Banda tal-Partit Laburista

From M3P
Revision as of 09:12, 31 May 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (→‎Is-Snin Tmienin)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

L-istorja tal-Banda tal-Partit Laburista

Il-Bidu

Malta u Għawdex huma rikki fil-kultura minn kull aspett, dan ħadd ma jiċħdu. Mhux biss aħna li ngħixu f’Malta u Għawdex, imma wkoll dawk kollha li xi darba jew oħra żaru pajjiżna, kemm bħala turisti u dinjitarji. Kollha jfaħħru ġmiel pajjiżna.

Jekk nieħdu l-Wirt Storiku u Arkitettoniku, pajjiżna huwa mogħni b’tempji, palazzi u siti storiċi – l-aktar pajjiż dinji li għandu konċentrazzjoni ta’ dawn, minkejja ċ-ċokon tiegħu. Imma l-gżejjer Maltin imorru ferm lil hinn minn dan. Pajjiżna huwa wkoll rikk fir-rakkonti tradizzjonali, fil-folklor, fit-tradizzjonijiet tal-lokalitajiet – u wkoll f’dak li Jamila komunità.......fil-ħajja ta’ kuljum.

L-Ilwien li jsawru dan nazzjon mgħoni bi storja imlewwna t’aħmar, blu, aħdar u isfar li joħroġu mil-festi ....bil-baned, logħob tan-nar, armar u l-politika ......li ntisġu flimkien mal-milja tas-snin...... u sawru dak li aħna illum.

L-Ewwel tip ta’ Banda

Lura lejn l-ewwel snin tas-seklu għoxrin, gruppi ta’ ħaddiema bdew jaħsbu kif jistgħu jkunu parteċipi, fit-tmexxija tal-pajjiż u jwaqqfu partit għalihom. Grupp t’attivisti, fl-1920, iltaqgħu fl-Isla u fthemu li jwaqqfu il-Partit Laburista. F’dik is-sena l-Partit Laburista ma għamilx attivitajiet barra. Fl-24 ta’ Settembru ta’ 1921 sar l-ewwel meeting pubbliku li għalih il-Partit Laburista talab l-għajnuna fl-organizzazjoni tal-kumitat tal-Filarmonika San Michele ta’ Ħaż-Żabbar, ilum magħrufa bħala Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar. Dakinhar saru arrangamenti sabiex il-banda, taħt it-tmexxija tas-surmast Antonio Micallef, għamlet dimostrazzoni b’marċi brijużi minn Pjazza Prince of Wales sa tarf it-Triq Bieb is-Sultan fejn sar il-meeting.

Il-Filarmonika San Michele ta’ Ħaż-Żabbar, baqgħet tagħti is-sehem tagħha fl-attivitajiet politiċi kemm tal-Partit Laburista kif ukoll tal-Partit Kostuzzjonali Progressiv (Partit ta’ Strickland) sa’ l-1927.

F’dik is-sena f’laqgħa ġenerali ta’ l-istess Filarmonika San Michele iddeċidew li ma’ jieħdux sehem aktar f’attivitajiet politiċi. Dan sar wara pressjoni kbira li saret fuq il-membri tal-kumitat u saħansitra b’attakki minn naħa tal-Knisja f’Malta.

Minn Ħaż-Żabbar għaż-Żejtun

Sadanitant, fl-1922 fiż-Żejtun, infetħet id-Dar tal-Ħaddiema. Fejn kienu jiltaqgħu u jgħaddu ftit ħin liberu tagħhom il-Ħaddiema Żwieten.

F’laqgħa li saret f’din id-Dar, nhar it-18 t’April fl-1927, fuq proposta ta’ Nikol Attard, twaqqaf kumitat sabiex issir Jazz Band bl-isem Labour Jazz Band.

F’laqgħa ġenerali oħra li saret sena wara, fis-16 t’April ta’ l-1928 Anton Caruana ħabbar li hemm mużiċisti biżżejjed sabiex tiġi iffurmata il-Labour Jazz Band. Il-maġġor-parti ta’ dawn il-mużiċisti kienu telqu minn mal-banda Beland illum magħrufa Għaqda Mużikali Beland wara diżgwid li kellhom mal-kumitat fuq is-sehem tagħhom fl-attivitajiet politiċi.

B’hekk twaqqfet uffiċjalment il-Labour Jazz Band. Il-Mexxej tal-Labour Jazz Band kien il-Kurunettista Salvu Pace. Din il-Jazz Band malajr kisbet popolarita’ kemm fiż-Żejtun kif ukoll f’bosta lokalitajiet f’pajjiżna wara ħafna attivitajiet li organizza l-Partit Laburista.

Maż-żmien, żdiedu sew il-mużiċisti u żdiedu ukoll l-attivitajiet. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li tinbidel minn Jazz Band għal banda normali kif nafuha llum.

Iffurmat Labour Jazz Band

Fit-22 ta’ Mejju 1930 Salvu Pace, il-mexxej tal-Labour Jazz Band ipprezenta petizzjoni waqt laqgħha ġenerali sabiex jimpjegaw Surmast Direttur mal-Banda minħabba fl-impenji li kellha. L-għażla waqgħet fuq is-Surmast Onorato Gauci, kurunettista abbli Senglean u li kien Assistent Surmast mal-Banda Queen’s Own ta’ l-Isla, illum magħrufa bħala La Vincitrice Band Club. F’dan il-perjodu, il-banda kompliet tissaħħaħ u tikber fin-numru ta’ mużiċisti. Kienet tagħti servizzi mużikali għal festa titulari ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun.

Fl-1931 is-Surmast Oronato Gauci sab impjieg ieħor bħala mużiċist fuq vapur navali. Għalhekk, bilfors kellu jirtira mill-kariga ta’ Surmast Direttur tal-Labour Band. Minfloku inħatar is-Surmast bravu miż-Żejtun stress, Ġużeppi Maria Dalli li kien għadu kif spiċċa minn Assistent Surmast mas-Soċjeta’ Għaqda Mużikali Beland. Kien il-perjodu tal-ewwel ġlieda politiko-Reliġjuża. Il-Labour Band spiċċat ukoll taħt attakk minn uħud mill-awtoritajiet tal-Knisja ta’ dak iż-żmien, tant li ġiet black-listed u ma tħallitx tieħu sehem fil-festi titulari ta’ Santa Katerina u attivitajiet reliġjużi oħra. Wara spiċċaw ukoll li ttieħdulhom il-permessi tal-pulizija sabiex jibqgħu jiffunzjonaw bħala banda ta’ partit politiku.

Fl-1933 il-Kumitat applika għall-permessi ġodda ma’ l-awtorita’ tal-pulizija fuq isem ġdid ta’ Żejtun Band jew kif nafhuha illum Għaqda Banda Żejtun. B’hekk spiċċat ir-rabta tad-Dar tal-Ħaddiema fiż-Żejtun u l-Partit Laburista.

Kien f’dan il-perjodu ukoll li iben is-Surmast Ġuzeppi Maria Dalli, Hector Dalli kien tħarreġ sew u mexa l-quddiem fl-arti tal-mużika tant li diġa’ kien inħattar Assistent Surmast ma’ missieru Fl- Għaqda Banda Żejtun. Kien ukoll f’dan iż-żmien li Hector Dalli ġie mpjegat fit-Tarzna ta’ Malta bħala Shipwright.

Fit-Tarzna

Fit-Tarzna Hector Dalli sab bosta bandisti żgħażagħ mimlijia entużjażmu li għenuħ sabiex setgħu jagħmlu laqgħat u provi mużikali ma xi bandisti oħra u b’hekk kompliet il-ħidma il-Banda tal-Partit Laburista.

Fil-perjodu tat-tieni gwerra dinjija, il-Banda tal-Partit Laburista iffunzjonat mill-ħwienet tat-Tarzna ta’ Bormla. B’hekk kuntrarju għal dak li ġara minn baned ohra, il-Banda tal-Partit f’dan il-perjodu baqgħet attiva.

Wara t-Tieni Gwerra Dinija

Fl-1945, meta ntemmet il-gwerra, il-banda bdiet taħdem miż-Żurrieq u kien responsabbli certu wieħed magħruf bħala is-Surmast Sacco. Ftit taż-żmien wara, il-Banda bl-istrumenti tagħha spiċċaw fil-Każin ta’ Pawlu Boffa fil-Ħamrun fejn illum hemm is-Civic Club.

Il-Banda dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Nicolo’ Isouard Labour Band..... Interesanti li jingħad li minn dan il-każn din il-Banda kienet toffri wkoll it-tagħlim tal-mużika. Minn din l-istess banda, ġie ffurmat ukoll Quintett li kien jisejjaħ bħala Jazz Band. Din il-banda baqgħet sa l-1954.

Banda tal-Partit Laburista terġa tiġi iffurmata

Fl-1955 Ġiġi Gauci flimkien ma’ Karmenu Said u Feliċ Zarb ilkoll Ħaddiema tat-Tarzna li ħabierku ħafna sabiex il-Banda tal-Partit Laburista terġa tiġi iffurmata. Ġiġi Gauci li kien Seglean ma’ Karmenu u Feliċ, żewġ ħabrieka Żabbarin mill-Banda tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar, ħadmu bla heda għal ġid tal-ħaddiema u għal Partit Laburista. Feliċ Zarb li baqa’ attiv fil-Banda tal-Partit Laburista sa’ mewtu, fis-snin disgħejn, serva fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar f’isem il-partit Laburista fejn ġie elett bħala kunsillier, deputat Sindku u Sindku.

Daqqet l-Ewwel darba wara rebħa ta’ l-Eleżżjoni Ġenerali

Fl-1 ta’ Mejju ta l-1955 il-Banda tal-Partit Laburista kienet daqqet għall-ewwel darba fil-dimostrazzjoni ta’ l-1 ta’ Mejju fil-Belt Valletta wara ir-rebħa kbira għal Perit Dom Mintoff fl-Elezzjonijiet ġenerali. F’dak iż-żmien bdew isiru provi tal-banda Laburista fil-ka#in Laburista ta’ Ħaz-Żabbar. Kien ukoll f’dan iż-żmien li s-Surmast Żebbuġi Adeodato Gatt ġie maħtur bħala s-Surmast Direttur tal-Banda Laburista. Fl-1960 ħa tmexxija tal-Banda Laburista is-Surmast Żabbari Mro. Luigi Bongailas li aktar tard sar ukoll is-Surmast Direttur tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar.

Fl-1961 il-Banda tal-Partit Laburista ħadet sehem fl-ewwel Battle of Flowers li saret fid-dimostrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem nħar l-1 ta’ Mejju fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta. Din id-dimostrazzjoni ta’ karrijiet bil-fjuri ġiet organiżżata miż-żgħażagh Laburisti.

Fl-1965 ħa tmexxija tal-Banda bħala Surmast Direttur Mro Giuseppe Maria Barbara li kien ukoll Surmast Direttur tas-Soċjeta Mużikali Trinita Qaddisa tal-Marsa u Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq). Ftit taż-żmien wara, kien jmiss lis-Surmast Żejtuni li għex (Ħal Luqa) ..... Mro. Espedito Deguara. Dan is-Surmast li kien ukoll is-Surmast Direttur taċ-Circolo Santa Katerina taż-Żejtun u ta’ is-Soċjeta Mużikali Santa Katarina taż-Żurrieq. Serva lil l-banda Laburista b’dedikazzjoni fi żminijiet ferm diffiċli u tbattija għall dawk kollha tat-twemin Laburista....il-perjodu tad-dnub il-mejjet.

Kienu żmienijet tad-dlam f’pajjiżna b’moħqrija fuq il-Laburisti.... sempliċiment minħabba fit-twemmin tagħhom. Matul dawk iż-żmienijiet, minkejja kull ostakolu l-Banda baqgħet tieħu sehem fl-attivitajiet tal-Partit Labuirista u tagħmel kuraġġ lill-partitarji.

Lejn l-aħħar tas-snin sittin u l-bidu tas-snin sebgħin ħa t-tmexxija tal-Banda is-Surmast Seglejan George Martin. Is-Surmast Martin kien ukoll is-Surmast Direttur tal-Banda Queen’s Own ta’ l-Isla u Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba, u Vilhena Band Club tal-Floriana. Fl-1971 fiż-żmien li kien nieqes is-Surmast George Martin minħabba xi xogħol li kellu, ħa t-tmexxija tal-Banda Laburista is-Surmast Żurrieqi Emmanuel Bugeja li kien ukoll Surmast Direttur ta’ l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq. F’dan il-perjodu l-organizzatur tal-Banda tal-partit kien Mikiel Muscat minn Ħal-Qormi margħuf bħala il-Makoj jew inkella Mikiel ta’ l-inbid.

Fl-elezzjonijiet Ġenerali li saru bejn 12 u l-14 ta’Ġunju 1971, il-Partit Laburita u immexxi mill-Perit Duminku Mintoff ħareġ rebbieħ. Il-poplu Malti u Għawdxi feraħ u ċċelebra b’festi madwar Malta u Għawdex fejn ħadet sehem il-Banda tal-Partit Laburista.

Fis-7 ta’ Settembru lejliet fil-festa Nazzjonali tal-Vittorja ta’ l-1971 il-Banda tal-Partit Laburista ma’ baned oħra ħadet sehem fil-Karnival tal-Baħar li sar għall-ewwel darba fil-Port il-Kbir. F’dan il-Karnival intramaw karrijiet fuq braken u opri tal-baħar oħra. Il-banda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Espedito Deguara esegwit numru ta’ marċi brijużi fuq dgħajsa ta’ l-irmonk............

Għaqda Żgħażagħ Laburisti

Fl-1972, il-Banda tal-Partit Laburista reġgħet bdiet titmexxa mis-Surmast Direttur George Martin. Kien f’dan il-perjodu, jiġifieri fl-1973 li l-Għaqda Żgħażagħ Laburisti li dak iż-żmien li kienet imexxija minn Renald Dalli, President, Salvu Seychell Viċi President, Dennis Sammut Segretarju Ġenerali u Ronnie Pellegrini Deputat Segretarju Ġenerali twebblu li jwaqqfu l-Banda taż-Żgħażagħ Laburisti.

Għalhekk bdew it-tentattivi sabiex jinstabu bandisti żgħażagħ li xtaqu jkunu parti minn din il-banda....Fi ftit żmien, bl-għajnuna ta’ diversi żgħażagħ mil-istess Għaqda u żgħażagħ oħra twaqqfet il-Banda tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti.

Ftit żmien wara meta saret bidla fl-istatut sabiex jinbidel l-isem u l-Għaqda Żagħażagħ Laburisti saru margħufa bħala l-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti u allura l-Banda saret magħrufa bħala l-Banda tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti.

Banda tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti

L-Ewwel Surmast tagħha kien Mro. Hector H. Dalli missier il-President ta’ l-Għaqda Żgħażagħ Soċalisti. Il-Banda malajr bdiet bl-attivitajiet tagħha b’kumitat imexxi minn Ray Azzopardi li ukoll kien l-ispalla għas-Surmast Hector H. Dalli.

Fl-1973 il-banda tal-Partit Laburista flimkien ma’ baned oħra kienet ħadet sehem fil-Karnival ta’ Malta li f’dak iż-żmien kien isir fix-xahar ta’ Mejju. Il-Banda kienet daħlet taħt isem l-organiżżatur Mikiel Muscat.

Fl-1974 il-Banda ta’ l-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti kif ukoll il-Banda tal-Partit Laburista ħadu sehem fil-Karnival ta’ Malta li sar għal darb’oħra f’Mejju fil-Belt Valletta. Iż-żewġ baned kienu daħlu taħt isem l-organiżżaturi f’isem il-Banda allura il-Banda tal-Għaqda Żgħażagħ taħt Ray Azzopardi u dik tal-Partit taħt Mikiel Muscat.

Fl-1975 il-Banda ta’ l-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti reġgħet ħadet sehem fil-Karnival ta’ Malta.

Nisuktaw bil-ħarsa tagħna lejn l-istorja tal-Banda tal-Partit Laburista. Sadanitant il-Banda tal-Partit Laburista baqghet attiva wkoll bit-tmexxija tas-Surmast George Martin li dam bosta snin imexxi l-Banda Laburista. Ta’ min jgħid wkoll bħala organizzautr tal-Banda kien għadu Mikiel Muscat li dam f’din il-kariga sa’ l-1975.

Lejn il-bidu tas-sena 1976, daħal għax-xogħol ta’ organiżazzjoni tal-Banda tal-Partit Laburista Feliċ Seisun minn il-Marsa. F’dan l-istess żmien kienet ukoll attiva l-Banda Laburista Għawdxija li kienet taħt it-tmexxija tas-Surmast żgħażugħ Joe Bezzina mir-Rabat Għawdex.

Fit-13 ta’ Diċembru ta’ l-1975 il-banda ta’ l-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti u l-Banda tal-Partit Laburista ħadu sehem fil-festi li ġew organizzati fl-okkażjoni ta’ l-ewwel Anniversarju minn meta Malta saret Repubblika.

Fil-perjodu ta’ bejn l-1976 u l-1982 il-Banda tal-Partit Laburista ħadet sehem fil-festi ta’ 1 ta’Mejju, Jum il-Ħaddiem fid-dimostrazzjonijiet li kienu jisru, qabel il-mass meeting indirizzat Prim Ministru Dom Mintoff. F’dawn id-dimostrazzjoni kienu jieħdu sehem it-tlett baned Laburisti li kienu iffurmati min voluntiera.

Fi Frar tal-1978 is-Surmast Hector Dalli li kien is-Surmast Direttur tal-Banda tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti, għadda t-tmexxija tal-Banda f’idejn Ray Azzopardi li sa dak iż-żmien kien ukoll Assistent Surmast, l-organizzatur u l-President tal-Kumitat. Is-Surmast Hector Dalli baqa’ jgħin lil Banda ta’ l-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti sa mewtu.

F’dan iż-żmien il-Banda taż-Żgħażagħ Soċjalisti kienet tesegwixxi diversi programmi madwar Malta u Għawdex u għall-ewwel darba bdiet tagħti wirjiet fuq stil ta’baned barranin.

Ray Azzopardi Surmast Direttur

Saret uniformi moderna, ddaħħal il-march past kif jimxu il-baned militari u saħansitra,wara bosta provi bdiet tagħmel formazzjonijiet differenti u anke parati. Novazzjoni oħra kienet li l-mużiċisti bdew anke jiżfnu mal-mużika li kienu jdoqqu.

Ray Azzopardi li issa sar is-surmast direttur tal-Banda tal-Għaqda Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti, ħoloq il-korjografija għaż-żfin tal-mużiċisti u l-formazzjonijiet tal-Banda. Kienet xi ħaġa ġdida għall-baned f’pajjiżna. Ray Azzopardi li kien ukoll jmexxi bħala ‘drum major’ dan l-istil tal-Banda,

Il-Banda taż-żgħażagħ bdiet tiġi mistiedna tagħmel wirijiet f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Il-Banda bdiet ukoll tesegwixxi programmi ta’mużika klassika u mużika popolari wara li tkun għamlet esebizzjoni b’parata madwar il-lokal.

F’din is-sena ukoll, fl-1 ta’ Settembru 1978 il-Banda tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti ġiet mistiedna tieħu sehem fil-festi tar-Rivoluzzjoni fil-Jemaħarija Libjana. F’dawn il-festi il-banda esegwiet diversi parati u programmi varjati ma’ baned mistiedna minn pajjiżi oħra.

F’ Marzu ta’ l-1979 il-Banda tal-Partit Laburista u l-Banda ta’ l-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti ħadu sehem f’diversi attivitajiet li ġew organizzati fl-okkażjoni tat-tmiem tal-bażijiet militari f’pajjiżna. Il-Baned ħadu sehem ukoll f’defile’ ma’ diversi baned minn Malta u Għawdex fit-toroq tal-Kottonera u tal-Belt Valletta.

Is-Snin Tmienin

Fl-1980 il-Banda tal-Partit Laburista għaddiet taħt it-tmexxija tas- Surmast lil John J. Pace li kien ukoll is-Surmast Direttur tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar, Għaqda Mużikali Santa Marija A.D. 1873 ta’ Ħal-Għaxaq, Għaqda Mużikali Marija Annunzjata Ħal Tarxien A.D. 1862 u Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu.

Fl-istess sena, il-banda taż-Żgħażagħ Soċjalisiti waqfet kumitat organiżżattiv għat-tagħlim tal-mużika b’Chairperson is-Surmast Alphonse Maria Vella li kien is-surmast direttur tal-Vilhena Band Cub tal-Furjana u Għaqda Mużikali Immakulata Kunċiżżjoni tal-Ħamrun.

Fil 5 t’Ottubru 1980 il-Banda tal-Partit ħadet sehem fiċ-ċerimonja li inawgurazzjoani tal-Monument ta’Ħaddiema fl-Imsida, li organizzat il-General Workers Union.

Fl-10 ta’Lulju tal-1982 il-Banda ħadet sehem fil-Funeral li organiżża l-Partit Laburista fil-Ħamrun fl-aħħar tislima lill-ex Ministru Danny Cremona.

Banda tal-Moviment tal-Ħaddiema

F’ Novembru tal-1982 il-Baned tal-Partit Laburista u tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti ingħaqdu f’banda waħda li saret magħrufa bħala l-Banda tal-Moviment tal-Haddiema.

Bejn l-1982 u l-1984 il-Banda tal-Moviment tal-Haddiema daqqet f’diversi programmi u attivitajiet taħt id-direzzjoni ta’ Ray Azzopardi mgħejun mill-mibkija Marie Lourdes Bonnici flimkien Twanny Zammit, Rennie Mercieca u Mario Degabriele. Marie Lourdes Bonnici kienet ukoll kompozitrici u kienet strumentali sabiex bosta żgħażagħ irċevew l-edukazzjoni fl-arti tal-mużika.

Fis-snin 1984 u 1987 il-Banda ħadet sehem fil-festi ta’ Jum il-Ħaddiem f’dimostrazzjoni bil-karrijiet li kienu jsiru qabel il-Mass Meeting li kienu jiġu indidrzzati mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Dr. Karmenu Mifsud Bonnici u f’bosta attivitajiet oħra li kien jorganiżża l-Partit Laburista f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

F’Ottubru tal-1989 il-Banda ħadet sehem fl-ispettakli ‘Jien Għall-Paċi u l-Progress’ 1i ġew organiżżati mill-Partit Laburista f’Malta u Għawdex, qabel is-summit li kien qed jissemma li sejjer issir f’Malta f’Diċembru bejn il-President Amerikan George H.W. Bush u l-President tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev.

Is-Snin Disgħin

Fl-1993 il-kumitat li kien jmexxi il-Banda tal-Moviment tal- Ħaddiema, f’konferenza Ġenerali tal-membri tal-Banda, qablu li jerġa jinbidel l-isem u jsir Banda tal-Partit Laburista.

Bejn l-1993 u l-1995 il-Banda tal-Partit Laburista taħt id-drezzjoni ta’ Ray Azzopardi kienet attiva’ f’bosta attivijiet bħal maratoni ta’ ġbir ta’ fondi li kien jorganizza il-Partit Laburista, diversi rapreżentazzjonijiet ta’ Politejatru u anke esegwit diversi programmi ta’ mużika varjata fi pjazzez u swali madwar Malta u Għawdex. F’dan il-perjodu l-Banda ħadet sehem ukoll fil-festi ta’ Jum il-Ħelsien b’marċi minn Bormla sal-Birgu, fil-festi ta’ Jum il-Ħaddiem u fil-festi tar-Repubblika b’marċi u programmi

Fit-28 ta’ Mejju 1995 il-mexxej tal-Partit Laburista Dr. Alfred Sant flimkien maż-żewġ deputati Mexxejja Dr. George Vella u Dr. George Abela inawguraw uffiċjalment il-Kwartieri Ġenerali ġodda tal-Partit Laburista fil-Ħamrun. Dak li issa huma magħrufa bħala Ċentru Nazzjonali Labuirista. F’din l-okkażżjoni il-Banda tal-Partit għamlet Marċ minn Santa Venera sa quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

L-Ewwel CD Album Doppju

Fis-16 ta’ Settembru ta’ l-istess sena, il-Banda tal-Partit Laburista taħt id-direzzjoni ta’ Ray Azzopardi li issa kien fil-kariga ta’ Segretarju Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Partit Laburista u l-Assistent Surmast David Agius (bandmaster) irrekordjaw l-ewwel CD Album doppju b’dsatax il marċ u ħames innijiet. Dan kien l-ewwel Double CD Album li qatt ġie irekordjat f’Malta. Dan ir-recording sar ukoll fuq double cassettes u flus minn CD’s u Cassettes kollha marru għall-Kampanja Elettorali tal-Partit Laburista.

Fil-Kampanja Elettorali li saret bejn Settembru u Ottubru 1996 il-Banda tal-Partit ħadet sehem f’bosta attivitajiet f’Malta u Għawdex Fis-26 t’Ottubru 1996 l-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali u l-Banda ħadet sehem b’marċ kbir mill-Belt Valletta sal Furjana fejn sar il-Mass Meeting tar-rebħa.

Is-Sibt 20 ta’ Marzu ta’ l-1999 sar Kunċert Strumentali fit-Teatru taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun. Din kienet l-ewwel darba li l-Banda tal-Partit esegwit kunċert f’dan it-teatru.

Jilħaq is-Surmast David Agius

F’dan il-kunċert is-surmast Ray Azzopardi, minħabba pressjoni ta’ xogħol fil-Partit u fl-istazzjon, bi qbil mal-kumitat tal-Banda, għadda l-bakketta tat-tmexxija tal-Banda lis-Surmast żgħażugħ David Agius, li ukoll kien Surmast Direttur ta’ Socjeta’ Santa Marija u Banda Re Ġorġ V. ta’ l-Imqabba u Assistant Surmast tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar u ma’ Għaqda Mużikali Sant' Elena ta’ Birkirkara. Ftit ġranet wara, f’laqgħa tal-kumitat, fuq proposta tal-Kumitat inħattar is-Solista bil-klarinet, Nicholas Vella bħala Assistant Surmast.

Bejn is-sena 1999 u 2003 il-Banda tal-Partit Laburista ħadet sehem f’diversi attivitajiet bħal festi ta’ Jum il-Ħelsien, Jum il-Ħaddiem u Jum ir-Repubblika kif ukoll fil-maratoni ta’ ġbir ta’ fondi.

Is-Sibt 16 ta’ Mejju 2002 fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Banda tal-Partit organiżżat programm vokali u strumentali taħt id-Direzzjoni tas-Surmast direttur David Agius u bis-sehem ta’diversi artisti sabiex jitfakkar il-75 sena mit-twaqqif tal-banda.

It-Tieni CD Album doppju f’ okkażjoni tal-75 sena Anniversarju

F’ Marzu ta’ l-2003 il-Banda tal-Partit Laburista fakkret il-75 Anniversarju mit-twaqqif tagħha b’recording tat-tieni f’Double CD Album li sar taħt id-direzzjoni tas-Surmast David Agius fit- Teatru Orpheum il-Gżira. Il-qliegħ kollha mill-bejgħ mar għall Kampanja Elettorali tal-Partit Laburista.

Bejn l-2004 u 2005 il-Banda ħadet sehem f’diversi attivitajiet li organizza l-Partit Laburista.

Fis-7 ta’ Mejju 2005 il-Banda organiżżat Festival tal-Kompożituri fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun. F’din l-okkażjoni ideriġew il-banda l-kompożituri kollha li rregalaw marċijiet lil Banda tal-Partit Laburista. Idderiġew il-Banda is-sumastrijet Andrew Coleiro, John J. Pace, Ray Azzopardi, Ronald Pisani, Alfred Farrugia, Emmanuel Bugeja, Nicholas Vella u David Agius. Waqt dan il-kunċert is-Surmast Emanuel Bugeja ġie maħtur Surmast Onorarju tal-Banda tal-Partit Laburista.

Fl’2006 il-Banda ħadet sehem f’diversi attivitajiet. Fit-13 ta’ Diċembru 2006 il-Banda tal-Partit Laburista esegwit programm klassiku ta’ mużika sagra u għanjiet tal-Milied u intwera’ dirett fuq ONE TV.

Barraminhekk matul dik is-sena il-Banda ħadet sehem f’attivijiet oħra li organiżża il-Partit.

Fl-2007 u l-2008 il-banda kienet attiva f’bosta attivitajiet tal-Partit Laburista fosthom ukoll il-Kampanja Elettorali ta’ Marzu 2008.

It-Tielet CD Album Doppju għat-80 sena Anniversarju

Fit-9 u 10 ta’ Frar tal-2008 il-Banda irrekordjat it-tielet Double CD Album fl-okkażjoni tat-80 Anniversarju mit-twaqqif tal-Banda. Dan is-sett ta’ marċi bl-isem “The Greatest Collection of Band Marches in Malta” ġie rrekordjat fit-Tejatru Pandora taż-Żejtun taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur David Agius.

L-Erbgha 23 t’ April l-2008 il-kumitat ħatar lill-ex Deputat Mexxej u Deputat Laburista Joe Debono Grech bħala President Onorarju tal-Banda tal-Partit.

Fit-13 ta’ Dicembru tas-sena 2008 waqt il-Maratona ta’ Ġbir ta’ Fondi il-Banda tal-Partit Laburista għamlet marċ b’għanjiet tal-Milied fil-villaġġ tal-Milied u ippreżentat lil Mexxej Laburista Dr. Joseph Muscat it-tlett standardi ġodda.

Is-Sibt 9 ta’ Mejju 2009 il-Banda taħt it-tmexxija tas-Surmast David Agius, tellgħet programm vokali u strumentali fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Fil-programm ħadu sehem bosta artisti magħrufa u ġiet ippreżentatat il-bandalora ġdida tal-Banda, mill-President Onorarju Joe Debono Grech lill-Mexxej tal-Partit Dr. Joseph Muscat.

Il-Hadd 29 ta’Novembru 2009 il-Banda ħadet sehem b’marc mat-toroq ta’ Ħal Għaxaq fl-okażżjoni tal-50 Anniversarju mit-twaqqif taċ-Ċentru Labursta tal-lokal;

Fil-31 ta’ Marzu 2010 , fis 7 ta’Ġunju u fil-21 ta’Settembru il-Banda ħadet sehem b’marċi brijużi u programm ta’ mużika varjata waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi li saru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

F’Jum il-Ħaddiem 2010 il-banda għamlet marċ minn Raħal Ġdid sa Il-Fgura qabel wara sar il-Mass Meeting.

Fis-sena 2011 Il-banda reġgħet ħadet sehem maratoni ta’ Ġbir ta’ fondi li organizza l-Partit Laburista.

Fl 1 ta’Mejju il-banda tal-Partit għamlet marċ fit- toroq tal-Belt Valletta fil-mixja ta’ Jum il-Ħaddiem qabel il-Mass Meeting.

Fl 2012 Il-Banda Laburista esegwit programmi ta’mużika imħalta taħt id-direzzjoni tas-surmast David Agius waqt il-maratoni ta’ ġbir ta’ fondi li saru 31ta’Marzu u fis-7 ta’Ġunju ta’dik is-sena.

Funeral ta’ l-ex mexxej il-Perit Dom Mintoff

Il-Ħamis 23 t’Awwissu 2012 il-Banda tal-Partit Laburista ħadet sehem fil-korteo funebri tal-funeral li organiżża l-Partit Laburista għall-ex Prim Ministru u Ex Mexxej tal-Partit Laburista l-Perit Dom Mintoff. bis-sehem ta’ diversi baned. F’din l-aħħar tislima lill-Ex Prim Ministru Dom Mintoff li beda minn Mater Dei għar-residenza tal-Ex Prim Ministru f’Ħal Tarxien, għall-Isla, l-Birgu, Bormla, l-Marsa, l-Ħamrun u l-Belt Valletta, ħadu sehem il-baned ta’ kull lokal mal-għaqdiet kollha li f’kull lokal sellmu u akkumpanjaw il-korteo funebri. Mal wasla tat-tebut tal-Ex Prim Ministru Duminku Mintoff f’ Blata il-Bajda, il-Banda tal-Partit Laburista imxiet b’marċi funebri quddiem it-tebut tul it-triq il-kbira San Ġużepp għall-Triq il-Milend sa quddiem ic-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn hemm hekk il-Mexxej tal-Partit Joseph Muscat flimkien maż-żewġ deputati Mexxejja, l-Amministrazzjoni, l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali ma’eluf li ħonqu kull rokna, sellmu lill-Perit Mintoff b’ċerimonja quddiem l-istess Centru Nazzjonali Laburista.

Fil-25 ta’Settembru il-Banda ħadet sehem fil-maratona ta’ ġbir ta’ fondi

Fid-9 ta’ Novembru il-Banda tal-Partit organizzat kunċert b’tislima lill-Ex Prim Ministru Dom Mintoff. F’dan il-programm li kellu produzzjoni ta’ Ray Azzopardi il-Banda tal-Partit Laburuista taħt id-direzzjoni tas-Surmast David Agius, esegwit għażla ta’mużika apposta, bis-sehem ta’ bosta kantanti tal-lirika u kantanti popolari. Fil-‘Kunċert in Memoriam Dom Mintoff’ inqraw ġrajjiet u intwerew filmati dwar il-ħajja tal-Ex Prim Ministru u attendew għaliħ l-Mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mad Deputati Mexxejja, l-Amministrazzjoni u l-Eżekuttiv Nazzjoanli u membri tal-pubbliku.

Fit 12 ta’Diċembru l-Banda ħadet sehem b’għanjiet tal-Milied li sar fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u l-għada hadet sehm fil-maratona ta’ Ġbir ta’Fondi.

Fid-9 ta’Marzu, 2013. l-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali. Fiċ-ċelebrazzjoni tar-rebħa li organiżża l-Partit Laburista il-Ħadd 16 ta’ Marzu fil-Belt Valletta u fuq il-Fossos il-Furjana, il-Banda għamlet marċ kbir mat-toroq ewlenin tal-Belt Valleta u ntemm fuq il-Fossos fejn ser spettaklu b’ħafna artisti u mass meeting indirizzat mill-Prim Ministru Laburista Joseph Muscat.

F’1 ta’Mejju l-Banda fil-festi ta’ Jum il-Ħaddiem esagewit marċi brijużi mat-toroq tal-Ħamrun saċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn baqgħet iddoqq marċ ferrieħa fis-sala tal-istess ċentru.

F’Jum ir-Repubblika fit-13 ta’Diċembru l-Banda ħadet sehem fil-maratona ta’ġbir ta’fondi li saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

F’ 31 ta’ Marzu, 2014 l-Banda ħadet sehem fil-Maratona ta’ġbir ta’ Fondi fiċ-Ċenrtu Nazzjonali Laburista

Fil-Festa ta’ Jum il-Ħaddiem il-Banda tal-Partit Laburista għamlet Marċ brijuzi mat-toroq ta’Bormla sa Bieb ta’ Santa Liena sa quddiemn il-Każin tas-[[Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla fejn sar il-Mass Meeting ta’ 1 ta’Mejju.

Fil 21 t’Awwissu 2014 il-Banda ħadet sehem f’Manifestazzjoni Internazzjonali għaż-żgħażagħ mill-Internazzjonali Soċjalisti li ġiet organiżżaat mill-Għaqda Żgħażagħ Laburisti fuq bosta ġranet f’ Għajn Tuffieħa. F’dan il-prgramm il-banda taħt id-direzzjoni tas-surmast David Agius esegwit mużika popolari għall-udjenza żgħażugħa.

Fis 26 t’April, 2016 il-Banda taħt id-direzzjoni tas-surmast Direttur David Agius esegwit programm mużikali u strumentali fi pjazza Tejatru Rjal il-Belt Valletta. F’dan il-programm li kien suċċess kbir mal-Banda ħadu sehem uħud mill-aqwa kantanti f’pajjiżna ma’ bosta żeffiena f’spettaklu ta’dwal u mużika.

Fl- 1 ta’Mejju ta’dik is-sena il-Banda għamlet marċ mat-toroq tal- Belt qabel il-Mass Metting li kien inidirizzat mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit.

F’ 1 ta’Mejju, 2017 f’Jum il-Ħaddiem il-Banda għamlet Marċ mat-toroq tal-Belt qabel il-Mass Meeting li fiħ il-Prim Ministru u Mexxej Laburista ħabbar li ser issir Elezzjoni Ġenerali fit-3 ta’ Ġunju, 2017 Il-banda għamlet Marċ.

Fis-sena 2018 u 2019 fl-1 ta’ Mejju l-Banda reġgħet ħadet sehem b’marċi brijużi mat-Toroq tal-Belt qabel il-Mass Meeting mill-Partit Laburista.

Titfaċċa il-Pandemija tal-Covid-19

Matul is-sena 2020 u 2021, minħabba fil-Pandemija tal-COVID -19 il-Banda waqfet minn kull attivita’.

Wara r-reżenja ta’ Dr. Joseph Muscat, minn Prim Ministru, kien Dr. Robert Abela li inħattar fl-2020 fit-tmexxija tal-Partit Laburista u sar Prim Ministru; Huwa kien mar għall-Eleżżjoni li saret fil-26 ta’ Marzu, 2022 fejn il-Partit Laburista kiseb l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza l-hawn.

Mal-ftuħ mill-ġdid għall-attivitajiet pubbliċi l-kumitat tal-Banda tal-Partit Laburista, immexxi għal darb’oħra min Ray Azzopardi, ħabrek sabiex il-Banda tieħu sehem bil-kbir fil-festi ta’ Jum il-Ħaddiem li organiżża l-Partit Laburista fil-belt Valletta qabel il-Mass Metting li ġie indirizzat mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr. Robert Abela. F’din l-attivita numru kbir ta’ bandisti reġgħu ingħaqdu sabiex ferħu lill-eluf miġbura fil-Belt Valleta sabiex jisimgħu id-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr. Robert Abela

Segwejna l-ammirazzjoni u involviment dirett minn numru ta’ nies li jħobbu l-mużika u li jappartjenu lejn ix-xellug. Fl-imgħoddi kien hemm persukuzzjonijiet kontra min kien involut u ta’ s-sehem tiegħu fil-partit Laburista. Għaddew mill-istess sitwazzjoni l-Baned li kienu ukoll marbuta mal-Partit Laburista. Illum għalkemm ħafna minn dawn il-baned ma baqgħux daqstant involuti diretti fil-politika, xorta għad għandhom fl-arkivji tagħhom storja li torbot il-ħidma tagħhom ma’ qasam jew ieħor tal-politika.

Kien hemm baned favur l-Ingliżi u oħrajn favur it-Taljani. Baned qrib il-Partit Laburista u oħrajn mal-Partit Nazzjonalista.

L-istorja hi dik li hi u ma jista’ jmeriha ħadd! Il-Partit Laburista kburi li sa mill-bidu nett tat-twaqqif tiegħu, kellu fi ħdanu l-aqwa nies f’kull qasam u xejn anqas fil-kamp tal-mużika. Il-Partit Laburista sa mit-twaqqif tiegħu ikkontribwixxa ħafna b’risq l-arti f’pajjiżna.

Noqorbu u inħarsu lejn il-Mitt sena

Matul dawn id 96 sena, bosta mużiċisti ma’ surmastrijiet mill-aqwa’ f’pajjiżna ħadmu bla heda u fuq bażi volontarja, sabiex il-Partit Labursita jibqa jkollu l-Banda tiegħu ħajja u attiva’..... xxerred il-kultura u ferraħ il-partitarji. Mill-Banda ħarġu ukoll bosta personalitajiet minn jdoqq jew fil-kumitat...mużiċisti, surmastrijiet, kantanti u saħansitra diplomatiċi u politici. Insemmu lil Ray Azzopardi li kien jdoqq u jemmxi l-Banda u li serva bħala Ambaxxatur fil-Belġju, il-Ministru Clayton Bartolo li kien jdoqq fil-Banda, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, li kien fil-kumitat tal-Banda tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti u l-President Emeritus L-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro li ukoll kienet attiva fil-kumitat tal-Banda u minn hemm bdiet it-triq sabiex saret Assitenta Segretarja Ġenerali, Segretarja Ġeneral tal-Partit Laburista, membru Parlamentari, Ministru u waħda mill-Presidenti tar-Repubblika ta’ Malta .

Lill-dawk kollha li f’dawn is-96 sena ħadmu sabiex il-Banda tal-Partit Laburista tibqa’ ħajja u b’saħħita.... Ngħedulkom Grazzi .....u nwedgħukom li l-ħidma u s-sagriffiċċji tagħkom jibqgħu jiġu mfakkra......... b’kburija.

Kitba ta’ Ray Azzopardi

Surmastrijiet - Banda tal-Partit Laburista

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Antonio Micallef 1921
02 Onorato Gauci 1930 1931
03 Ġużeppi Maria Dalli 1931
04 Sacco 1945
05 Adeodato Gatt 1955 1959
06 Luigi Bongailas 1960 1965
07 Giuseppe Maria Barbara 1966
08 Espedito Deguara
09 George Martin 1969 1970
10 Emmanuel Bugeja 1971
11 Espedito Deguara
12 George Martin 1972

Surmastrijiet – Banda tal-Moviment tal-Ħaddiema

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Hector H. Dalli 1973 1980
02 Ray Azzopardi 1980 1982

Surmastrijiet – Banda tal-Moviment tal-Ħaddiema

No Surmastrijiet Minn Sa
13 John J. Pace 1980 1992
14 Ray Azzopardi 1993 1995
15 David Agius (bandmaster) 1995