Anton Muscat Azzopardi

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro.Anton Muscat Azzopardi

Is-Surmast Anton Muscat Azzopardi twieled f’Ħal Qormi nħar it-23 t’Awwissu, 1903 u hu iben Wenzu Muscat Azzopardi u Emilja mwielda Sammut. Fi tfulitu ħakmitu marda li żammitu ġewwa għal erba’ snin, tant li kienet ukoll wasslitu f’xifer il-mewt. Intant, ta’ ħdax-il sena huwa kien diġa’ beda jitħarreġ fil-mużika fl-Istitut ta’ San Ġużepp tal-Ħamrun, taħt is-Surmast Joseph Abela Scolaro.

Ta’ għoxrin sena s-surmast Muscat Azzopardi laħaq surmast direttur tal-banda ta’ l-Istitut ta’ San Ġużepp tal-Ħamrun. Fis-sena 1928, wara li ngħata bidu għat-twaqqif tal-banda San Ġużepp fi ħdan l-istitut ta’ San Ġuzepp f’Għajnsielem, is-surmast Anton Muscat Azzopardi, avviċinat minn Mons. Ġużeppi De Piro, aċċetta sabiex jgħallem il-mużika lit-tfal ta’ l-Orfanatrofju f’ Għawdex.

Barra li kien għalliem tal-mużika kien ukoll għalliem tal-vuċi.

Huwa għallem fl-iskola ta’ l-Imdina kif ukoll fil-Liċeo. Muscat Azzopardi, barra li kien ukoll surmast direttur ta’ diversi baned oħra Maltin, fosthom, il-banda Stella Maris Band Club ta’ tas-Sliema, li tagħha wkoll dan surmast direttur minn Marzu tas-sena 1938 sa’ l-1944. Kien ukoll surmast direttur tal-baned Queen’s Own ta’ l-Isla illum magħrufa bħala La Vincitrice Band Club bejn l-1937 u l-1967, u l-banda tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi bejn l-1950 u l-1963, waqt li l-aktar żewġ baned li dam surmast direttur tagħhom kienu l-baned tal-Għaqda Mużikali L'Isle Adam tar-Rabat (mill-1940 sa 1945 u mill-1950 sa l-1978), waqt li mal-banda tal-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal Luqa kien dam mill-1932 sa’ l-1978. Hu kellu sehem kbir fit-twaqqif tal-banda tal-Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira. Dan is-surmast ikkompona wkoll diversi biċċiet mużikali li jinkludu mużika sagra, innijiet, marċi funebri, u brijurżi kif ukoll tipi oħra ta’ mużika bħal; Preghieri u bankaroli.

Hu miet nħar it-8 ta’ Diċembru, 1979 fil-kunvent tal-Patrijiet Franġiskani ta’ Sant’Antnin f’Għajnsielem, Għawdex. Il-funeral tiegħu sar l-għada u fil-korteo tiegħu għall-knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat, Malta. Ħadu sehem il-baned L’isle Adam tar-Rabat u Sant’Indrija ta’ Ħal Luqa.