Difference between revisions of "Joe M Miceli"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: Joe M. Miceli)
({{MT}})
Line 1: Line 1:
{{cleanup}}
{{cleanup}}
{{stub}}
{{stub}}
{{MT}}
'''Joe M. Miceli''' twieled [[Ħaż-Żabbar]] fit-2 t’April tas-sena 1951, ir-raba’ iben ta’ Duminku, mill-Belt [[Valletta]], u Tereża  minn Ħaż-Żabbar.  Attenda l-iskola tas-Sorijiet Ursulini, l-iskola Primarja lokali u l-iskola Sekondarja Teknika ‘San Ġużepp’ (illum l-[[MCAST]]) ta’ [[Għajn Dwieli]].
'''Joe M. Miceli''' twieled [[Ħaż-Żabbar]] fit-2 t’April tas-sena 1951, ir-raba’ iben ta’ Duminku, mill-Belt [[Valletta]], u Tereża  minn Ħaż-Żabbar.  Attenda l-iskola tas-Sorijiet Ursulini, l-iskola Primarja lokali u l-iskola Sekondarja Teknika ‘San Ġużepp’ (illum l-[[MCAST]]) ta’ [[Għajn Dwieli]].



Revision as of 13:03, 12 November 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Joe M. Miceli twieled Ħaż-Żabbar fit-2 t’April tas-sena 1951, ir-raba’ iben ta’ Duminku, mill-Belt Valletta, u Tereża minn Ħaż-Żabbar. Attenda l-iskola tas-Sorijiet Ursulini, l-iskola Primarja lokali u l-iskola Sekondarja Teknika ‘San Ġużepp’ (illum l-MCAST) ta’ Għajn Dwieli.

Kien huħ ta’ qablu li kien ħajjaru, biex flimkien jibdew immorru jitgħallmu l-mużika mal-Banda tal Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar. Huħ Charles kien beda jitgħallem it-tamborlin u Joe l-kurunetta u tgħallmu taħt l-Assistant Surmast tal-banda, Karmenu Palma. Huħ kien ħareġ idoqq għall-ewwel darba fil-festa tal-Madonna tal-Grazzja tal-1966, li f’dak iż-żminijiet kien isir marċ il-Ġimgħa filgħaxija, il-marċ ta’ t-Te Deum, is-Sibt filgħodu u marċ is-Sibt filgħaxija. Waqt li Joe kien ħareġ jdoqq sena wara, fil-festa ta’ “Ħadd in-Nies” li ssir f’Ħaż-Żabbar fejn kienu jindaqqu innijiet reliġjużi waqt il-purċissjoni.

Huħ Charles kien waqaf iddoqq wara ftit, iżda Joe kompla u dam idoqq snin mal-Banda San Mikiel, li kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Luigi Bongailas, baqa xorta jmur għall-lezzjonijiet. Is-Surmast Palma kien jieħu miegħu ħames allievi, wieħed minnhom kien propju Joe, indoqqu ma’ baned oħra li hu kien ikun mistieden idoqq magħhom u dawn kienu l-Għaqda Mużikali Beland, ta' iż-Żejtun, Għaqda Mużikali Santa Marija A.D. 1873 u Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880 ta’ Ħal-Luqa. Baqa jndoqq sa ftit xhur qabel emigrajt għall-Ingilterra f’Novembru tas-sena 1970.

Maż-żmien tgħallem il-kitarra mingħajr għajnuna ta’ ħadd u għamel żmien indoqq ma’ grupp The Thing. Kien ukoll wieħed mill-pijunieri li kienu jdoqqu bil-kitarra għanjiet reliġjużi waqt il-quddiesa (folk-mass) li kien beda jorganizza Dun Arthur Barbara (illum mejjet) għaż-żgħażagħ Żabbarin.

Meta mort l-Ingilterra kien telaq il-mużika kompletament sa ma xtara kitarra u għalkemm ippruva jdoqq ma’ xi grupp, qatt ma’ kelli opportunità li nibqa’ ndoqq minħabba impennji ta’ xogħol. Kien beda jikteb xi kanzunetti meta kien jdoqq mal-grupp f’ Malta u baqa jikteb matul iż-żmien. Fl-Ingilterra għamel recordings ta’ kanzunetti li kiteb hu stess, u fl-1977, kien ikkompetta b’ kanzunetta għall-konkors “Kanzunetta tal-Paċi” li kien isir Malta u l-kanzunetta tiegħu, “Jien u int ...”, kienet ġiet l-ewwel fost il-kanzunetti Maltin. Wara kuntatt li kellu mal-kantanta Lorraine, mill-Ħamrun, hija kienet marret l-Ingilterra fejn irrekordjaw din il-kanzunetta, flimkien ma’ oħrajn li ktibt u ħrigtha fuq diska għas-suq Malti fl-1978 fuq it-tikketta tiegħu ‘hy-fin records’. Fl-1987, fuq l-istess tikketta, kien ħareġ il-kanzunetta “Xewqat Sbieħ” tal-kantant popolari Malti, Freddie Portelli.

Baqa dejjem jikteb u wara ħafna żmien, reġa’ taħ għall-banda fejn beda jibni librerija bil-cassettes tal-marċi li kienu qed joħorġu l-baned Maltin u Għawdxin. Bdejt nikteb xi marċi u kellu wħud li ndaqqu Malta. Fost dawn isemmi: 22 sena flimkien Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, ta’ Ħal Qormi; In-neputijiet mas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar; Frans il-kuġin mal-Banda San Mikiel - Ħaż-Żabbar; Duminku mas-Soċjeta Filarmonika King's Own Valletta; ta’ Londra Għaqda Mużikali Beland Żejtun u Highbury Għaqda Mużikali L'Isle Adam Rabat, Malta. Il-marċ ta’ Londra kien indaqq fil-Kanada mill-banda militari Royal Regiment li kienu daqqew marċi Maltin fil-festa ta’ San Ġorġ li tiġi organizzata mill-Assoċjazzjoni Festa San Ġorġ ta’ Toronto, il-Kanada.

Hawn Joe reġa beda jdoqq ma’ brass band lokali fejn kien indoqq il-baritone horn, jew kif inhu magħruf Malta, l-‘Althorn’. Lil din il-banda, Whitewebbs Brass Band, kien għadilha żewġ marċi li miktuba minnhu, Tribute to Dennis u For Mary and the band.

Fl-1999, waqt li kien għal btala f’ Malta, erġajt daqqejt mal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar fil-marċ tal-Ġimgħa filgħaxija fil-festa ta’ Ħaż-Żabbar. Waqaft indoqq mal-banda lokali minħabba problemi bi snieni kif ukoll impenji tax-xogħol.

Għal erba’ snin, bejn April tas-sena 2000 u Settembru tas-sena 2004, kien jippreżenta u jipproduċi il-programm ta’ Marċi Maltin li kien jinstema’ fuq l-internet permezz tal-webradio tal-websajt www.allmalta.com. L-istess programm kien ukoll jinstemma fuq ir-radju SydneyOne fl-Awstralja u xi kultant minn fuq ir-radju SWR.fm, fl-Awstralja wkoll. Dawn iż-żewġ radjijiet ixxandru programmi għall-komunità emigranti Maltin u Għawdxin.

Joe M Miceli jikkomponi l-Marċi

Ftit tas-snin ilu bdejt ninteressa ruħi fl-istorja tal-baned kif ukoll fuq Surmastrijiet tal-baned. Għandi ħafna profili ta’ Surmastrijiet u dejjem infittex għal profili li nsib permess tal-websajts tal-baned li hemm fuq l-internet. Ħabib tiegħi minn Malta kien jibgħatli profili ta’ Surmastrijiet li jintaqa’ magħhom huwa.

Minn mindu waqaft jdoqq, beda jikkonċentra fuq il-kitba ta’ marċi u dawn issa beda jagħmillhom l-arranġamenti instrumentali għall-banda hu stess, fejn qabel kien jiddependi minn xi ħadd ieħor biex ikomplihom hu. B’hekk issa għandu aktar kontrol fuq kif se jindaqq il-marċ.

S’issa kkompona sitta u disgħin (96) marċ brijuż, disa’ (9) marċi funebri, ħames (5) valzi għal Ħadd il-Għid, fanfarra, innu proċessjonali u innu għall-banda. Għamel arranġamenti għal tlett għanjiet popolari tal-Milied kif ukoll arranġamenti ta’ żewġ innijiet għall-banda u arranġamenti ta’ l-Ave Maria li kienet tindaqqet fil-Katidral ta’ Westminster f’ Londra waqt quddiesa soleni għall-kommunità Maltija/Għawdxija ta’ l-Ingilterra. Għall-banda għamel arranġamenti mużikali ta’ ‘Nostalġija Maltija’, li tikkonsisti f’siltit minn kanzunetti popolari Maltin u li ndaqqet għall-ewwel darba mill-Banda tal-Għaqda Mużikali Sant' Anna ta’ Wied il-Għajn , il-lum aktar magħruf bħala Marsaskala post li qed jikber sew, waqt il-programm annwali. Dan l-arranġament qiegħed ukoll għand il-banda Maltija/Awstraljana MMG Concert Band. Għamel ukoll arrangamenti għall-banda ta’ Don’t cry for me Argentina mir-‘rock opera’ Evita ta’ Andrew Lloyd Webber, is-silta Va, pensiero mill-opra ta’ Giuseppe Verdi Nabuco kif ukoll Waltz no. 2 ta’ Dmitri Shostakovic.

Fost dawn għandu marċi li ndaqqu jew se jindaqqu Malta, Għawdex, l-Ingilterra, l-Awstralja u l-Kanada u dawn huma: Insellimlek ħabib u Banda Maria Mater Gratiæ Ħaż-Żabbar u l-Banda tal-Għaqda Mużikali San Gabriel ta’ Ħal-Balzan, Il-Każin Tagħna - Banda Maria Mater Gratiæ - Ħaż-Żabbar; MaryGrace - Banda San Mikiel Ħaż-Żabbar; Mingħandi Għalikom mill-Banda tas-Soċjeta Mużikali Peace, Naxxar; Ejjew magħna mis-Soċjeta Filarmonika Santa Venera ta’ Santa Venera; It-tlett stilel mill-Banda ta’ Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura); 42 sena miżżewġin u Demgħa fuq it-tebut (funebri), Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat, Malta; Aħna l-ewwel St Julian's Band Club, San Ġiljan; Il-Bambolina Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq); Express mill-Banda tas-Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 tal-Mellieħa, Kollox hu mitmum (funebri) mill-Banda ta’ Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi; Jistrieħu fil-paċi ommi u missieri Għaqda Banda Żejtun, Iż-żgħar tagħna, Awguri, Insellmulek O Sant’ Anna (innu) u Kollox hu mitmum (funebri) - Banda Sant’ Anna - Wied il-Għajn; Ο Ξαριτασ [O Caritas] (B’tifkira ta’ huħ Charles) (funebri) Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja tax-Naxxar; Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 4 u Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 5 Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa; Tereża, Ġużeppa ta’ Kalċ, Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 1, Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 2, Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 3, Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 4 u Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 5 għas-[[Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija], Għawdex; Ġanni tal-Kanada u In-nannu Ċikku Banda tas-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. ta’ Sannat, Għawdex; Għal Michael u Anthony għas-Soċjeta Filarmonika Victory tax-Xagħra, Għawdex, Ir-rigal, Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 1, Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 2 u Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 3, Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 4 u Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 5 għal Banda tas-Soċjeta Filarmonika Santa Marija (Żebbuġ), Għawdex; Ejja ħa mmorru, Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 1 u Valz għal Ħadd il-Għid - Nru: 2” għas-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863, Victoria, Għawdex, Jum Malta - Organizazzjoni ‘Jum Malta’ - Londra, l-Ingilterra; Ġanni tal-Kanada - Banda Malta, l-Kanada; Tereża, Tislija mill-bogħod, Demgħa fuq it-tebut (funebri) u Kollox hu mitmum (funebri) - MMG Concert Band - Awstralja. Il-marċ “Ġanni tal-Kanada” jinsab ukoll għand il-Banda tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Għajnsielem) u l-Banda tas-Soċjetà Filarmonika La Stella A.D. 1863 tal-belt Victoria, Għawdex. Irregala ukoll żewġ marċi lill-Banda Malta tal-Kanada u dawn huma “In-neputijiet” u “Ir-rigal”.

Joe għalkemm jieħu pjaċir jisma kważi kull tip ta’ mużika, barra dik moderna, sintendi il-banda hija fid-demm tiegħu. Ikun unur għaliħ u nħossu kburi meta jisma l-mużika li kiteb he stess tindaqq minn banda speċjalment fil-preżenza tiegħu.