Joe Debono Grech

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Joe Debono Grech twieled fis-17 ta’ Settembru, 1939. Twieled trabba u jgħix f’ Birkirkara.

Joseph Debono Grech studja fil-Kulleġġ San Alwiġi kien beda fil-Partit Laburista fl-1959, maż-żmien kien Segretarju kif ukoll bħala President ta’ diversi fergħat tal-partit. Fl-1959 kien wieħed mill-fundaturi tal-Brigata Laburista. Fl-1967 inħatar segretarju taż-Żgħażagħ Laburisti u r-rappreżentant fil-bureau tal-I.U.S.Y. għall-istess kumitat. Fl-1969 ġie elett Viċi Kap għall-affarijiet tal-partit. Huwa kkontesta l-elezzjonijiet ġenerali għall-ewwel darba fl-1966 fit-13 u t-8 distrett. Kien elett fil-Parlament Malti fl-1966 u fl-elezzjonijiet kollha ta’ wara sal-2013.

Fl-1983 inħatar Ministru tal-Parastatali u l-Investimenti tal-Poplu u wara żamm il-portafoll tal-Agrikoltura u Sajd għal erba’ snin sal-1987. Meta reġa’ ġie elett il-Partit Laburista fl-1996 serva bħala ministru tat-Trasport u l-Portijiet.

Mill-2003 sal-2008 kien ix-shadow minister għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u s-sigurtà tal-pajjiż. Ħadem ukoll fil-General Workers Union bħala Segretarju għall-ħaddiema tal-Petrol, Chemical u General.

Għal ħafna snin irrappreżenta lill-Għaqda f’Għawdex. Kien rappreżentant tal-Partit Laburista fil-Kunsill tal-Ewropa u wkoll membru tal-Bureau Soċjalista fil-Kunsill tal-Ewropa, mill-1998. Ilu membru tal-kumitat Eżekuttiv Nazzjonali tal-partit mill-1960.

Illum huwa irtijat mill-Politika, u apparti l-politika kien u jagħti sehmu fis- Socjeta Dun Filippu Borgia.

Huwa miżżewweġ lill Edith nee’ Vella u għandhom żewġ ulied Joanna li hija is-Sindku ta’ Birkirkara u Saviour li kien kowċ tal-futbol ma’ diversi klabbs.