il-Prinċep ikkonferma b’telegramm l-għada fejn hu ġedded ix-xewqat sbieħ lill-Għaqda u approva li din tibda tissejjaħ Prince of Wales Own.

Fis-sena ta’ wara, fl-1902 in-numru ta’ membri u allievi tant kiber li nħasset il-ħtieġa ta’ każin akbar u aktar ċentrali. Għalhekk inkriet dar akbar f’21 Strada Dirimpetto del Convento, (illum Triq il-Kunsill Popolari). L-inawgurazzjoni ta’ dan il-każin saret fit-22 ta’ Novembru 1902, mill-President Onorarju l-Ammiral Lacon Hammet. Għal din l-okkażjoni ħadu sehem kemm il-Banda kif ukoll l-Orkestra Mandolinistika tal-istess Għaqda. Fis-16 t’April 1903, wasal Malta r-Re Dwardu VII biex iqiegħed l-ewwel ġebla tal-Breakwater fl-20 t’April. L-unur għal din l-okkażjoni mess lill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own. L-għada, l-21 t’April il-Banda ħadet sehem f’fiera u Garden Party li sar l-Argotti l-Furjana b’riżq l-isptar Blue Sisters.

Fis-26 ta’ Diċembru 1903 saret ċerimonja fi Pjazza Santa Margerita Bormla, fejn il-Gvernatur, Sir Charles Mansfield Clarke, f’isem il-Prinċep ta’ Wales, ippreżenta standard ġdid, bl-emblema tal-istess Prinċep, lill-President Dr. Ġann Feliċ Inglott.

Fis-sena 1910 l-Prinċep Ġorġ laħaq Re u ibnu Dwardu wiret it-titlu ta’ Prinċep ta’ Wales. Għalhekk fit-28 ta’ Ġunju 1910 l-Għaqda bagħtet tifraħ kemm lir-Re kif ukoll lill-Prinċep. Fit-3 t’Awissu r-Re, f’ismu u f’isem ibnu, irringrazzja lill-Għaqda għax-xewqat sbieħ tagħha u reġa’ kkonferma li l-Għaqda tibqa’ ġġib l-isem onorat tiegħu, isem li hu stess taha fl-1901.

Post Ġdid

Fl-1919 l-Għaqda rnexxielha takkwista dar kbira fi Triq il-Mina l-Kbira jew kif inhi magħrufa Triq il-Lunzjata, it-triq prinċipali tal-Birgu. Fl-14 ta’ Lulju 1919 l-Għaqda ġarrbet il-mewt tal-President tagħha Dr. Ġann Feliċ Inglott. F’postu bħala President inħatar l-Avukat Serafin Vella.

Fl-1 ta’ Novembru 1921 wasal Malta fuq l-HMS RENOWN, Dwardu, il-Prinċep ta’ Wales. F’din l-okkażjoni kienet l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu li laqgħetu d-Dwana u li daqqet waqt il-pranzu statali fi Pjazza San Ġorġ, (illum Misraħ il-Palazz) il-Belt. L-għada l-Prinċep li kien akkumpanjat minn ħuh il-Prinċep Ġorġ, Duka ta’ York, u mill-Prinċep tal-Belġju, ippreżenta l-istandard personali tiegħu lill-President, l-Avukat Serafin Vella. Fi tmiem din iċ-ċerimonja, il-Banda fuq quddiem mexxiet lil 500 ex-servicemen mill-pjazza, tul Triq Irjali sa Triq San Kristofru fejn intemmet din iċ-ċerimonja importanti.

Fl-1938 inħatar bħala President, il-Prokuratur Legali Edward Axiaq Mifsud. F’din is-sena wkoll id-direzzjoni tal-Banda għaddiet f’idejn is-Surmast Vincenzo Ciappara. F’Awissu tal-1939 saret l-aħħar laqgħa tal-Kumitat. Dan iddeċieda li minħabba li kienet se tfaqqa’ l-Gwerra, kellhom iwaqqfu kull attività. Kien fis-17 ta’ Jannar 1941 meta bomba qerrieda għamlet ħerba mill-Każin. Meta l-folja bdiet tinqaleb u ħafna bdew jirritornaw lejn darhom, grupp ta’ membri qalbiena ltaqgħu u ffurmaw Kumitat biex jibdew il-preparazzjonijiet għall-bini mill-ġdid tal-Każin. L-ewwel programm li l-Banda daqqet wara l-Gwerra kien marċ li sar fil-Birgu fis-6 ta’ Ġunju 1948.

Fis-7 ta’ Frar 1954, il-President Axiaq Mifsud irriżenja minħabba l-età. Floku nħatar it-Tabib Joseph Saliba li baqa’ f’din il-kariga sakemm irriżenja f’April 1997, u floku bħala Aġent President inħatar unanimament mill-Kumitat, is-Sur Emanuel Busuttil Dougall. L-istess Prokuratur Legali Axiaq Mifsud inħatar President Onorarju. F’din is-sena, l-1954, żaret Malta r-Reġina Eliżabbetta II. Il-Banda reġa’ messha l-unur li ssellmilha l-ewwel waħda mill-Ponta ta’ Sant’Anġlu kemm fil-wasla kif ukoll fit-tluq. Fis-sena 1975, Mro. Vincenzo Ciappara rtira minħabba raġuni ta’ saħħa u età. Floku nħatar Mro. Emanuel Costantino, kolonna tal-Għaqda li dam iservi sal-1980 meta, għal raġuni ta’ saħħa wkoll kellu jħalli l-kariga, u fl-24 ta’ Marzu 1980, inħatar Mro.John J. Pace.

Id-90 Anniversarju

Is-sena 1981 ħabat id-90 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda u dan ġie ċċelebrat b’Kunċert Mużikali mill-Banda, fil-Knisja tal-Lunzjata. Wara, il-President ta’ Malta l-E.T. Dr. Anton Buttigieg kixef żewġ irħamiet kommemorattivi. Fl-1989 l-Għaqda ħatret lill-Assistent Surmast Emanuel Spagnol bħala Surmast Direttur sal-2020 meta rreżenja minn ħabba saħtu.

Is-Sena Ċentinarja mit-twaqqif tal-Għaqda

L-1991 kienet is-sena ċentinarja mit-twaqqif tal-Għaqda. Għal din l-okkażjoni saru festi kbar fosthom Kunċert Vokali u Strumentali fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta l-E.T. Dr. Ċensu Tabone u wara sar il-kxif tal-Monument Kommemorattiv tal-irħam fil-Każin, kif ukoll riċeviment għall-mistednin preżenti. It-Tnejn ta’ wara saret Quddiesa Konċelebrata ta’ radd il-ħajr fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata. Wara proċessjonalment kulħadd mexa mill-Knisja għall-Kunvent fejn minn hemm inħarġet l-istatwa ta’ San Duminku ta’ Lecce. Din twasslet sal-Każin fejn ġiet irregalata mill-Komunità lill-Kumitat tal-Każin, u tpoġġiet f’niċċa ppreparata apposta. Wara sar ir-reċiviment tal-Festa ta’ San Dumniku.

Fid-29 ta’ Mejju 1992 ir-Reġina Eliżabbetta għamlet żjara f’Malta. L-Għaqda kellha l-unur li ġiet mistiedna tiltaqa’ mar-Reġina fis-Sagra Infermerija l-Belt Valletta.

Matul iż-żjara ta’ tlett ijiem f’Malta, nhar is-Sibt, 26 ta’ Mejju 1990, il-Q.T. il-Papa Ġwanni Pawlu II kellu laqgħa mal-ħaddiema fil-Kottonera. Għal din l-okkażjoni żżejnet il-faċċata tal-Każin u tħejja programm mill-Banda quddiem l-istess Każin biex tingħatalu merħba huwa u għaddej minn quddiemu.

Nhar is-Sibt, l-1 ta’ Ottubru 1994 l-Għaqda ċċelebrat l-erbgħin sena mill-Presidenza tat-Tabib Chev. Joseph Saliba b’lejla mużiko-letterarja fil-Knisja tal-Lunzjata tal-Birgu, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, l-E.T. Dott. Ugo Mifsud Bonnici. Mill-Knisja l-mistednin imxew lejn il-Każin fejn il-President Dr. Joseph Saliba kixef irħama kommemorattiva tal-okkażjoni.

Il-Banda ħadet sehem fil-Festival taż-Żgħażagħ fis-sala tal-Junior Lyceum Dun Ġużepp Zammit (Brighella), il-Ħamrun nħar il-Ħadd, 23 ta’ Frar 1997. Il-festival kien organizzat mill-Għaqda Każini tal-Banda. Il-Ħadd, 7 ta’ Settembru 1997 kien Jum il-Birgu. Għall-ewwel darba, il-Banda tagħna għamlet marċ flimkien mas-Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz mat-toroq tal-Birgu bħala banda waħda.

Il-Ħadd, 5 t’Ottubru 1997, il-Banda tagħna għall-ewwel darba fl-istorja tagħha u tal-Birgu ħadet sehem fi programm kolossali fuq il-planċier f’Misraħ ir-Rebħa fil-gran final fl-okkażjoni tal-Birgufest ’97.

Kunċert Fenominali

Il-Ħadd, 30 ta’ Novembru 1997, il-Banda tagħna ħadet sehem f’kunċert fenominali fit-Teatru Manoel il-Belt. Kien organizzat mill-Għaqda Każini tal-Banda fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja u f’għeluq il-ħamsin sena mill-istess Għaqda; kien taħt il-patroċinju tal-President tar-Repubblika ta’ Malta, l-E.T. Dr. Ugo Mifsud Bonnici. Għal dan il-kunċert kien hemm mistednin distinti, fosthom il-President Onorarju tagħna, l-E.T. il-Kummissarju Għoli Ingliż Graham Archer u s-Sinjura tiegħu kif ukoll ħafna surmastrijiet famużi. Din kienet biċċa xogħol kbira kemm min-naħa amministrattiva kif ukoll dik finanzjarja għax ix-xogħol u l-ispiża kienu kbar mhux ħażin.

Nhar il-Ħadd, 8 ta’ Marzu 1998, f’Laqgħa Ġenerali Annwali nħatar unanimament President, wara li kien illu jokkupa l-kariga ta’ Aġent President għal aktar minn sena, is-Sur Emanuel Busuttil Dougall li dam jokkupa din il-kariga ta’ President sal-2006.

Il-Festa Posposta Imħabba l-Eleżżjoni Ġenerali

Billi fil-bidu ta’ Settembru 1998 kienu saru f’Malta l-elezzjonijiet ġenerali, il-Festa ta’ Missierna San Duminku kellha tiġi posposta għal erba’ ġimgħat wara, il-Ħadd, 27 ta’ Settembru 1998. Dan seta’ jsir permezz tal-għaqda li teżisti bejn il-Kumitat tal-Każin, il-Pirjol, il-Komunità Dumnikana u l-Kumitat tal-Festi Esterni.

Waqt żjara li għamel Malta d-Duka ta’ York, il-Ħamis, l-1 t’Ottubru 1998, kienet saret wirja The Royal Navy and Malta: 1798 to 1800 fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Għal din il-wirja kien mistieden il-President tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own Emanuel Busuttil Dougall li fil-preżenza tal-President Onorarju l-E.T. Graham Archer, il-Kummissarju Għoli Ingliż, ippreżenta lid-Duka ta’ York, il-Prinċep Andrew, tifkira tal-1900 meta l-Banda kien jisimha Duke of York’s Own.

F’Ġunju 1999 saru ħatriet ta’ Presidenti Onorarji ġodda fi ħdan l-Għaqda tagħna. Dawn kienu: il-Kummissarju Għoli Ingliż il-ġdid, l-E.T. John Howard Pearce CVO, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi, u l-Onor. s-Sur Joe Mizzi. Fl-okkażjoni tat-Tielet Millennju, nhar il-Ħadd, 20 ta’ Frar 2000, l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu tellgħet programm Vokali u Strumentali. Dan sar fis-sala tal-Kulleġġ ta’ De La Salle il-Birgu, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta l-E. T. il-Prof. Guido de Marco.

Fl-okkażjoni ta’ għeluq il-100 sena mit-twelid tal-M.T. ir-Reġina Eliżabbetta r-Reġina Omm, il-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu, ġiet mistiedna mill-E.T. John Howard Pearce CVO Kummissarju Għoli Ingliż, biex iddoqq waqt Garden Party fir-residenza privata tiegħu f’Villa Degiorgo San Pawl tat-Tarġa, nhar il-Ġimgħa, 4 t’Awissu 2000.

l-E.T. Fra’ John Edward Critien maħtur President Onorarju

F’Diċembru 2000 ġie maħtur bħala President Onorarju ġdid l-E.T. Fra’ John Edward Critien, il-Kavallier tal-Ordni Sovran Militari ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, Rodi u Malta, residenti fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu. Nħar is-Sibt, 12 ta’ Mejju 2001, l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu fakkret l-Għeluq il-Mitt Sena minn meta bidlet isimha minn Duke of York’s Own b’Wirja fil-Każin. Kienet taħt il-patroċinju u miftuħa mill-E.T. John Howard Pearce CVO Kummissarju Għoli Ingliż u President Onorarju. Il-programm beda b’marċ mill-istess Banda bl-istandardi tas-seba’ baned li ħadu sehem; imxew minn ħdejn il-Kafè Riche sa quddiem il-Każin. Dawn il-Baned kienu: Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birge, Soċjeta Filarmonika King’s Own tal-belt Valletta, il-banda Queen’s Own tal-Isla, jew aħjar kif nafuha illum La Vincitrice Band Club, Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba, Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, taż-Żurrieq, Duke of Connaught Own Band Club ta’ Birkirkara u l-Għaqda Mużikali Imperial tal-Mellieħa.

Meta l-Banda waslet ħdejn il-Każin wasal ukoll il-Kummissarju Għoli Ingliż kif ukoll mistednin distinti oħra fosthom il-Presidenti Onorarji l-oħra, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi Viċi Prim Ministru, l-Onor. Joe Mizzi, is-Sindku u l-Kunsilliera, il-Komunità Dumnikana, Membri Parlamentari, il-Kumitat tal-Festa flimkien maż-Żgħażagħ Dumnikani, u Għaqdiet oħra. Saru diskorsi mill-President tal-Għaqda s-Sur Emanuel Busuttil Dougall, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi Viċi Prim Ministru kif ukoll mill-E.T. John Howard Pearce CVO Kummissarju Għoli Ingliż u President Onorarju fejn iddikjara l-Wirja miftuħa li wara ġiet imbierka minn P. Frangisk Galea O.P. fl-assenza tal-Pirjol li kellu mpenn ieħor. L-Erbgħa, 16 ta’ Mejju attenda l-Onor. Alfred Sant Kap tal-Oppożizzjoni; preżenti kien hemm ukoll id-Deputati Laburisti tad-Distrett. Il-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara għamlet marċ minn ħdejn il-Kafè Riche sa quddiem il-Każin Prince of Wales Own. L-għada l-Ħamis l-aħħar jum tal-Wirja attenda l-E.T. il-Profs. Guido de Marco President ta’ Malta.

Mitt Sena minn MMeta l-Banda bidlet Isimha

It-Tlieta, 12 ta’ Ġunju komplejna bl-attivitajiet ta’ Għeluq il-Mitt Sena minn meta l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu bidlet isimha minn Duke of York’s Own, saret żjara mill-E.T. l-Profs. Guido de Marco President ta’ Malta u l-E.T. John Howard Pearce CVO Kummissarju Għoli Ingliż fil-Birgu. Il-Programm beda billi fl-10.00 a.m. meta l-E. T. John Howard Pearce CVO Kummissarju Għoli Ingliż wasal quddiem il-Każin fejn mal- President u l-Membri tal-Kumitat żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur. Wara għat-te fil-Każin fejn f’11.45a.m. wasal l-E.T. il-Profs. Guido de Marco President ta’ Malta fejn għamel żjara lill-Każin u wara lill-Kunvent u l-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata minn fejn bqajna sejrin fil-Knisja ta’ Sant’Anna u l-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini tal-Klawsura ta’ Santa Skolastika. Wara kulħadd kien mistieden għal pranzu mogħti mill-President Onorarju Fra’ John Edward Critien fil-Kastell Sant’Anġlu. Wara l-pranzu l-mistednin kienu mistiedna fuq il-jott lussuż Alevok għal dawra mal-Port il-Kbir.

Fl-okkażjoni ta’ għeluq snin il-Maestà Tagħha r-reġina Eliżabbetta II, u f’għeluq il-Mitt Sena minn meta l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu bidlet isimha minn Duke of York’s Own, il-Banda tal-Birgu, ġiet mistiedna mill-E.T. John Howard Pearce CVO Kummissarju Għoli Ingliż u President Onorarju, biex iddoqq waqt Garden Party fir-residenza privata tiegħu f’Villa Degiorgo San Pawl tat-Tarġa.

Għeluq il-Mitt Sena minn meta l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu bidlet isimha minn Duke of York’s Own, inkixfet Irħama Kommemorattiva mill-E.T. il-Profs. Guido de Marco, President ta’ Malta u fil-preżenza tal-Presidenti Onorarji l-E.T. John Howard Pearce CVO Kummissarju Għoli Ingliż, il-Viċi Prim Ministru, l-Onor. Dr Lawrence Gonzi u l-Onor. Joe Mizzi, il-Membri Parlamentari tad-Distrett, il-Ministru l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech, il-Pirjol u l-Komunità Dumnikana, is-Sindku u l-Kunsilliera, il-Membri tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, il-Kumitat Festi Esterni San Duminku, iż-Żgħażagħ Dumnikani, kif ukoll bosta għaqdiet u ħbieb. Wara sar ir-riċeviment tal-Festa ta’ Missierna San Duminku fis-sala tal-Każin.

Fl-2002 waqt Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, ġie maħtur Direttur Spiritwali ġdid, il-Pirjol P. Frank Borg O.P.

L-Erbgħa, 28 t’Awwissu 2002, saret l-aħħar żjara fil-Każin mill-E.T. John Howard Pearce CVO Kummissarju Għoli Ingliż u President Onorarju qabel ħalla Malta biex imur iservi bħala Gvernatur fil-Falkland u bħala Kummissarju Għoli Ingliż għal South Georgia u South Sandwich. Huwa ġie milqugħ mill-President, President Onorarju, Surmast u Membri tal-Kumitat. Filgħaxija l-President u s-Segretarju tal-Każin flimkien mas-Sinjuri tagħhom attendew għall-inawgurazzjoni ta’ White Hall Mansion Ta’ Xbiex bħala l-uffiċini l-ġodda tal-Kummissjoni Għolja Ingliża, u riċeviment fl-okkażjoni tat-tluq minn Malta tal-Kummissarju Għoli Ingliż John Howard Pearce.

It-Tnejn, 9 ta’ Settembru 2002, saret żjara fil-Każin mill-E.T. l-Isqof Dumnikan Walter Ebejer O.P. li jinsab fil-Brażil. Huwa ġie milqugħ mill-President, il-President Onorarju, Membri tal-Kumitat, il-Pirjol u l-Komunità Dumnikana tal-Birgu.

Żjara mill-E.T. Fra’ Andrew Bertie Gran Mastru tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann

Il-Ħadd, 27 t’April 2003, kellna żjara oħra importanti fil-Każin tagħna, din kienet mill-E.T. Fra’ Andrew Bertie Gran Mastru tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann ta’ Rodi u Malta, fl-okkażjoni tal-orifiċenza bħala ċitadin onorarju tal-Birgu. Kien hemm jilqgħuh il-Viċi President Anzjan u Membri tal-Kumitat. Mal-wasla tiegħu ndaqqet fanfara u wara flimkien mal-President Onorarju tagħna Fra’ John E. Cretien daħal fl-intrata tal-Każin biex jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi.

Il-Ħadd, 28 ta’ Settembru 2003 fis-Sala tal-Esibizzjonijiet f’Couvre Porte, l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own bil-kollaborazzjoni tas-Sur u s-Sinjura Stivala, saret Wirja ta’ Badges u Distintivi. Din il-wirja ġiet inawgurata mill-President Onorarju l-E.T. Fra’ John Edward Critien u mbierka mid-Direttur Spiritwali l-Pirjol P. Frank Borg O.P., b’introduzzjoni mill-President is-Sur Emanuel Busuttil Dougall, is-Segretarju s-Sur J. C. Azzopardi. Fost il-mistednin distinti kien hemm il-Kummissarju Għoli Ingliż u President Onorarju l-E.T. Vincent Fean u s-Sinjura tiegħu, id-Deputat Kummissarju Għoli Ingliż u s-Sinjura Hillman, l-Onor. Membri Parlamentari Dr. Carm Mifsud Bonnici u Dr. Stefan Buontempo u l-Komunità Dumnikana.

Il-Ħadd, 21 ta’ Marzu 2004 saret żjara lill-Proġett tal-Każin minn Dr. Alfred Sant Kap tal-MLP u Kap tal-Oppożizzjoni. Huwa kien akkumpanjat mill-ogħla Uffiċjali tal-Partit u xi Membri Parlamentari. Kien hemm jilqgħuh, il-President u l-Membri tal-Kumitat fost nies oħra.

Il-Ħamis, 29 ta’ Lulju 2004 eżatt xahar bogħod mill-Festa, iċċelebrajna l-wasla ta’ l-istatwa artistika ta’ San Duminku lura fil-Każin. Kien xieraq ukoll li fil-proġett tal-Każin ninkorporaw l-istatwa ferm għażiża ta’ San Duminku Missierna, u niċċa. Sar restawr tal-istatwa kif ukoll ġiet irranġata n-niċċa biex San Duminku jkun jista’ jitgawda aħjar. Wara li kienet saret l-istatwa l-ġdida li għandna llum, il-patrijiet fl-1991, meta kien iċ-ċentinarju tal-Każin, kienu rregalaw din l-istatwa sabiex titpoġġa f’post prominenti. Għalhekk kienet saret niċċa fil-faċċata tat-taraġ biex l-istatwa titgawda minn kulħadd. Wara saret ikla għal dawk preżenti.

Il-Ħadd, 22 t’Awwissu 2004, sar ir-riċeviment tal-festa ta’ Missierna San Duminku li, minħabba xi xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni, sar fis-sala t’isfel tal-Każin. Fost il-mistednin attenda l-President Onorarju tagħna Dr. Lawrence Gonzi l-ewwel darba bħala Prim Ministru.

Għal 14-il sena konsekuttiva, l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own organizzat lejla soċjali ta’ mużika u kultura ta’ żmien il-Milied għall-bandisti u allievi, qrabathom u ħbiebhom. Minħabba xogħol li qed isir fil-Każin bil-permess ġentili tal-Pirjol u l-Komunità Dumnikana, din il-lejla saret fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata l-Birgu. Fost nies distinti attendew il-President Onorarju tagħna, L-Onor. Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi, l-Onor. Joe Mizzi, l-E.T. Fra’ John Edward Critien, l-Aġent Kummissarju Għoli Ingliż u s-Sinjura Hilman, fost nies distinti oħra.

Għall-ewwel darba fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata nżammet Lejla Funebri. Din is-soltu kienet issir quddiem il-Każin Prince of Wales Own. Wara s-suċċess li kellu l-kunċert li għamilna fil-Milied fil-Knisja, il-Kumitat, wara konsultazzjoni mal-Pirjol u l-Komunità Dumnikan, iddeċieda li ssir fil-Knisja b’mod differenti. Saru żewġ diskorsi qosra għall-okkażjoni, wieħed mis-Sur Tony Terribile, dwar it-Tradizzjonijiet Maltin fil-Jiem sbieħ Liturġiċi tal-Għid; u ieħor mill-Pirjol P. Frank Borg O.P. Dan id-diskors kien jismu.. Mill-mewt toħroġ il-Ħajja.

Iż-Żmienjiet tal-Lum

Nhar il-Ħadd, 29 ta’ Mejju 2005 saret żjara fil-Birgu mill-President ta’ Malta u s-Sinjura Mary Fenech Adami fejn fost il-postijiet li żar il-President kien hemm il-Kunvent fejn ġie milqugħ mill-Pirjol u l-Komunità Dumnikana. Wara għamel żjara fil-Każin Prince of Wales Own fejn ġie milqugħ mill-President u l-Membri tal-Kumitat fejn wara li ffirma l-ktieb tal-viżitaturi huwa tniżżel fil-Kantina Del Borgo għal naqra nbid tajba. Is-Sibt, 25 ta’ Ġunju 2005, fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-Inkurunazzjoni tax-xbiha ta’ Marija Immakulata fuq il-Kwadru Titulari tal-Kolleġġjata ta’ Bormla. Ir-Rev. Arċipriet u l-Kapitlu għoġobhom jistiednu lill-Banda tal-Birgu Prince of Wales Own biex bħalma għamlet mitt sena qabel, kif ukoll ħamsin sena qabel u kif kull sena fit-8 ta’ Diċembru toħroġ l-istatwa tal-Kunċizzjoni bl-Ave Maria, hekk ukoll tagħmel għal dan iċ-Ċentinarju. Il-Banda għamlet marċ u programm fuq il-planċier quddiem il-Każin San Ġorġ Bormla.

Il-Ħamis, 21 ta’ Lulju 2005 sar il-ftuħ uffiċjali tal-Wine Bar DEL BORGO mill-Prim Ministru u President Onorarju tagħna Dr Lawrence Gonzi. Preżenti kien hemm: il-Presidenti Onorarji s-Sur Joe Mizzi u s-Sur Charlot Grima, il-Ministru Dr Francis Zammit Dimech, Il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Alfred Sant, il-Membri Parlamentari Dr. Carmelo Mifsud Bonnici, Dr. Stefan Buontempo u s-Sur Chris Agius, Il-Membri Parlamentari Ewropej Dr Joseph Muscat u Dr Simon Busuttil, Ms Janet Hancock Deputat Kummissarju Għoli Ingliż, il-Pirjol, u l-Komunità Dumnikana fost ħafna mistednin distinti oħra.

Il-Ħamis, 24 ta’ Novembru 2005, fl-okkażjoni taż-żjara uffiċjali f’Malta tal-Maestà Tagħha r-Reġina u l-Altezza Rjali Tiegħu d-Duka ta’ Edinburgh, il-Kmandant Uffiċjali tal-HMS Illustrious, il-Kaptan Robert Cooling RN, stieden lill-President Emanuel Busuttil Dougall u s-Sinjura tiegħu għal riċeviment fuq l-HMS Illustrious f’Pinto Wharf, il-belt Valletta fil-preżenza tal-Maestà Tagħha u l-Altezza Rjali Tiegħu, fejn ir-Reġina ltaqgħet u tkellmet personalment mal-President.

Is-Sibt, 18 ta’ Frar 2006, L-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own bil-Kollaborazzjoni tal-Komunità Dumnikana tal-Birgu, ippreżentaw Akkademja Mużiko-Letterarja f’ġieħ il-Prof. Patri Andrew P. Vella O.P. Patri Dumnikan, imwieled il-Birgu u eks-President Onorarju tal-istess Għaqda, fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata tal-Birgu. Il-Provinċjal tad-Dumnikani Patri Pawl Gatt O.P. ippresieda din l-Akkademja fost ħafna mistednin distinti. F’April 2006, f’Laqgħa Ġenerali Annwali nħatar President is-Sur Lauro Abela li għadu jokkupa din il-kariga sal-lum.

Nhar is-Sibt, 11 ta’ Diċembru 2010, fis-7.30 p.m. fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata tal-Birgu, bħala għeluq tal-Festi Speċjali tal-Ħamsin Sena mill-Ftuħ mill-Ġdid u l-Konsagrazzjoni tal-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata, il-Kumitat tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, flimkien mal-Kumitat organizzattiv organizzaw Lejla ta’ Mużika, Storja u Tifkira. Dan sar biex ifakkar għeluq il-Ħamsin Sena mill-Ftuħ mill-Ġdid u l-Konsagrazzjoni tal-Knisja kif ukoll f’ġieħ Mro. Emanuel Costantino f’għeluq il-25 sena minn mewtu. Mro. Emanuel Costantino kien Surmast tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, darbtejn, barra li kien ukoll Attivist Anzjan Dumnikan.

Ġurnata memorabbli għall-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu kienet nhar il-Ħadd, 15 t’April 2012, biż-żjara fil-Każin tagħha, mill- A.R.T. il-Prinċep Richard KG GCVO, Duka ta’ Gloucester. Huwa ġie Malta bħala rappreżentant personali tal-M.T. r-Reġina Eliżabbetta II fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Djamanti tagħha fuq it-Tron tar-Renju Unit u l-Kap tal-Commonwealth, kif ukoll is-70 Anniversarju mill-għotja tal-George Cross lil Malta minn missierha l-M.T. r-Re Ġorġ VI.

Waqt ir-restawr tat-taraġ instabet niċċa fil-ħajt fis-setaħ tat-taraġ prinċipali. Din ġie restawrata u fiha tpoġġa kaptell u biċċa minn kolonna tal-irħam li kienu fil-Knisja l-antika, biex jitfakkru l-Membri li m’għadhomx magħna u li tant ħadmu għall-Knisja, għall-Festa u għall-Każin. Dan il-Mafkar u dawn is-Swali ġodda ġew inawgurati nhar is-Sibt, 16 t’Awwissu 2014, mill-President ta’ Malta l-E.T. Dr Marie-Louise Coleiro Preca, u mbierka mill-Pirjol P. Frank Borg O.P. Direttur Spiritwali tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own.

F’Marzu 2020, waqt Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, ġie maħtur Direttur Spiritwali ġdid, il-Pirjol P. Aaron Zahra O.P.

Fl-Lulju 2020 l-Għaqda ħatret lil Assistent Surmast il-Kav. Vincent Bonnici bħala Surmast Direttur.

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Lorenzo Grima 1891 1892
02 Ġużeppi Portelli 1892 1893
03 Ġużeppi Micallef 1893 1895
04 Alfred P. Hare 1895 1897
05 Raffaele Ricci 1897 1904
06 Luiġi Vella 1904 1905
07 Pacifico Scicluna 1905 1914
08 Ġiuseppe Monterosso 1914 1922
09 Aurelio Doncich 1922 1924
10 Ġiovanni Gatt 1924 1932
11 Emanuel Costantino 1932 1938
12 Vincenzo Ciappara 1938 1975
13 Emanuel Costantino 1975 1980
14 John J. Pace 1980 1989
15 Emanuel Spagnol 1989

Presidents

No Presidents From Until
01 Dr.Ġanni Feliċ Inglott M.D. 1891 1919
02 Dr. Serafin Vella LL.D. 1919 1930
03 Ġużepp Degiovanni 1930 1936
04 Antonio Galea 1936 1937
05 Legal Pro. Dr. Edward Axiaq Mifsud P.L. 1937 1954
06 Dr. Joseph Saliba M.D. 1954 1997
07 Emanuel Busuttil Dougall 1997

Secretaries

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Other
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marci ta' Mro. Vincenzo Ciappara - Ir-Re Tal- Marċi Maltin (1985) - Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own 1985 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own (2000) 2000 *

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Other

Programmes and Publications

Memorials

External links