Għaqda Mużikali Sant' Elena

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Għaqda Mużikali Sant' Elena

Għaqda Mużikali Sant' Elena A.D. 1919

Lis-Skop tas-Soċjeta

L-Għaqda Mużika Sant’Elna għandha l-għan li tgħallem il-mużika, tħeġġeġ b’diversi modi l- art mużikali, xxerred il-kultura, sservi ta’ u tipprovdi rikreazzjoni, tkabbar is-sena ċiviku, eduklattiv morali tal-membri, tkompli tħaddan u tikber fir-Reliġjon Kattolika Appstolika Rumana, kif ukoll li tagħraf lil Sant’ Elena bħala l-Qaddisa Patruna tagħha.

Tkun imwaqqfa l-Banda Sant’ Elena

  • 1919 Tiġi imwaqqfa l-Banda Sant’Elena mit-tlett fundaturi Ġanni Grech Duca, Ignazju Sammut, Ġamri Grima. L-ewwel każin tas-Soċjeta’ kien f’120, Misraħ San Franġisk, Birkirkara. L-ispizjar Carmelo Sammut kien l-ewwel President, waqt li Maestro Ferdinando Camilleri kien l-ewwel surmast tal-banda. L-ewwel servizz tal-banda kien propju wara l-ewwel ftit xhur wara li twaqqfet il-banda, meta kienet mistiedna biex tagħmel servizz lejliet il-festa ta’ Maria Annunzjata ġewwa Ħal Balzan. Wara ftit xhur fit-tmexxija, Meastro Ferdinando Camilleri ħalla t-tmexxija tal-banda f’idejn ibnu, Maestro Giuseppe Camilleri, u anki dan ftit dam f’din il-kariga, għal xi ftit ġimgħat jew xhur. Il-banda reġa’ kellha surmast ieħor, li kien Maetsro Gioacchino Micallef, li ukoll dam ftit jmexxi lil Banda Sant’Elena. Il-Banda Sant’Elena daqqet f’ Birkirkara meta l-vara ta’ Sant’Elena inġiebet lura mill-Belt Valletta mill-induratura.

Is-Snin Għoxrin

  • 1920 Wara l-ewwel sena l-Banda Sant’Elena reġa’ kellha surmast ieħor, li kien Maestro Vincenzo Costa. Insibu li nhar il-Ħadd 7 ta’ Novembru 1920, il-banda tellgħet programm mużikali taħt Mro. Vincenzo Costa.
  • 1921 Fis-16 ta’ Awissu 1921, il-banda tellgħet programm mużikali fi Misraħ San Frangisk quddiem il-każin u żanżnet uniformi ġdida. Taħt Mro.Costa, il-banda ħadet sehem fil-festa ta’ San Ġiljan u kienet ġiet ipprezentata bandalora li għadha fil-każin tagħna sal-lum.
  • 1922 Jinħatar is-Sur Emanuel Scicluna bħala President tas-Soċjeta’.
  • 1923 Il-Banda Sant’Elena għamlet programm mużikali ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni ta’ l-esebizzjoni tal-baned, fejn spiċċat fit-tieni post. F’April il-Banda Sant’Elena daqqet fi Pjazza Sant’Elena fl-okkażjoni tat-tqassim tal-midalji tar-rebħa tal-gwerra mill-Gvernatur Lord Plumer. Il-Ħadd 13 t’Awwissu 1923, il-banda għamlet programm mużikali quddiem il-każin.
  • 1924 Jinħatar il-Kurunell William Savona bħala President tas-Soċjeta’.
  • 1925 Nhar is-26 ta’ April 1925, il-kumitat ħatar lis-surmast Maestro Giuseppe Busuttil surmast tal-banda. Huwa idderieġa l-ewwel programm tiegħu nhar it-3 ta’ Mejju 1925, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santu Kruċ. F’Mejju ta’ l-istess sena, xi karkariżi li kieku jgħixu fl-Amerika kienu bagħtu standard Amerikan lill-Banda Sant’Elena.
  • 1926 Jinħatar is-Sur Salvu Zammit Hammett bħala President tas-Soċjeta’. Fid-29 ta’ Ġunju ta’ l-1926, il-banda ġiet mistiedna sabiex iddoqq fin-Nadur, Għawdex għall-festa ta’ l-Imnarja. F’Lulju l-banda għamlet l-ewwel servizz barra minn Malta fejn siefret ġewwa Tunez.
  • 1927 Il-Ministru tat-Teżor Dr. Carmelo Mifsud Bonnici (il-Gross) ġie unanimament maħtur President Onorarju tal-każin.
  • 1928 Il-banda tagħmel it-tieni żjara barra minn Malta, fejn reġgħet ġiet mistiedna f’Tunez. F’din l-okkażjoni, Meastro Ġużeppi Busuttil inħatar bħala Kavallier mill-Bay ta’ Tunez bħala rigal lil Maestro Giuseppe Busuttil għall-kapaċita kbira li kellu fid-direzzjoni tal-banda f’dik l-okkażjoni ġewwa Tunez. Il-bandisti kollha ġew mogħtija midalja kull wieħed għas-servizz kbir li għamlu. Dawn wara li waslu Malta taw dawn il-midalji kollha lill-każin fejn għadhom hemm sal-lum. F’Awwissu f’Birkirkara kienu qed jiġu iċċelebrati festi kbar tas-16 il-Ċentinarju tal-mewt ta’ Sant’Elena. Għal din l-okkażjoni ġie imżanżan l-Inno di Gloria a Sant’Elena flimkien ma’ l-Innu tal-banda, kompożizzjoni ta’ Maestro Kav. Giuseppe Busuttil, fuq kliem tal-Kav. Ġuże Dimech Debono. Dawn l-innijiet hekk popolari għadhom jindaqqu sal-lum.
  • 1929 Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem għal-ewwel darba fil-karnival bit-titlu Wild West u ġiet fl-ewwel post. Fil-11 ta’ Awwissu l-Banda Sant’Elena żanżnet il-planċier għall-banda. Dan ġie maħdum mis-sur Tumas Gove’.

Bidu tas-Snin Tletin

  • 1930 Il-banda tieħu sehem fil-karnival bit-titlu Black Cats u tikseb l-ewwel post.
  • 1931 Il-banda tieħu sehem fil-karnival bit-titlu ta’ Flowers in Vases u tiġi fl-ewwel post.
  • 1932 Fit-22 ta’ Jannar 1932, il-Banda Sant’Elena, flimkien mal-banda Duke of Connaught Own Band Club, ħadu sehem f’marċ fejn akkumpanjaw il-qanpiena l-kbira li nġiebet minn Milan f’Italja fejn inħadmet mid-ditta Barigozzi. F’Awwissu l-Banda Sant’Elena daqqet f’Ħal-Lija fl-okkażjoni tal-festi Ċentinarji tat-Transfigurazzjoni tas-Salvatur.
  • 1933 Il-banda ħadet sehem fil-karnival u ġiet fl-ewwel post bit-titlu ta’ Tat-Twamasi. Fil-5 ta’ Marzu, quddiem in-Nutar Emanwel Agius, il-kumitat xtara biċċa art biex jkun jista jibni karma tan-nar sabiex jinħadem in-nar għall-festa ta’ Sant’Elena. Fl-24 ta’ Settembru l-banda għamlet programm mużikali fil-festa tal-Vitorja ġewwa Birkirkara. Din il-knisja tal-Vitorja tinsab ftit passi bogħod mil-każin tal-Banda Sant’Elena.
  • 1934 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ Bid-daqq tas-Dickie Ducks u ġiet fl-ewwel post għall-ħames darba. 1936 Il-banda ħadet sehem fil-karnival u reġgħet kisbet l-ewwel post bit-titlu ta’ Cooks on Parade. Fl-4 ta’ Awwissu, il-banda ħadet sehem fil-festa ta’ San Duminku ġewwa l-Belt Valletta, u ġiet mogħtija bandalora li għadha fil-każin sal-lum.
  • 1937 Seħħet żjara fil-każin mill-Gvernatur Sir Charles Carter. Il-Banda ħadet sehem fil-festi ta’ l-Inkurunazzjoni tar-Re Gorg VI.
  • 1938 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ Xiħ tal-Ħanax u kisbet l-ewwel post. Mit-13 sat-18 ta’ Lulju, il-banda reġgħet siefret għat-tielet darba ġewwa Tunez. F’din il-mawra ġewwa Tunez il-Banda Sant’Elena daqqet għall-ewwel darba l-Innu Malti f’Tunez. Il-Banda Sant’Elena kienet l-ewwel banda Maltija li daqqet l-Innu Malti barra mil-pajjiz. Minn ġewwa Tunez il-banda ġiet mogħtija diversi rigal li għadhom fil-każin sal-lum.
  • 1939 Il-banda tieħu sehem fil-karnival bit-titlu ta’ Matadors u reġgħet ġiet fl-ewwel post.
  • 1940 Inħatar bħala President tas-Soċjeta’ n-Nutar Joseph Gatt, li dam jokkupa din il-kariga sa’ l-1954. In-Nutar Gatt kien ukoll il-President tas-Soċjeta’ Dun Filippu Borgia. Kien il-bidu tal-gwerra ma’ l-Italja, u numru ta’ familji saru refuġjati fil-każin. Seħħet ukoll iz-zjara tal-Gvernatur Sir William Dobbie fis-sede ta’ l-Għaqda Sant’Elena.

Tfaqq il-Gwerra

  • 1942 Żjara tal-Gvernatur Lord Gort fl-okkażjoni tal-miġja tal-Gorg Cross f’Birkirkara.
  • 1943 Il-Banda Sant’Elena daqqet fl-okkażjoni tar-rebħa fuq l-Allejati.
  • 1944 F’din is-sena ġie ċċelebrat il-25 sena mit-twaqqif tal-banda. Fis-7 ta’ Mejju kienu saru festi kbar. Dakinhar saret quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba, programm mużikali, kif ukoll il-Gvernatur Gort żar il-każin tagħna u ħalla ritratt bħala tifkira taż-żjara tiegħu. Il-Logotenent Gvernatur irregala standard lill-banda fejn għadu jinsab sal-lum fil-każin. Il-banda daqqet fil-Wied ta’ Birkirkara fl-okkażjoni ta’ l-Ingress ta’ l-Arcisqof Mikiel Gonzi fil-Katidral ta’ l-Imdina. Fid-19 ta’ Novembru l-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-pellegrinaġġ tal-kwadru u ta’ l-istatwa tal-Kunċizzjoni minn Birkirkara għal Bormla. Il-Banda Sant’Elena kienet daqqet quddiem l-istatwa tal-Kunċizzjoni.
  • 1945 Il-Banda Sant’Elena tagħmel marċ tar-rebħa tal-gwerra fuq il-Ġermanja.

Tispiċċa l-Gwerra

  • 1946 Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem għal darb’oħra fil-karnival bit-titlu ta’ That’s in the End u terġa tiġi fl-ewwel post. F’din is-sena l-pittur Ġuzeppi Briffa kien ta’ rigal, pittura ta’ Sant’ Elena, li kien xogħol minn tiegħu. Għal din l-okkażjoni kienet saret festa bil-marċi u bil-logħob tan-nar. Il-Banda Sant’Elena daqqet fil-festa tar-rebħa ta’ Malta fit-tieni gwerra.
  • 1947 Il-banda reġgħet ħadet sehem fil-karnival u kisbet l-ewwel post għall-għaxar darba bit-titlu ta’ The Beginning.
  • 1949 Fis-26 ta’ Novembru ġiet imħabbra l-mewt ta’ wieħed mill-fundaturi tas-Soċjeta’, is-Sur Ignazju Sammut. Hu ġie midfun fil-kripta tal-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena.

Is-Snin Ħamsin

  • 1950 Il-banda reġgħet ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ Purċinelli u ġiet fl-ewwel post. Fis-16 ta’ Frar, il-Gvernatur Gerald Greasy u s-sinjura tiegħu żaru l-każin tagħna u f-istess ġurnata l-Prepostu ta’ Birkirkara Kan. Emanuel Vella ukoll żar il-każin. Fil-25 ta’ Marzu żar il-każin il-Prim Ministru Dr. Paul Boffa u l-istess Prim Minisru żar reġa’ il-każin nhar l-1 ta’ Lulju. Fl-istess ġurnata żar il-każin tagħna n-Nutar Giorgio Borg Oliver bħala President tal-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Fit-3 ta’ Mejju kienet saret il-festa tas-Salib Imqaddes wara 14-il sena mingħajr festa f’Birkirkara. Hawn il-Banda Sant’Elena kienet ħadet sehem attiv f’dawn il-festi. Fid-29 ta’ Gunju l-banda żanżnet l-istrumentatura tagħha u din ġiet imbierka mill-Arcisqof Mikiel Gonzi. Sar l-ewwel ftehem bejn il-baned karkariżi rigward il-festa ta’ Sant’Elena. 1951 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ Kannibali u kisbet l-ewwel post. 1952 Il-banda ħadet sehem fil-karnival u kisbet it-tieni post bit-titlu ta’ L-Għedewwa saru Ħbieb.
  • 1953 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ Ghall-Wirja tal-Imnarja, fejn kisbet l-ewwel post.
  • 1954 Inħatar bħala President tas-Soċjeta’ Dr. Joseph Fenech Adami. Hu dam jokkupa din il-kariga għal 34 sena sħaħ. Dr. Fenech Adami kien ukoll President tas-Soċjeta’ Dun Filippu Borgia. Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem f’marċ fl-okkażjoni taż-żjara tar-Reġina Elizabbetta II f’Malta.
  • 1955 Il-banda ħadet sehem fil-karnival u ġiet fl-ewwel post bit-titlu ta’ Circus goes to Town.
  • 1956 Il-banda ħadet sehem fil-karnival u kisbet l-ewwel post bit-titlu ta’ Cumbala Boys. Fil-25 ta’ Ġunju żar il-każin il-Gvernatur Laycock, flimkien mas-sinjura tiegħu. Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-festa tal-pussess ta’ erba’ Kanonci ġodda f’Birkirkara.
  • 1957 Il-banda ħadet sehem fil-karnival bit-titlu ta’ King Carvival and his Band u ġiet fit-tieni post. Żar il-każin Monsinjur Servus Goyenche.
  • 1958 Fis-6 ta’ Jannar 1958, Sir Anthony Mamo żar il-każin tal-Banda Sant’Elena, fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Prim Imħallef u President tal-Qrati ta’ l-Appell.
  • 1959 Fil-21 ta’ Gunju 1959 l-Arċisqof ta’ Malta, Mikiel Gonzi, għamel żjara importanti fil-każin.

Il-Bidu tas-Snin Sttin

  • 1960 Fis-6 ta’ Marzu 1960, il-banda ħadet sehem fil-festa ta’ Jum il-Prepostu ġewwa Birkirkara. F’Awwissu il-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-festi Ċinkwantinarji ta’ l-Inkurunazzjoni tal-Kwadru tal-Madonna tal-Ħerba. Fit-30 ta’ Diċembru tħabbret il-mewt tas-surmast direttur Kav. Giuseppe Buzuttil. Dan is-surmast kien ilu jokkupa din il-kariga sa mill-1925. Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-funeral tiegħu.
  • 1961 Il-kumitat jaħtar lil Mro. Joseph Sammut bħala surmast tal-banda. Il-Banda Sant’Elena tieħu sehem f’dimostrazzjoni li saret lil Arċisqof Mikiel Gonzi fl-okkażjoni tal-ftuħ taċ-Ċentru taz-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara f’Birkirkara.
  • 1962 Fit-28 ta’ Jannar 1962, il-Banda Sant’Elena flimkien mal-Banda Duke of Connaught Own Band Club ħadet sehem f’marċ u akkumpanjaw iż-żewġ statwi tal-bronż ta’ San Pawl u San Ġwann li twasslu għall-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena, fejn tpoġġew fuq il-Presbiterju u għadhom hemm sal-lum. Il-Banda Sant’ Elena daqqet fil-pussess tal-Prepostu ta’ Birkirkara, Monsinjur Ignazju Sciberrras Psaila.
  • 1964 Il-Banda Sant’Elena daqqet marċ fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Indipendenza.
  • 1965 Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-festi tal-100 sena mit-twaqqif tal-Banda Duke of Connaught Own Band Club.
  • 1966 Fis-17 ta’ Awwissu 1966, lejliet il-festa ta’ Sant’Elena, żar il-każin l-Ambaxxatur Amerikan Joseph J. Feldman.
  • 1967 Il-banda daqqet fi Triq il-Wied fl-okkażjoni taż-żjara tar-Reġina Elizabetta II.
  • 1968 Fil-5 ta’ Ġunju 1968, quddiem in-Nutar Joseph Gambin, il-kumitat xtara l-każin prezenti li jinsab f’194, Triq il-Kbira, Birkirkara.
  • 1969 Bejn it-3 u l-4 ta’ Mejju 1969, il-kumitat organizza festi fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena. Ġiet mistiedna l-Banda Duke of Connaught Own Band Club. Fl-4 ta’ Mejju, l-Arċisqof ta’ Malta Mikiel Gonzi għoġbu jgħamel it-tieni żjara tiegħu fil-każin. Il-banda ġiet mogħtija bandalora mill-Prepostu Mons. Ignazju Sciberras Psaila fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-banda.

Il-Mixja matul is-snin Sebgħin

  • 1970 Mro. Joseph Sammut irreżenja mil-kariga ta’ surmast sabiex jieħu d-direzzjoni tal-Banda Nazzjonali tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Nhar it-3 ta’ Mejju, il-kumitat ħatar lil Maestro Clemente Sammut bħala surmast direttur. Ħu dam jokkupa din il-kariga għal 22 sena.
  • 1971 Fis-17 ta’ Awwissu 1971, Sir Anthony Mamo żar il-każin wara li ġie maħtur Gvernatur Generali ta’ Malta.
  • 1974 Fit-2 ta’ Mejju 1974 żar il-każin Monsinjur Ottorino Pietro Alberti, Isqof ta’ Norcia u Spoleto fl-Italja.
  • 1978 F’Birkirkara saru festi kbar fl-okkażjoni ta’ l-1650 sena mill-mewt ta’ Sant’Elena, fejn il-Banda Sant’Elena ħadet sehem f’dawn il-festi ad unur tal-Patruna tagħha.
  • 1979 F’Marzu l-banda kisbet l-ewwel post f’konkors ta’ l-innu marċ fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien. Is-Soċjeta’ fakkret il-25 sena tal-President Dr.Joseph Fenech Adami.

Is-Snin Tmienin

  • 1980 Il-Kanonku Dun Vincenz Saliba irrestawra l-planċier tal-banda.
  • 1984 Sar l-ewwel recording tal-marċi fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sant’Elena.
  • 1985 Il-Banda Sant’Elena ħadet sehem b’daqq ta’ marċi fil-festa tal-75 Anniversarju mill-ftuħ tal-Oratorju ġewwa Birkirkara. F’Diċembru l-banda ħadet sehem f’konkors tal-baned biex jiġi iċċelebrat Jum ir-Repubblika ta’ Malta u l-banda kisbet l-ewwel post. Dan il-konkors sar fit-Teatru Manoel.
  • 1987 F’din is-sena inxtara post ta’ wara l-każin biex jkun jista jikber il-każin u propju kien f’dik is-sena li nbnew żewġ swali oħra fil-każin. Il-Ħadd 15 ta’ Frar tħabbret il-mewt ta’ John Grech Duca, wieħed mit-tlett fundaturi tas-Soċjeta’.
  • 1988 It-Tlieta 5 ta’ Jannar 1988 tħabbret il-mewt tal-President tas-Soċjeta’ Dr. Joseph Fenech Adami. Il-Banda Sant’ Elena ħadet sehem fil-funeral tiegħu. Jinħatar is-Sur Joseph Mallia bħala President tas-Soċjeta’. Il-Banda Sant’Elena reġgħet għamlet żjara oħra barra minn Malta. Żaret Sqallija fil-Belt ta’ Monreale u Palermo. Hawn il-banda ġiet mistiedna biex tieħu sehem fil-festa ta’ Santu Kruċ taħt Maestro Clemente Sciberras. F’Mejju 1988 twaqqfu il-grupp tal-majorettes fil-każin tagħna.
  • 1989 Jinħatar l-Avukat Raphael Fenech Adami bħala President tas-Soċjeta’. Fl-1989 twaqqif l-ewwel kumitat Nisa fis-Soċjeta’. Wara ftit snin il-banda reġgħet ħadet sehem fil-karnival bit-titlu Ġejjin iż-Żwiemel u ġiet fit-tielet post. Fis-16 ta’ Settembru l-banda ħadet sehem fil-maratona tal-baned fl-okkażjoni tal-25 sena tal-Indipendenza ta’ Malta.

Is-Snin Disgħin

  • 1990 Fis-27 ta’ Mejju 1990, il-banda ħadet sehem f’marċ f’ Triq il-Wied fl-okkażjoni taż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fejn daqqejna l-Innu Pontifiċju. Sar tibdil importanti fl-istatut tas-soċjeta’ fejn ta’ lin-nisa l-istess drittijiet daqs l-irgiel.
  • 1991 Fis-7 ta’ Awwissu 1991 saret l-ewwel Akkademja Muziko-Letterarja fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena taħt il-Patronċinju ta’ l-E.T. il-President ta’ Malta, Dr. Ċensu Tabone. Għal festa ta’ Sant’ Elena iżżanżnet l-istatwa ta’ Sant’Elena li qed tiġi armata quddiem il-każin fil-festa. F’Novembru l-banda għamlet l-ewwel programm annwali fis-Sala Mons. Depiro fl-Oratorju, Birkirkara.
  • 1992 Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Frar tħabbret il-mewt ta’ Ġamri Grima, fl-eta’ ta’ 95 sena. Ġamri kien wieħed mit-tlett fundaturi tas-Soċjeta’. F’din is-sena jinħatar Mro. John Ivan Borg bħala surmast tal-banda. Fuq inizjattiva tal-kumitat tal-Banda Sant’Elena, l-Għaqda stiednet il-banda The Wingston Band fejn daqqet f’massband mal-Banda Sant’Elena fl-okkażjoni tal-festi ta’ l-Għid il-Kbir. Għal festa ta’ Sant’Elena iżżanżnet l-istatwa ta’ Kostantino, li flimkien ma’ l-istatwa ta’ Sant’Elena tiġi armata fil-festa. Fl-10 ta’ Diċembru 1992 il-banda ħadet sehem fl-ewwel festival internazzjonali tal-baned organizzat mill-Ministeru tal-Kultura.
  • 1993 F’din is-sena s-Soċjeta’ bdiet torganizza l-festa tal-Għid il-Kbir mat-toroq ta’ Birkirkara u ġiet imżanżna l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt, xogħol tal-iskultur Alfred Camilleri Cauchi, li ħareg għall-ewwel darba mat-toroq ta’ Birkirkara akkumpanjat mill-Banda Sant’Elena flimkien ma’ personaġġi Bibbliċi. Għall-okkażjoni ta’ dawn il-festi tal-Għid il-Kbir il-banda irrekordjat sett ta’ marċi funebri.
  • 1994 L-Avukat Helen Borg tinħatar bħala President tas-Soċjeta’. Fil-21 ta’ Jannar 1994 saret Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena, fejn għaliha attendew ukoll personalitajiet distinti, fosthom il-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Edward Fenech Adami. Bejn is-17 u l-24 ta’ Marzu, il-banda reġgħet daqqet barra min Malta. Ġiet mistiedna sabiex iddoqq ġewwa Tunez għar-raba’ darba f’dan il-pajjiz. Fil-każin saret għall-ewwel darba l-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa. Fl-14 ta’ Ġunju 1994 sar programm mużikali fil-Pjazza Sant’Elena li ġie imsejjaħ il-Kunċert taċ-Ċelebrita’. Fis-17 ta’ Ġunju inkixef bust ta’ l-ex Surmast Ġiuseppi Busuttil. Dan is-surmast mexxa lill-banda għal 35 sena sħaħ. Għal din l-okkażjoni sar programm mużikali qabel u wara sar il-kxif tal-bust fi Triq is-Santwarju. Għal festi tal-75 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena kien iżżanżan fondispizzju mal-faċċata tal-każin.

Fl-20 ta’ Lulju 1994 ħalla ħajtu fil-każin il-Viċi President, is-Sur Joseph Buhagiar (iż-Żużu), waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol fuq il-fondispizzju l-ġdid. B’deċizjoni tal-kumitat, is-Soċjeta’ ma kienetx ħadet sehem fil-festa ta’ Sant’Elena b’rispett lejn is-sur Joseph Buhagiar. Fit-2 ta’ Settembru 1994 ġiet imwaqqfa l-Kummissjoni Żgħażagħ Elenjani. Fit-18 ta’ Settembru 1994, sar marċ brijjuż flimkien mal-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 ta’ Għawdex bħala parti miċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-75 Anniversarju u waqt din l-okkażjoni iżżanżnet bandiera ġdida.

  • 1995 F’Jannar il-Banda Sant’Elena ħadet sehem fil-pussess tal-Kan. Prepostu Dun Anton Vella. Fit-2 ta Mejju ġiet ippreżentata fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena Kantata lil Sant’ Elena, b’mużika ta’ Meastro Lawrence Borg fuq versi ta’ Frans Pullicino. Bejn is-6 u t-13 ta’ Lulju l-banda siefret ġewwa Valenzia, Spanja, għall-konkors Internazzjonali tal-Baned. F’dan il-konkors il-banda kisbet it-3 post min 50 banda. Dan kien suċċess kbir għal banda li tnizzel b’ittri tad-deheb ‘ad unur’ tal-Banda Sant’Elena. Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Meastro John Ivan Borg. F’Ottubru l-kumitat ħatar surmast ġdid, Maestro Joseph Vella. Huwa beda l-istudju mużikali tiegħu fil-każin tal-Banda Sant’Elena. Fit-18 ta’ Novembru l-banda għamlet il-programm mużikali annwali, fejn ġie imfakkar is-suċċess miksub mill-banda ġewwa Valenzia, Spanja.
  • 1996 Jinħatar is-Sur Gozwe Gauci bħala President tas-Soċjeta’. F’din is-sena l-kumitat xtara maħzen ġdid sabiex jintuża għall-armar tal-festa, fosthom il-planċir tal-banda fi Triq il-Kan. Karm Pirotta. Bejn l-4 u l-11 ta’ Ġunju, il-banda Sant’Elena reġgħet siefret ġewwa Cefalu, fi Sqallija ġewwa l-Italja. Il-banda attendiet għal festa ta’ Corpus Christi fejn daqqet diversi marċi u programmi ġewwa Cefalu.
  • 1997 Fit-22 ta’ Lulju l-banda għamlet programm f’Jum is-Soċjeta’. Nhar it-18 ta’ Awwissu sar programm mill-Banda Sant’Elena fil-Pjazza Sant’Elena fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-planċier li ġie irrestawrat mill-ġdid.
  • 1998 Fit-30 ta’ Diċembru l-Banda Sant’Elena daqqet marċ qabel u waqt l-intervall fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali fil-partita ta’ ħbiberija bejn Selezzjoni Maltija kontra Juventus.
  • 1999 Fit-18 ta’ Lulju saret Jum is-Soċjeta’, fejn ġie mistieden Kor minn Ċipru. Bejn l-14 u l–21 ta’ Settembru il-banda għamlet it-tmien żjara tagħha barra minn Malta, fejn ġiet mistiedna iddoqq fi Spezzano Sila, provinċja ta’ Cosenza fl-Italja. Fit-3 ta’ Diċembru l-banda ħadet sehem fi Programm tal-Millenju f’Dar il-Meditterran. Il-Programm ġie organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Fil-15 ta’ Diċembru l-kumitat iffirma il-kuntratt tax-xiri tal-Post Maħzen ġdid għall-każin.

Jibdew is-Snin elfejn

  • 2000 Fil-11 ta’ Ġunju l-banda ħadet sehem f’marċ fl-okkażjoni ta’ l-ewwel kampjonat mirbuħ minn Birkirkara F.C. Fit-13 ta’ Lulju sar Jum is-Soċjeta’, fejn tfakkru l-50 sena ta’ l-istrumentatura. Fis-7 ta’ Awwissu delegazzjoni mill-kumitat kellha laqgha mal-Eċċellenza tiegħu l-President ta’ Malta. il-Professur Dr. Guido De Marco, fejn ġie ippreżentat b’CD tal-Marċi li ħarget is-Soċejta’ fl-okkażjoni tal-50 sena Bażilika. Fis-7 ta’ Awwissu l-banda għamlet marċ ta’ ħruġ min-niċċa fejn ukoll ġie miftuħ uffiċjalment il-post maħżen tas-Soċejta’. Bejn is-7 u l-20 ta’ Awwissu saru festi kbar f’Birkirkara fl-okkażjoni tal-50 sena Bażilika. Fit-8 ta’ Awwissu l-banda ħadet sehem f’Akkademja Muziko-Letterarja fl-okkażjoni tal-50 sena Bażilika.

Waqt din l-akkademja l-kumitat ipprezenta l-Umbrellun il-ġdid, simbolu tal-Bażilika, lil Kapitlu Elenjan. Dan huwa l-ikbar rigal li ingħata lil Poplu Karkariż minn xi soċjeta’. Din l-Akkademja kienet taħt id-direzzjoni tal-Maestro Joseph Vella. Fil-15 ta’ Awwissu – għal dawn il-festi hekk kbar tal-50 sena Bażilika – il-kumitat stieden il-Banda Larissa, mill-Greċja, sabiex għamlet marċ mat-toroq ta’ Birkirkara. Fl-20 ta’ Awwissu l-banda ħadet sehem fil-purċissjoni ta’ Sant’Elena, li kienet saret filgħaxija, fejn l-istawa ta’ Sant’Elena għaddiet għall-ewwel darba minn quddiem il-każin fejn ingħatat merħba kbira mil-partitarji bagristi b’kaxxa infernali u b’daqq ta Innijiet, filwaqt li ġie ipprezentat bukket fjuri.

  • 2001 Fis-6 ta’ Marzu ġie emendat il-ftehim bejn iż-żewg Baned Karkariżi flimkien mal-Kapitlu Elenjan u l-Grupp Armar tal-festa. Fl-14 ta’ April għal festa ta’ Kristu Rxoxt, il-kumitat kien stieden banda Ġermaniza Nordlingen Knabbebkapelle sabiex tagħmel marċ mal-banda Sant’Elena. Fit-2 ta’ Lulju delegazzjoni mil-kumitat ħadet sehem fil-korteo mill-Kolleġġjata Bażilika Sant’ Elena sal-knisja tal-Madonna tal-Karmnu fl-okkażjoni tas-750 Anniversarju mill-għoti tal-Labtu.
  • 2002 Fil-5 ta’ Marzu 2002 saret żjara mill-Eċċellenza tiegħu l-President ta’ Malta. il-Professur Dr. Guido De Marco, fil-Każin. Fis-16 ta’ Mejju l-banda daqqet innijiet quddiem il-każin fil-pellegrinaġġ ta’ Santa Rita, fejn kien imexxi Monsinjur Nikol Cauchi, Isqof ta’ Għawdex. Fit-22 ta’ Awwissu l-Banda ħadet sehem fil-maratona tal-Kerygma fl-okkażjoni ta’ ġbir ta’ fondi għad-Dar tal-Providenza fit-Trade Fair Ground, fin-Naxxar. Fit-22 ta’ Settembru l-banda ħadet sehem b’daqq ta’ marċi fil-Car Free Day organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.
  • 2003 Fit-13 ta’ Jannar, il-Banda ħadet sehem fl-Inawgurazzjoni u t-tbierek ta’ l-istatwa tal-Madonna tal-Familja fil-Housing Estate tal-Laqxija f’Birkirkara, fil-viċinanzi tal-każin. Fid-19 ta’ Awwissu l-banda tellgħet Akkademja Muziko Letterarja fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena fl-okkażjoni ta’ l-1675 sena mill-mewt tal-patruna tagħna Sant’Elena. Din l-Akkademja kienet taħt id-direzzjoni ta’ l-Assistent Surmast Maestro David Agius peress li s-surmast Maestro Joseph Vella kien indispost. Fit-22 ta’ Awwissu l-Banda esegwixxiet Programm Mużikali fuq il-planċir fil-Pjazza Sant’Elena, fejn ġie iċċelebrat Jum is-Soċjeta’. Fit-23 ta’ Awwissu l-Banda organizzat il-Programm Mużikali ta’ Lejleit il-Festa, fejn daqqet l-Inno Di Gloria a Sant’Elena Imperatrici Awgusta, fejn dan l-Innu flimkien ma’ l-Innu tal-banda kien qed jgħalqu 75 sena mill-kompożiżżjoni tagħhom. Fl-24 ta’ Awwissu l-Banda Sant’Elena daqqet l-Inno Di Gloria A Sant’Elena Imperatrici fil-ħruġ tal-purċissjoni, u wara akkumpanjat fil-purċissjoni li reġgħet għaddiet minn quddiem il-każin tal-Banda Sant’Elena. F’Settembru, f’Seduta Ġenerali jinħatar is-Sur Anthony Saliba bħala President tas-Soċjeta’.
  • 2004 Fil-11 ta’ Awwissu għall-ewwel darba ġiet organizzata quddiesa fil-Bażilika Sant’Elena bis-sehem tal-Banda. Fis-7 ta’ Diċembru l-istatwa tal-Madonna tal-Vitorja għaddiet minn quddiem il-Każin għall-ewwel darba fl-okkażjoni tal-150 mid-Domma tal-Kunċizzjoni, filwaqt li ġie ipprezentat bukket fjuri. Fit-12 ta’ Diċembru l-banda ħadet sehem fil-ftuħ tar-restawr mil-ġdid tas-Salib (Rajt ma Rajtx, Smajt ma Smajtx) mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.
  • 2005 Fil-5 ta’ Marzu sar il-Programm Annwali fl-Universita’ ta’ Malta. Dan il-programm fakkar l-okkażjoni ta’ l-10 Anniversarju mis-suċċess ta’ Valenzia, fi Spanja. Fit-22 ta’ Marzu l-Eċċellenza tiegħu l-President ta’ Malta, Dr.Edward Fenech Adami, żar il-każin fl-okkażjoni tal-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa. Fil-11 ta’ Mejju s-Soċjeta ħadet sehem fil-fiera ġewwa n-Naxxar, fejn kellha stend fuq is-Soċjeta’. Fil-21 ta’ Mejju delegazzjoni mil-kumitat attendiet għal quddiesa fil-Knisja tal-Vitorja u wara akkumpanjat lill-Arċisqof Vittorino Pietro Alberti minn Sardenja u l-Isqof Costa (Saċerdot Karkariż li jaħdem fil-missjoni fil-Brazil).

Dawn ġew imwassla sal-każin fejn ingħataw merħba mill-banda u wara sar riċeviment u anke ingħataw rigali bi bdil ta’ Karlotti bħala tifkira. Fis-26 ta’ Mejju, l-Isqof Costa żar il-Każin tagħna u ingħata donazzjoni għall-missjoni fil-Brazil. Fil-25 ta’Ġunju l-banda ħadet sehem fil-pellegrinaġġ ta’ l-Anniversarju tal-100 sena mill-Inkunazzjoni tal-Madonna tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla. Fil-11 ta’ Awwissu l-Banda tellgħet Akkademja Muziko Letterarja fil-Knisja Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena biex jitfakkar it-375 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Proto Kolleġġjata imwaqqfa minn Dun Filippu Borgia.

  • 2006 Fit-2 ta’Jannar inbeda l-Proġett tas-Sala l-ġdida. Fil-5 ta’ Frar saret konferenza stampa fil-każin rigward il-Festa u l-proġett il-ġdid. Fit-13 ta’ Frar delegazzjoni mill-kumitat immexxija mil-President tas-Soċjeta’, Anthony Saliba, għamlet żjara lill-Eċċellenza tiegħu l-President ta’ Malta Dr. Edward Fenech Adami fil-Palazz il-Belt Valletta. Fis-26 ta’ Frar il-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi, għamel żjara fil-każin. Fit-12 ta’ April saret il-festa ta’ Kristu Rxoxt f’Birkirkara, fejn din is-sena l-istatwa ġiet restawrata minn Rennie Abela. Fit-8 t’Ottubru l-Banda Sant’ Elena ħadet sehem f’marċ fil-programm “Mill-Pjazza tar-Raħal” fuq T.V.M. Fis-26 t’Ottubru l-Banda Sant’Elena daqqet marċi brijjużi ġewwa Paceville ħdejn il-Millenium Chapel għall-okkażjoni tat-Torċa tad-Djalogu li ġiet Malta fejn din kienet qiegħda ddur madwar id-dinja kollha.
  • 2007 Fid-9 ta’ Jannar il-Banda Sant’Elena, flimkien maż-żewg baned oħra karkariżi, ħadet sehem f’marċ qabel il-logħba bejn Birkirkara u A.C. Milan fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Fid-29 ta’ Marzu saret Akkademja Funebra fis-sala ta’ fuq tal-każin taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Joseph Vella, taht il-patroċinju ta’ l-Onorevoli Tonio Fenech u l-Onorevoli Chris Cardona. Wara nfetħet il-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-kantina, fix-shelter uniku f’Birkirkara, u fis-sala l-ġdida tal-każin. Żar il-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa l-Prim Ministru, Dr. Lawrence Gonzi, u l-Kap ta’ l-Oppożożjoni, Dr. Alfred Sant. Fid-29 ta’ April il-Banda Sant’ Elena flimkien mal-Duke of Connaught Own Band Club daqqew fil-ftuħ tal-wirja Ecce Ligium Crucis fejn f’din il-wirja s-Soċjeta’ kellha stend fuq ix-xogħol u l-missjoni tagħha. Din il-wirja ttellghet mill-Grupp Armar tal-Festa Sant’Elena fl-okkażjoni tal-Festa tas-Salib Imqaddes (Santu Kruċ).

Fis-27 ta’ Ġunju, inċident fil-Kamra tan-Nar Sant’Elena ħalla 5 persuna mejta: Vincent Galea, Paul Bonnici, Sunny Borg, Richard Cardona u Carmel Formosa. L-Għaqda Mużikali Sant’Elena iddikjarat luttu sat-8 ta’ Settembru 2008.

Fis-7 ta’ Lulju l-Kapitlu Elenjan, flimkien ma‘ l-għaqdiet kollha ta’ Birkirkara, iddeċidew li l-festa ta’ din is-sena ma issirx b’rispett lejn dawn il-vittmi tat-traġedja tal-kamra tan-nar Sant’Elena. Fl-14 ta’ Lulju sar il-funeral tal-5 vittmi tat-traġedja tal-kamra tan-nar Sant’Elena. Il-funeral beda fit-8.00 am, fejn daqqew iż-żewg baned karkariżi u l-korteo għadda minn quddiem iż-żewg każini tal-baned. Wara saret il-quddiesa għal ruħhom fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena. Fit-28 ta’ Settembru saret is-seduta generali importanti fejn fiha ġie rivedut u maqbul l-istatut ta’ l-Għaqda.

  • 2008 Fit-23 ta’ Marzu l-Banda Sant’Elena daqqet fil-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt ġewwa Birkirkara, li f’din is-sena kien qed jiġi imfakkar il-15 il-sena ta’ l-istatwa ta’ Kristu Irxoxt f’Birkirkara. Fit-3 ta’ Mejju l-Banda Sant’Elena, flimkien maz-żewg Baned l-oħra ta’ Birkirkara, daqqet fil-korteo tal-funeral ta’ l-Eċċellenza Tieghu Sir Anthony Mamo, l-ewwel President ta’ Malta u President Onorarju ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’Elena. Fit-18 ta’ Lulju l-banda ttella’ programm mużikali quddiem il-każin fl-okkażjoni ta’ Jum is-Soċjeta’ fejn għal-ewwel darba f’Birkirkara indaqqet silta muzikali Marcia Slava sinkronizzata bin-nar. Fis-6 ta’ Diċembru l-banda tellgħet programm mużikali fit-Teatru Mnajra fin-Nadur Għawdex.
  • 2009 Din hija is-sena li fija qed jiġu ċċelebrati id-90 sena mit-twaqqif tal-Għaqda u l-15-il-sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Armar u Żgħażagħ Elenjani. Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar saret il-Parents Day Home Concert li fija il-Banda tellgħet programm mużikali u qari fejn ingħata ġieħ lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom fis-Soċjeta’. Fil-Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira ġie esebit kwadru kbir maħdum bl-ismid 16×24 il-pied li huwa l-ikbar xogħol li qatt ġie esebit bl-ismid. Fit-2 ta’ Mejju l-Banda tellgħet programm mużikali annwali fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Universita’ ta’ Malta li fiħ ġie imfakkar id-90 sena mit-twaqqif tal-Għaqda. F’Lulju l-Banda tellget Programm Mużikali quddiem il-każin fl-okkażżjoni ta’ Jum is-Soċjeta. Idderiġew il-Banda is-Surmast Direttur Mro. Joseph Vella flimkien mal-Assistant Surmast u l-għalliema tal-mużika fil-każin. Ġie mistieden ukoll sabiex jidderiġi l-Banda l-ex surmast Mro. Joseph Sammut. F’Awwissu l-Għaqda Mużikali Sant’ Elena ħadet sehem bil-Kbir fil-Festa ta’ Sant’ Elena. Nhar it-18 t’Awissu tellghet Programm Muzikali fuq il-Planċir fil-Pjazza. F’dan il-Programm indaqqet il-mużika Pirates of the Caribbean sinkroniżżata man-nar. Wara sar marċ brijjuż u gew imżanżna sett anġli quddiem il-każin. Il-marċ tal-Aħħar tat-Tridu ġie iċċelebrat bil-kbir fejn ġie imfakkar il-15 il-sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Armar u Zagħzagħ Elenjani b’opra artistika ġdida. Lejliet il-festa il-Banda tellgħet Programm Mużikali fil-Pjazza flimkien mal-Banda tal-Għaqda Mużikali San Gabriel ta’ Ħal Balzan. F’dan il-Programm kien hemm siltiet mużikali sinkroniżżati man-nar. Nhar il-Festa l-Banda għamlet marċ brijjuż wara nofsinhar.

F’Settembru bejn 11 u 18 ta’ dan ix-xhar il-Banda Sant’ Elena għamlet żjara barra min Malta fejn marret f’Cefalu l-Italia.

Hawnhekk il-banda tellghet programm u daqqet marċi fil-toroq tal-Belt ta’ Cefalu. Fil-15 t’Ottubru l-Banda ġiet mistiedna sabiex tipparteċipa fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjobni tal-Jum Nazzjonali Spanjol f’Malta. L-istedina saret mill-Ambaxxatriċi Spanjola għall-Malta Maria Isabele Vicandi. Din kienet okkażjoni oħra ta’ sodisfazzjoni u ta’ unur għall-Banda Sant’Elena meta daqqet l-Innu Nazzjonali Malti u dak Spanjol kif ukoll tal-Ewropa fill-preżenza tal-President ta’ Malta Dr George Abela u s-Sinjura tiegħu, l-Prim Ministru Dr. Laurence Gonzi u s-Sinjura tiegħu, Ministri , l-Ambaxxatriċi Spanjola, bosta Ambaxxaturi u dinjitarji oħra.Fil-11 ta’Diċembru l-Għaqda Mużikali Sant’ Elena tellgħet quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fl-għeluq id-90 sena mit-Twaqqif tas-Soċjeta’ fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’ Elena bis-sehem tal-Banda.

  • 2010 Dawn li semmejna huma dati importanti fl-istorja ta’ l-Għaqda Mużikali Sant Elena. Barra minn dawn id-dati, is-Soċjeta’ torganizza kull sena l-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-festa ta’ Kristu Rxoxt u tieħu sehem bil-kbir fil-festa ta’ Sant’Elena li tiġi iċċelebrata Ħadd fuq it-18 ta’ Awwissu, il-Jum Liturġiku ta’ Sant’Elena, Patruna tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena. Il-kumitat jieħu sehem ukoll fil-festi tat-Tre Re, Corpus Christi u fil-festa tal-Qalb ta’ Ġesu.

Kull sentejn il-Banda Sant’ Elena tieħu sehem fil-Festa tas-Salib Imqaddes (Santu Kruċ). Matul is-sena jsiru bosta attivitajiet fil-każin sabiex jinġabru fondi għal każin kif ukoll il-Banda Sant’Elena tiġi mistiedna f’bosta festi sabiex tagħti is-servizz tagħha fil-Bliet u fl-Irħula fil-Gżejjer Maltin. Kull sentejn il-Banda iżżanżan sett ta’ marċi brijjużi fl-okkażjoni tal-festa ta’ Sant’Elena. Kull sena wkoll issir is-Seduta Generali Annwali fejn fija jingħata rendikont ta’ dak kollhu li ġara matul is-sena.

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Ferdinando Camilleri 1919
02 Giuseppe Camilleri 1919 1920
03 Gioacchino Micallef 1920
04 Vincenzo Costa 1920 1925
05 Giuseppe Busuttil 1925 1960
06 Joseph Sammut 1960 1970
07 Clemente Sciberras 1970 1992
08 John Ivan Borg 1992 1995
09 Joseph Vella 1996

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Pham. Carmelo Sammut 1919 1920
02 Emanuel Scicluna 1922 1924
03 Col. William Savona 1924 1926
04 Salvu Zammit Hammett 1926 1940
05 Not. Joseph Gatt LL.D. 1940 1954
06 Dr. Joseph Fenech Adami LL.D. 1954 1988
07 Joseph Mallia 1988
08 Dr. Raphael Fenech Adam LL.D. 1989 1993
09 Not. Helen Borg LL.D. 1994 1995
10 Ġożwe Gauci 1995 2003
11 Anthony Saliba 2003

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
00 Duncan Xuereb

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
00 Henry Bray 2018 2021
00 Renald Borg 2021

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1980) 1980 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1984) 1984 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi - Tislima lil Mro. Kav. Giużeppi Busuttil - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1985) 1985 *
04 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1986) 1986 *
05 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1988) 1988 *
06 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1990 1990 *
07 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1991) 1991 *
08 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1992) 1992 *
09 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1994) 1994 *
10 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1996) 1996 *
11 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1997) 1997 *
12 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Festa Ta' Santa Liena 1998 (Vol. 01) - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (1998) 1998 *
13 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (1999) 1999 *
No Name of Cd's - Funeral Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (1993) 1993 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri - Consumatum Est - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2002) 2002 *
03 Funeral Marches - Marċi Funebri - L-Imsallab - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2019) 2019 *

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
13 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Fl-Okkażżjoni tal-50 Sena Bażilika Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2000) 2000 *
14 Marċi Brijużi - Snin Ta' Supremazija - Cd. No.1 - Marċi Brijjużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2002) 2002 *
15 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Cd. No.1. L-Aħdar Dominanti - Festa 2004 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2004) 2004 *
16 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Cd.No.1. Bagristi Qalbiena ta' Santa Liena - Festa 2006 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2006) 2006 *
17 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Lejn id-90 Sena tal-Banda tat-Titular - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2008) 2008 *
18 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Għaqda Mużikali Sant' Elena - Festa 2010 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2010) 2010 *
19 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Marċi tal-Mro. Kav. Ġiuseppi Busuttil - Fl-Okkażżjoni tal-50 Sena mill-Mewt tiegħu. 1960 - 2010 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2010) 2010 *
20 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - 175 Sena Fostna 1837 - 2012 Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2012) 2012 *
21 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Għaqda Mużikali Sant' Elena - Festa 2014 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2014) 2014 *
22 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Lejn is-Seklu li jagħmilna Bagristi Kburin 1919 - 2019 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2018) 2018 *
23 Marċi Brijużi - Marċi Brijużi - Ċentinarju Mużikali - Marċi Brijużi mill-Arkivju Musical Seasons - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2019) 2019 *

Marċi Kantanti u Innijiet

No Name of Cd's - Hymns Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Hymn Others
01 Marċi Kantati - Snin Ta' Supremazija - Cd. No.2 - Marċi Brijjużi - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2002) 2002 *
02 Marċi Kantati - Marċi Brijużi - Cd. No.2. L-Aħdar Dominanti - Festa 2004 - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2004) 2004 *
03 Innijiet Proċessjonali - Innijiet Proċessjonali - Cd. No.2. Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant'Elena, Birkirkara (2006) 2006 *

Others

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Akkademja Live - Mill-Banda - Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara (2003) 2003 *

Programmes and Publications

Memorials

External links