Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq)

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq)

Għaqda Mużikali San Ġiużepp Ħal-Għaxaq A.D. 1874

Għalkemm l-Għaqda Mużikali San Gużepp ġiet imwaqqfa uffiċjalment fl-1874, kien 12-il sena wara, fl-1886, meta ġie deċiż li titwaqqaf banda fi ħdan din l-Għaqda.

Skond kif dokumentat f’artikli antiki minn ġurnali lokali ta’ dik l-epoka nsibu li din il-banda kienet għamlet l-ewwel serviżż tagħha fis-6 ta’ Ġunju ta’ dik l-istess sena. L-ewwel Surmast Direttur ta’ din il-Banda kien Mro. Napoleone Caruana Dingli. Dakinħar il-Banda Filarmonica San Giuseppe ta’ Ħal- Għaxaq kienet għamlet l-ewwel programm mużikali tagħha fil-pjażża tar-raħal. Il-kliem ta’ l-inawgurażżjoni kien għamlu s-Sur Randon. Wara kien sar riċeviment kbir fis-sede tas-soċjeta li għalih kienu attendew mal-200 ruħ.

Fis-sena 1911 xi partitarji Gużeppini kienu avviċinaw lis-Surmast Pawlino Vella biex ikompli fejn kien ħalla Mro. Napoleone Caruana Dingli. Dan ġara minħabba li l-Banda tagħna kienet waqfet milli taqdi l-funżjonijiet tagħha għal xi żmien minħabba li prattikament l-ibliet u l-irħula kollha ta’ Malta u Għawdex kienu ntlaqtu mill-marda tal-kolera u l-baned kienu waqfu milli jagħtu s-serviżżi tagħhom.

Sentejn wara, fl-1913 is-Surmast Pawlino Vella waqqaf uffiċjalment din l-orkestra l-ġdida u kienet għamlet l-ewwel programm mużikali tagħha taħt id-direżżjoni tiegħu f’dik l-istess sena. Din l-orkestra kienet tikkonsisti f’ xejn inqas minn 30 mużiċist u kienet toffri s-servizzi tagħha fil-knisja parrokjali wkoll.

Fl-1934 Mro. Pawlino Vella, li kien personalita mħarreġ tajjeb ħafna fl-arti mużikali, biddel l-orkestra f’banda formali ta’ 45 bandist, wara li kienet ilha wieħed u għoxrin sena ddoqq bħala orkestra. Bla dubju ta’ xejn l-aktar xogħol mużikali li jibqa magħruf għalih dan is-surmast, huwa l-Innu ta’ San Gużepp. Mro. Pawlino Vella, ħalla din id-dinja fis-27 ta’ Diċembru ta’ 1936, u inċidentalment kien dakinħar stess li l-banda li kien stabilixxa huwa stess kienet semmħet leħenha għall-ewwel darba waqt il-funeral tiegħu li kien sar ġewwa Bormla.

Biex jimlew il-vojt kbir li ħalla warajh Mro. Pawlino Vella, il-kumitat kien ħatar minfloku lill-Mro. Gregory Scicluna li kien minn Ħal-Għaxaq. Iżda, fl-1942, kontra qalbu, huwa kellu jħalli l-kariga ta’ surmast direttur minħabba li beda jservi bħala uffiċjal fil-korp tal-pulizija.

Floku nħatar Mro. Salvu Azzoppardi li kien minn Ħal-Luqa, biex imexxi l-Banda ta’din is-soċjeta’. Taħt dan is-surmast f’ sena waħda biss il-banda wettqet tnejn u għoxrin sena servizz madwar Malta u Għawdex u kellha 50 bandist tal-post flimkien ma' numru sabieħ t’allievi.

Fl-1946, sewwa sew fit-8 u fid-9 ta’ Ġunju il-Banda San Gużepp kienet ħadet sehem fiċ-ċelebrażżjonijiet tar-rebħa ta’ pajjizna fi tmiem it-tieni gwerra dinija bħala sinjal ta’ radd ta’ ħajr lil Alla. F’dawk iż-żmienijiet ta’ wara l-gwerra, il-banda kienet tipparteċipa bis-sħiħ ukoll fil-festa tal-parroċċa, biex tallegra l-poplu Għaxqi u tgħollilu l-moral wara l-ħerba li kienet ħalliet warajha l-gwerra.

Fl-1947 kien ħa t-tmexxija tal-Banda f’ idejh, il-Karkariz, Mro. Carmelo Camilleri li minbarra l-ħafna marċi brijużi u funebri li kiteb lill-banda, ħallilna wkoll innu majestuż bil-vuċijiet ad unur il-kbir patrijarka San Gużepp.

Fit-2 ta’Jannar ta’ l-1951 il-Gvernatur Sir Gerald Greasy, flimkien ma’ Lady Greasy, kienu għamlu żjara uffiċjali lis-soċjeta’ tagħna. Waqt din iż-żjara, il-banda kienet ferrħet it-toroq tar-raħal bil-marċi brijużi.

Fl-1956 it-tmexxijja tal-Banda għaddiet f’idejn is-Surmast Għaxqi Mro. Felix Atanasio li beda t-tagħlim tiegħu għand is-Surmastrijiet Pawlino Vella u Mro.Carmelo Pace. Mro. Atanasio lill-banda ħallilha diversi kompoziżżjonijiet mużikali fosthom l-overture 27th July 1955 u mużika sagra għal vuċijiet.

Ħames snin wara fl-1961 il-kariga ta’ Surmast Direttur tal-Banda ġiet fdata f’idejn Mro. Giuseppe Maria Barbara li kien miż-Żejtun. Minn fost il-mużika kollha li dan is surmast ħalla lill-banda, l-aktar żewġ overtures popolari huma Odette u El Dorado. Mro. Giuseppe Maria Barbara dam jokkupa din il-kariga għal 26 sena u għalhekk sal-ġurnata tal-lum jibqa msemmi bħala l-aktar Surmast li dam jidderieġi l-Banda San Gużepp. Fost l-akbar avvenimenti li seħħew matul dawk is-26 sena ma nistgħux ma’ nsemmux is-sehem sħiħ li l-banda tat waqt iċ-ċelebrażżjonijiet kbar li saru fl-1974 biex ifakkru l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif ta’ l-Għaqda San Gużepp.

Fl-1987, it-tmexxijja tal-Banda għaddiet f’ idejn is-Surmast Andrew Coleiro li huwa minn tas-Sliema. Taħt it-tmexxijja tiegħu il-Banda kellha x-xorti li jkollha uhud mill-aqwa marċi brijużi li kien hawn f’ pajjiżna mill-pinna tas-Surmast direttur tagħha stess. Fost ix-xogħol l-aktar popolari li l-banda tibqa tgħożż insibu l-Innu tal-Banda.

F’ Jannar ta’ l-1994 inħatar Surmast tal-Banda San Gużepp Mro. Raymond Fenech, li huwa minn Raħal Ġdid. Fit-tnejn u għoxrin sena li dam imexxi, il-banda għamlet passi kbar il-quddiem u pparteċipat f’ diversi avvenimenti li jibqgħu minquxa fl-istorja tagħha. Fit-22 ta’ Jannar ta’ l-1995, fl’ okkazjoni ta’ Jum Ħal-Għaxaq li kien qiegħed jiġi ċċelebrat għall-ewwel darba, il-Banda San Gużepp esegwiet programm mużikali ta’ livell għoli ħafna fil-pjażża ewlenija tar-raħal u ħarġet bl-unuri kollha. Waqt dan l-istess okkażżjoni kienet daqqet ukoll il-Banda oħra, tal-Għaqda Mużikali Santa Marija A.D. 1873 ta’ Ħal-Għaxaq. Fis-17 ta’ Frar ta’ l-istess sena, fl-okkazjoni tal-25 anniversarju mit-traġedja tal-kamra tan-nar, il-Banda San Gużepp esegwiet akkademja mużikali fil-knisja parrokjali. Din kienet l-ewwel akkademja mużikali li ttelgħet fil-knisja parrokjali ta’ Ħal-Għaxaq u kienet ġiet imfaħħra mill-mezzi tax-xandir radjofoniċi u televiżivi kollha għall-livell għoli li kien intlaħaq dakinħar. Sena wara, sewwa sew bejn l-10 u l-15 ta’ Mejju ta’ l-1996, is-soċjeta’ kienet ġiet mistiedna mid-diriġenti tal-villaġġ turistiku ta’ Citta del Mare fi Sqallija biex tħalli xtutna u tmur tinawgura l-ftuħ uffiċjali ta’ l-istaġun turistiku ta’ dik is-sena.

Flimkien mal-Banda kien telgħa kontinġent ta’ 180 partitarju u waqt li kienu hemm il-Banda kienet għamlet programmi u serviżżi ta’ livell għoli ħafna fis-sala prinċipali ta’ dan il-kumpless turistiku u kif ukoll fl-irħula tal-madwar. Fis-sena 2000, fl-ewwel sena tal-millenju l-ġdid, l-Għaqda Mużikali San Gużepp inawgurat il-bini tal-każin il-ġdid Il-Meravilja. Il-qofol ta’ dawn il-festi intlaħaq nħar il-Ħadd 28 ta’ Mejju fi tmiem programm kolassali fil-pjażża ċentrali tar-raħal taħt il-patronċinju ta’ l-E.T il-Profs. Dr. Guido Demarco, President ta’ Malta, meta ġie inawgurat il-bini tal-każin il-ġdid. Waqt dan il-Kunċert vokali u strumentali indaqq għall-ewwel darba l-Innu l-Kbir bl-isem Lil Gużeppi – Ġilju li jfewwaħ li għandu kompoziżżjoni ta’ Mro. Raymond Fenech fuq lirika ta’ George Bianchi. Fit-13 t’ April tas-sena 2002 il-Banda San Gużepp esegwiet l-ewwel programm Mużikali li qatt sar fis-Sala Municipali Filippo Castagna ta’ l-iskola primarja ta’ Ħal-Għaxaq fl-okkażżjoni ta’ Jum Ħal-Għaxaq.

Fid-19 ta’ Marzu ta’ l-2003, f’ Jum il-Festa Liturġika tal-Kbir Patrijarka San Gużepp, il-Banda San Gużepp esegwiet programm mużikali ta’ l-oghla livell fl-okkażżjoni ta’ l-inawgurażżjoni ta’ statwa artistika ta’ San Gużepp maħduma fil-ġebel. Din l-istatwa, li hija replika ta’ l-istatwa li nsibu fil-knisja, ġiet imħallsa mis-Sur Mario Dimech. Sena eżatt wara, fid-19 ta’ Marzu ta’ l-2004, l-Banda San Gużepp kellha l-unur li ssir l-ewwel Banda li tesegwixxi l-Innu ta’ Ħal-Għaxaq. Dan l-Innu huwa kompoziżżjoni Mro. Raymond Fenech u għandu versi tas-Sur Angelo Vella li kien ukoll president onorarju ta’ l-Għaqda Mużikali San Gużepp. Dan l-Innu ndaqq quddiem il-każin ta’ l-Għaqda San Gużepp fi tmiem marċ li kien qed jiġi ċċelebrat fl-okkażżoni tal-festa liturġika ta’ San Gużepp fil-prezenza tas-Sindku, l-Kappillan tar-raħal u l-poplu Għaxqi. Fl-2008 il-Banda San Gużepp, għat-tieni darba fl-istorja tagħha esegwiet Akkademja mużikali oħra fil-Knisja Parrokjali. Din l-akkademja saret nħar is-17 ta’ Mejju, taħt il-Patronċinju ta’ l-E.T. il-President ta’ Malta Dr. Edward Fenech Adami, fl-okkażżoni ta’ l-inawgurażżjoni tal-bradella u l-bankun ta’ l-istatwa ta’ San Gużepp. Fl-2010 il-banda ipparteċipat bis-sħiħ fiċ-ċelebrażżjonijiet kbar li saru biex jiġi mfakkar kif jixraq l-unur prestiġjuż li kisbet il-Kamra tan-Nar ta’ l-istess Għaqda meta rebħet l- XX Gran Premju Internażżjonali tal-logħob tan-Nar Artifiċjali fil-Belt ta’ Bilbao fi Spanja. Il-Banda laqgħet lill-kontinġent Għaxqi mal-wasla tiegħu fl-ajruport internażżjonali ta’ Malta nħar it-Tlieta 31 t’ Awwissu u ipparteċipat ukoll fiċ-ċelebrażżjonijiet spontanji li saru fir-raħal mal-wasla tal-kontinġent fil-pjażża. Barra minhekk ħadet sehem ukoll waqt il-marċ tar-rebħa li sar nħar il-Ħadd 12 ta’ Settembru. Waqt dan il-marċ ġiet uffiċjalment iċċelebrata din ir-rebħa storika u fi tmiem il-Marċ l-ambaxxatriċi ta’ Spanja għal Malta, ġentilment ipprezentat it-tażża tar-rebħa lill-licencee tal-Kamra tan-Nar, is-Sur France Caruana.

F’Diċembru ta’ l-2016 it-temxxija tal-banda għaddiet taħt it-tmexxija tas-Surmast Għaxqi Mro Reno Busuttil li għall bosta snin kien assistant surmast kif ukoll solista fuq diversi strumenti, għalliem tas-seżżjoni qasba u delegat ta’ lis-stess banda. Fi ftit żmien li Mro. Busuttil ilu surmast tal-banda San Gużepp ġiet imwaqfa is-St Joseph School of Music, li toffri tgħallim professjonali fil-mużika kemm fil-prattika kif ukoll fit-tgħallim tat-teorija. Sar ukoll recording ta’ Marċi Brijjuzi fi Frar ta’ 2017. Jassitu fil-ħidma tas-surmast nsibu żewgt assistenti, it-tnejn frott lis-stess banda li huma Jessica Ellul u Nathan Abela.

Matul dawn il-mija u wieħed u tletin sena ta’ storja l-Għaqda Mużikali San Gużepp kellha għaxar surmastrijiet, u bosta assistenti li lkoll kemm huma ikkontribwew matul is-snin lejn is-suċċess ta’ din il-Banda.

Tagħrif miġbur minn Ryan Vella

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Napoleone Caruana Dingli 1886 1913
02 Pawlino Vella 1913 1936
03 Gregory Scicluna 1936 1942
04 Salvu Azzopardi 1942 1947
05 Carmelo Camilleri 1947 1956
06 Felix Atanasio 1956 1961
07 Giuseppe Maria Barbara 1961 1987
08 Andrew Coleiro 1987 1994
09 Raymond Fenech 1994 2016
10 Reno Busuttil 2016

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 A. Randon 1874 1907
02 Gejtano Desira 1907 1919
03 George Caruana 1919 1932
04 Benedittu Borg 1932 1944
05 Carmelo Borg 1944 1948
06 Frans Zahra 1948 1949
07 Edward Buttigieg 1949 1952
08 Benedetto Borg 1952 1954
09 Angelo Atanasio 1954 1958
10 Frans Zahra 1958 1960
11 Carmelo Caruana 1960 1962
12 Emmanuel Vella 1962 1964
13 Angelo Atanasio 1964 1973
14 Carmelo Caruana 1973 1975
15 Rosario Mifsud 1975 1975
16 Carmelo Caruana 1975 1976
17 Loreto Bonnici 1976 1977
18 Alfred Gravina 1977 1979
19 Angelo Demicoli 1979 1981
20 Joseph Vassallo 1981 1991
21 Vincent Dimech 1991 1993
22 Emmanuel Vassallo 1993 1999
23 Joseph Agius 1999 2001
24 Carmelo Desira 2001 2003
25 Marvic Abela 2003

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 [[ ]]

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 [[ ]]

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal-Għaxaq) (1987) (Vol.01) 1987 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal-Għaxaq) (1989) (Vol.02) 1989 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Bil-Kant ta' Surmast Andrew Colerio - Mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq) 1990) 1990 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq) (Vol.04) (1991) 1991 *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq) (Vol.05) (1994) 1994 *
06 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Brijużi bil-Kant (Vol.6) (1995) - Mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq) 1995 *
07 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq) (Vol.07) (1998) 1998 *
08 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Bil-Kanta (Vol.9) (1998) - Mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq) 1998 *

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 [[]] *

Programmes and Publications

Memorials

External links