Għaqda Mużikali Beland

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja

Għaqda Mużikali Beland A.D.1861

Għaqda Mużikali Beland twaqqfet fiż-Żejtun fl-1861 minn Mro. Orazio Diacono bil-kollaborazzjoni ta’ Mro. Michelino DeFerraris; wara trasformazzjoni tal-orkestra li kienet teżisti mill-1832. Il-fondazzjoni hi ppruvata b’numru ta’ marċi funebri miktuba fl-1861, bis-sehem ukoll tal-Banda Beland fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żejtun u servizzi fi Bliet u rħula bħal f’Ħal Għaxaq (1867), ir-Rabat u l-Belt Valletta (1870). L-isem Beland ingħata lil din is-Soċjetà f’fażi ta’ tiġdid snin ilu. Dan l-isem oriġina mill-kunjom Ġermaniż tal-Barunessa Isabelle Von Bylandt, omm il-GranMastru Hompesh li fl-1797 ta t-titlu ta’ Belt liż-Żejtun b’Città Beland.

Id-direzzjoni tal-Banda Beland kienet dejjem f’idejn Surmastrijiet lokali stabbiliti, fosthom Mro. Angelo Mifsud, Ignazio Catania, Antonio Miruzzi, Carmelo Scicluna, Carmelo Baldacchino, Hector Dalli, Orazio Cachia, Frank Mercieca u Raymond Sciberras. Tul is-snin, dil-banda kellha sehem distint f’diversi festi Maltin, avvenimenti governattivi u attivitajiet nazzjonali. Sal-lum iċċelebrat sitt anniversarji li mmarkaw mixja li llum tgħodd b’aktar minn 150 sena ta’ storja. Baqgħet timxi fit-triq tal-progress, bi Presidenti u Kumitati ħabrieka li mexxewha, flimkien mal-fergħat li twieldu fi ħdanha maż-żmien u bin-numru kbir ta’ membri attivi u segwaċi. Illum tgawdi min numru sostanzjali ta’ bandisti, grazzi wkoll għall-iskola tal-mużika mwaqqfa riċentement għat-tagħlim bla ħlas lill-bandisti futuri tagħha.

Fost il-ħafna episodji storiċi tagħna, nsemmu ż-żjarat tal-Banda Beland f’pajjiżi barranin; fil-Ġermanja fl-1994 għall-ftuħ mill-ġdid tal-Kastell Rheydt, eks-propjetà ta’ omm il-GranMastru Hompesh, fir-Russja fl-1995 fejn din kellha tkun l-ewwel banda Maltija li sa dakinhar żaret dan il-pajjiż, f’Como l-Italja fl-1998, u f’Ruma u l-Belt tal-Vatikan fl-2019, b’kunċert fit-teatru rinomat mal-mużiċisti fid-dinja – Conservatorio Santa Cecilia, u wkoll bil-privileġġ li ddoqq fi Pjazza San Pietru waqt udjenza tal-Papa Franġisku. Insemmu wkoll b’unur l-eżekuzzjoni tal-Banda Beland tal-Oratorio – Dawl fuq is-Sinaj għal darbtejn fil-Knisja Arċipretali taż-Żejtun; fl-2005 bħala parti mill-festi Ċentinarji tal-1700 sena mill-Martirju ta’ Sta. Katarina V.M., u fl-2015 f’egħluq l-10 snin mit-tnedija tal-istess xogħol mużikali. Dan kollu jgħodd ma’ tant episodji sbieħ oħra li huma mnaqqxa b’unur fi storja li qed tkompli tinkiteb.

Is-sit eżistenti ta’ dis-Soċjetà jinsab f’post prominenti fil-pjazza ewlenija taż-Żejtun, faċċata eżatt tal-Knisja Parrokkjali; bi swali kbar u rinovati li fihom jinżammu bi preġju tant oġġetti li huma wirt kbir għalina, kuljum jiltaqgħu niesna u dawk li jżuruna, jitħarrġu l-istudenti u l-bandisti tal-Banda Beland b’mod regolari, isiru l-laqgħat tal-istrutturi u tinħema ħidmietna, u norganizzaw l-attivitajiet għal kulħadd tul is-sena kollha.

L-iskop prinċipali ta’ dis-Soċjetà jibqa’ wieħed sostnut, dak tat-tagħlim u t-tixrid tal-mużika; f’organizzazzjoni li timraħ ukoll fl-oqsma soċjali, kulturali u solidali bħala waħda volontarja, u bil-qofol tas-sena kalendarja tagħna tibqa’ tkun il-festa titulari ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun, fit-tielet Ħadd ta’ Ġunju.

Nilqgħuk fil-pjattaformi soċjali ta’ din l-ewwel Banda Żejtunija, u fi ħdan il-familja kbira Belandista. Deskrizzjoni aġġornata: 2020

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Orazio Diacono 1861 1868
02 Anġelo Mifsud 1868 1897
03 Karlu Diacono 1897 1904
04 Ignazio Catania 1904 1919
05 Antonio Miruzzi 1919 1932
06 Carmelo Scicluna 1932 1946
07 Carmelo Baldacchino 1946 1954
08 Hector H. Dalli 1954 1980
09 Orazio Cachia 1980 1990
10 Frank Mercieca 1990 2012
11 Raymond Sciberras FLCM 2012 2021
12 Gordon Baldacchino 2022

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Mro. Orazio Diacono 1861 1868
02 Mro. Angelo Mifsud 1868 1887
03 Sculptor Ġiużeppi Baldacchino 1887 1898
04 Mro. Paolino Vassallo 1898 1900
05 Michelle Farrugia 1900 1915
06 Alfons M. Caruana 1915 1926
07 Chev. Alfred Cachia Zammit 1926 1960
08 Dr. Alexander Cachia Zammit M.D. 1960 2014
09 Dr. Joe M. Buttigieg 2014

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
00 Robert Abela

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
00 Anthony Aquilina

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - ta' Mro. Hector H. Dalli (1984) - Mill-Għaqda Mużikali Beland 1984 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa Santa Katarina (1992) Mill-Għaqda Mużikali Beland 1992 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mill-Għaqda Mużikali Beland (1994) 1994 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mill-Għaqda Mużikali Beland (1996) 1996 *

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Excellent 25 Sena Planċier (1978 - 2003) - Mill-Għaqda Mużikali Beland (2003) 2003 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - L-Aħdar Rebbieħ - Sett ta' Marċi Bil-Kant mill-Kor Partitarji Belandisti - (Vol.VIII) - Għaqda Mużikali Beland 2008 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi - L-Aħdar Rebbieħ - Sett ta' Marċi Bil-Kant mill-Kor Partitarji Belandisti - (Vol.IX) - Għaqda Mużikali Beland 2011 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - B'Serjeta' u B'Dinjita' - Seklu u nofs ta' Marċi Brijjużi - Għaqda Mużikali Beland (Double Cd) 2011 *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Klassiċi - Sett ta' Marċi Klassiċi Brijjużi mill-Għaqda Mużikali Beland 2013 *
06 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festivita' -'L-Evoluzzjoni tal-Marċ Brijuż' - Mill-Għaqda Mużikali Beland 2018 *
No Name of Cd's - Funeral Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Remebrance (2000) - Għaqda Mużikali Beland 2000 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri - Calix Passionis (2003) - Għaqda Mużikali Beland 2003 *
03 Funeral Marches - Marċi Funebri - Pretium Redemptionnis 'Il-Prezz tal-Fidwa' (2004) - Għaqda Mużikali Beland 2004 *
04 Funeral Marches - Marċi Funebri - Flagellatio Domini (2007) - Għaqda Mużikali Beland 2007 *
05 Funeral Marches - Marċi Funebri - Ecce Homo (2009) - Għaqda Mużikali Beland 2009 *
06 Funeral Marches - Marċi Funebri - Rex Judaeorum 'Is-Sultan tal-Lhud' (2011) - Għaqda Mużikali Beland 2011 *
07 Funeral Marches - Marċi Funebri - Redemptor Hominum - 'Il-Feddej tal-Bnedmin' (2011) - Għaqda Mużikali Beland 2011 *
08 Funeral Marches - Marċi Funebri - Crucem Sanctam Subiit 'Fuq Spallejħ ġarr is-Salib Imqaddes' (2014) - Għaqda Mużikali Beland 2014 *
09 Funeral Marches - Marċi Funebri - Vultus Domini (2015) - Għaqda Mużikali Beland 2015 *
10 Funeral Marches - Marċi Funebri - Et Emisit Spirtium (2017) (double) - Għaqda Mużikali Beland 2017 *
11 Funeral Marches - Marċi Funebri - Dolentem Cum Filio (2019)- Għaqda Mużikali Beland 2019 *
12 Funeral Marches - Marċi Funebri - Sepulcro Positum 'Mqiegħed fil-qabar' (2024) 2024 *

Others

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - The Valiant - Marċi ta' Mro. Hector H. Dalli - Għaqda Mużikali Beland 2005 *
02 Oratorju Festive Marches - Marċi Brijużi - Dawl Fuq is-Sinaj - Għaqda Mużikali Beland 2005 *
02 Concert - Kunċert - Kunċert 50 Sena President (2010) - Għaqda Mużikali Beland (Double Cd) 2010 *
03 L-Għanja tal-Akbar Ġrajja - skont San Pietru - Għaqda Mużikali Beland 2020 *

Programmes and Publications

Memorials

External links