Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907

Soċjeta Filarmonica La Vittoria Mellieħa - A.D. 1907

Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 (Tagħrif meħud mill-

It-Twelid tal-Banda Vittoria

It-tmienja ta' Settembru hu ta' kull sena hu jum ta' ferħ kbir għall-poplu tal-Mellieħa, għax fiħ jiċċlebra l-festa ta’ Marija Bambina, li minn dejjem kienet il-Patruna ta’ raħal tal-Mellieħa. Iżda t-8 ta’ Settembru ta’ l-1907 kien jum ta’ ferħ straordinarju ghax f’din is-sena memorabbli, barra t-tifkira tat-Twelif tal-Marija Bambina, kien tifkira wkoll ta’ twelid ieħor, dan tal-Banda ‘’La Vittoria’’. Il-banda ewlenija tar-raħal li daqqet l-ewwel marċi tagħha f’programm li kien sar f’din id-data, fost il-ferħ tan-nies kollha tal-Mellieħa.

It-Twaqqif taċ-Ċirkolu u l-Banda Vittoria

Is-Socjeta La Vittoria kellha il-bidu tagħha fis-sena 1906, meta xi nies patrijotti Mellieħin għamlu ħilithom kollha biex fir-raħal tinħoloq Banda. Fost dawn nistgħu nsemmu bħala fundaturi ewlenin tagħha lill Ġiovanni Vella "Ta' l-Abjad", lil Salvatore Grima "Ta' Xandru", lil Francesco Bonello "Ta' Saver", lil Giuseppe Muscat "L-Iskarpan", u lil Angelo Abela 'Tat-Tork'.

L-ewwel ħsieb li fil-Mellieħa titwaqqaf banda kien wisq qabel l-1906, iżda billi l-Mellieħin kienu għal kollox okkupati bil-bini tal-Knisja l-Ġdida, ma riedux jaħdmu wkoll għall-każin tal-Banda, biex b’ebda mod jnaqqsu l-ħidma għall-bini tal-Knisja.

Wara li l-knisja kienet lesta l-idea tal-Banda miet ‘il quddiem sewwa u din id-darba l-wisq maħbub Kappillan Dun Franġisk Magri mhux biss aċċetta bit-twaqqif tal-banda imma wkoll tahom il-Barka tiegħu biex ikunu jistgħu jirnexxu fil-ħsieb tagħhom u fir-raħal mhxu biss ikun hemm it-tempju monumentali li kien għadu kif testa iżda wkoll Banda ġdida u kbira.

Tinkera L-Ewwel dar Għall-Każin

L-ewwel dar li krew biex fiha titltaqa’ s-Soċjeta Vittoria, kienet id-dar Nri. 4 fil-Pjażża tal-Parroċċa, mingħand Dun Vinċenż Scicluna. Kien f’din id-dar li s-Soċjeta’ itaqgħet l-ewwel darba u fiha bdew jingħataw l-ewwel leżżjonijiet lill-allievi mill-ewwel Surmast tal-Banda Carmelo Doneo li kien jiġi s-Sibtijiet u l-Ħdud biex jgħallem b’ħerqa kbira u b’paċenżja ikbar.

Is-Soċjeta ma damitx wisq f' dlan il-Każin għax kien żgħir wisq biex jilqa' Soċjeta li ta’ kuljum kienet tikber.

Il-Kumitat kien talab lis-sid Dun Vinċenż biex jara kif jagħmel u jibdlihom dan il-post ma ieħor qribu u wisq ikbar li kien joqgħod fiħ il-qassis stess. Billi Dun Vinċenż kellu l-Banda għal qalbu ikkuntentahom u tahom id-dar Nru.7 fil-Pjazza tal-Parroċċa kif xtaq il-Kumitat u qallhom li x’ħin iridu jistgħu jġorru għad-dar il-ġdida. Din id-dar kellha tkun is-Sede taċ-Ċirkolo Vittoria għal mhxu inqas minn 17 il-sena.

B’dik id-deċiżjoni ta’ Dun Vinċenz ferħu ferm u dik il-lejla stess malajr malajr, ġarrew kollox fid-dar il-ġdida. X’iġorru, ma kellhomx wisq għax ħlief mejda jew tnejn, ftit siġġijiet, xi żewġ kwadri u xi karti tal-leżżjonijiet tal-mużika ma kellhomx. L-iżjed ħaġa għażiża li ħadu magħhom minn post għall-ieħor kien isem is-Soċjeta. ‘Circolo Filarmoica La Vittoria’ għahekk kien tgġammed il-każin il-ġdid tal-Banda.

Kif Ħa Ismu l-Każin

Fl-ewwel Seduta li kieent saret, fl-ewwel lokal tal-Każin kienu ddiskutew l-isem li kellha tieħu s-Soċjeta. Kien u ġew proposti xi tlett ismijiet u billi ma qablux ma kien ġie magħżul l-ebda wieħed.

Il-President, in-Nutar Luigi Gauci Forno, magħruf minn kulħadd bħala s-Sur Ġiġ, qal lill-Membri l-oħra tal-Kumitat li kien fi ħsiebu jitkellem fuq hekk mal-wisq maħbub Kappillan tal-Parroċċa Dun Franġisk Magri. Hekk Sar u bejn dawn it-tnejn intgħażel isem mhux biss li ntgħoġob iżda wkoll seraq qalb kulħadd.

Dan l-isem kien bħal ma’ ġa għedna ‘’La Vittoria’’ aktarx mgħti mill-Kappillan in-nifsu u malajr tifhem il-għala l-Kappillan għażel dan l-isem. L-istess Kappillan li kien għadu kemm bena l-knisja l-Ġdida,u bniha qeib is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa biex fir-raħal ma’ ssir l-ebda firda, xtaq jagħti dan l-isem ta’ ‘La Vittoria’ lill-Każin ukoll biex bejn din is-Soċjeta ġdida u l-Knisja, li t-Titular tagħha hi l-festa tat-Twelid ta’ Marija Bambina jew kif aktarx insejħulha l-Vitorja, issaltan għal dejjem il-paċi u l-għaqda.

Tant intgħoġob dan l-isem li kellhom seba’ mitt sena biex ixandruh ma’ kullimkien u għallhekk malajr ordnaw bandiera kbira bl-arma tal-Banda u fuqha miktub b’ittri kbar: ‘Circolo Filarmonika La Vittoria’ biex tidher tperper fuq il-bejt tal-Każin f’xi okkażkoni ta’ festa.

Dan ma kienx isem li għoġob lil ftit nies għal fti tżmien iżda għall-kuntrarju isem li seraq qalb il-Melleħin kollha għal dejjem. Il-lum dan l-isem ħelu ma jidhirx biss iperper fuq id-drapp ta’ xi bandiera jew bandalora, iżda jinsab imnaqqax fil-qlub tal-Melleħin kollha, w anki f’dawk il-qlub Melleħin li jinsabu l-bogħod msiefra fl-Amerika, fl-Awstralja u postijiet oħra, li hekk kif jisimgħu dan l-isem jimtlew bil-ferħ u zgur li taqbżilhom demgħa.

L-Istrumentatura

L-Għażla ta’ l-isem kien pass ġmielu ‘l quddiem fl-istorja tal-Każin. Infatti ftit wara li ntgħażel l-isem ħasbu biex jaraw kif jagħmlu u jixtru strumentatura ġdida li għaliha kienet tinħtieġ somma ġmiela ta’ flus. Mill-finanżi tas-Soċjeta kienet nieqsa ferm għax dik il-ħabta l-qliegħ tal-flus kien għajjien wisq. Trid tqis ukoll l-isforż kbir li kienu għadhom kif għamlu l-Mellieħin biex bnew it-tempju ġdid.

Fost il-Kumitat kien hemm minn ried li l-ewwel jinġabru l-flus u wara jordnaw l-istrumenti. Oħrajn kienu tal-fehma li jordnawhom u wara jitħallsu ftit ftit. Billi kienu mgħaġġlin biex jaraw il-Banda armata għaddiet ta’ dawn ta’ l-aħħar.

Il-President, in-Nutar Luigi Gauci Forno, indaħal biex isib Aġent ta l-istrumenti li jkun irid iforni l-istrumenti mingħajr ħlas mal-kunsinna. Dak iż-żmien din kienet daqsxejn diffiċli. Iżda li sab li ċertu Spiridione Zammit imwieled il-Belt Valletta u li kien joqgħod tas-Sliema li kkuntenta b’dan il-ftehim li jordna l-istrumenti u jiħallas wara.

L-Att tax-Xirja

Fil-31 ta’ Lulju, 1906 dehru quddiem in-Nutar Giuseppe F. Bencini, li kellu l-uffiċċju tiegħu f’Nru. 226, Strada Merkanti, il-Belt Valletta, is-Sur Francesco Saverio Bonello (Ta’ Saver) u Ġiovanni Vella (Ta’ l-Abjad) flimkien ma’ l-imsemmi Spiridione Zammit fejn dan obbliga ruħu li jforni l-istrumenti għall-għaqda ġdida ‘’Vittoria’’ tal-Mellieħa bi prezz totali ta’ £ 144·6s. Biex jinxtraw 47 strument fosthom il-batterija u l-platti. L-ogħla preżż kienu ż-żewġ klarini baxxi li kull wieħed sewa £ 11 u l-orħos l-ottavin li qam 11s.

Francesco Bonello u Giovanni Vella għamlu garanzija ta’ din is-somma li minnha kellhom jitħallsu £ 28 mal-kunsinna ta’ l-istrumenti u l-bqija jitħallsu tant fix-xahar wara.

Il-Kunsinna ta’ dawn l-istrumenti kellha ssir, kif fil-fatt saret, fil-Każin stess tal-Bandali ġġib l-isem ‘’La Vittoria’’.

Skond dan l-att l-istrumenti ta’ l-injam kellhom ikunu ta’ l-aqwa kwalita tad-ditta ‘Claire Bellisaire’ u dawk tar-ram tad-ditta ‘Pellison & Co’.

Żammew ukoll il-patt li dawn l-istrumenti kellhom ikunu fi stat perfett u kull strument suġġett għal prova ta’ ħmistax il-jum.

Biex ikun iżjed fis-sod is-Sur Zammit ried ukoll li l-President jagħmel tajjeb għal Francesco Bonello u Giovanni Vella u s-Sur Wiġi Gauci Forno qagħad għal din il-kondiżżjoni wkoll.

L-att jispiċċa bix-xhieda ffirmati hekk:- Not. Luigi Gauci Forno, Francesco Bonello, Spiridione Zammit, Giovanni Vella, G Tortell, Giuseppe F. Bencini.

Dik il-lejla Ċikku, Ġianni, u s-Sur Ġiġ marru l-Każin ilkoll ferħana u mkabbra b’dak li kienu għamlu għand in-Nutar Bencini. Wieħed jista’ jaħseb x’ferħ xħin ħabbrulhom li l-istrumenti kienu ordnati, li kellhom ikunu ta’ l-aqwa kwalita u li għandhom jaslu kmieni kemm jista’ jkun.

Il-Leżżjonijiet kienu sejrin tajjeb ferm issa saru iktar imħeġġin. Fost l-istudenti issa qamet bħal pika min minnhom ser jieħu l-istrument l-ewwel u kemm sejjer ikun bracu u kapaċi għall-istrument.

M’għandiex xi ngħidu din il-pika kienet tajba wisq u għenet biex kollox mexa ‘l quddiem b’ħerqa u għaġġla kif xtaq is-Surmast Doneo.

Jaslu L-istrumenti

Għaddew ftit xhur u l-istrumenti waslu. Hekk kif il-Kumitat irċieva l-avviż minn għand l-Aġent malajr ordna biex l-għada stess imorru għalihom. Ġabuhom fuq il-karrettuni u daħħulhom il-każin magħluqin fil-kaxxi, għax bħal ma ġa għedna kellhom jinfetħu fil-Każin li allura kien fid-dar Nru. 7 fil-Pjazza.

Jekk l-Allievi kienu ferħu qabel għall-aħbar li l-istrumenti kienu ordnati kemm ferħu iżjed din id-darba xħin kienu jaraw l-istrumenti ġodda ħerġin mill-kaxxi u kull bandist mal-ferħ żied ftit ta’ l-ansjeta’ meta f’qalbu qal ‘Min jaf liema sejjer ikun tiegħi?’.

Il-Kumitat ħaseb għal kollox u biex kollox isir bil-ħaqq u s-sewwa saret ix-xorti għall kull strument u kull bandist ħa miegħu d-dar l-istrument li messu.

Salvu Grima ma feraħx daqs sħabu għax ħabat li sieħbu Francesco Bonello dik il-ħabta kien nieqes minn Malta għal ftit taż-żmien u kawża t’hekk qagħdu jistennew sa ma ġie biex għamlu x-xorti bejnithom. Pero Salvu kien kuntent b’dan għax għad li hu kien membru fil-Kumitat hu l-ewwel wieħed li ried li jsir hekk. Dan la kien l-ewwel u lanqas l-aħħar sagrifiċċju personali li għamel Salvu għas-Soċjeta Vittoria.

Minn dik il-lejla stess li tqassmu l-istrumenti fil-Mellieħa saret bidla kbira. Dak iż-żmien il-Mellieħa ma kenitx kif sibniha u nafuha ilum aħna. Ħitja tal-bogħod u tan-nuqqas biex wieħed jivvjaġġa r-raħal kien maqtugħ għalih u kienet tirrenja l-monotonija li issa tfarrket jew ta’ l-inqas naqset sewwa meta dawk is-sebgħa u erbgħin strument imqassma ma’ l-erbat irjieħ tar-raħal bdew isemmgħu leħinhom meta s-sidien tagħhom wara ġurnata xogħol iebes kienu jgħaddu sigħat sħaħ mill-lejl jitħarrġu fid-daqq ta’ l-istrument.

Il-Kunċerti

Is-Sibt fil-għaxija fid-dawl tal-lampi tal-pitrolju u l-Ħadd fil-għodu fid-dawl tax-xemx kienu jiltagħqu l-bandisti kollha għall-kunċert u s-Surmast Doneo jrid itir bil-ferħ, għad li xi tbaqbiqa ma kenitx tonqod, jikkorieġi u jgħallem imdawwar mhux biss bil-bandisti iżda b’numru ikbar ta’ l-imseħbin tas-Soċjeta kollha ferħanau mkabbra bil-Banda ġdida tagħhom.

Il-Progress tal-Banda kien kbir ħafna. Barra minn studju ta’ kull jum bl-istrument il-bandisti kienu jattendu għall-kunċerti b’regolarita kbira tant li ġie li kien hemm xi ħadd li kien ikun marid għax-xogħol, u qawwi u sħiħ għal-kunċert. Ħadd ma kien igerger għax wara ġurnata xogħol aktarx f’raba’, kien irid jgħaddi sigħat għall-kunċert bil-wieqfa u jifni għajnejh fid-dawl fqir tal-lampa tal-pitrolju. Dan l-ispirtu ta’ sagrifiċju ried ikun biex il-Banda Vittoria mxiet ‘il quddiem hekk malajr.

Dan is-sagrifiċċju l-Bandisti kienu lesti għalih mill-ewwel, minn meta aċċettaw li jħallsu l-flus ta’ l-istrumenti għax £144 ta’ dak iż-żmien m’għandhom x’jaqsmu xejn ma’ l-istess somma fi żmiena.

Bidla Kbira Fiż-Żmien

Dak iż-żmien kien ikollu xorti minn jaqla’ skud kull jum u nistgħu ngħidu li b’dan il-kalkolu dik is-somma illum taħbat daqs £1,731. Biex wieħed jifhem kemm tbiddel i’-żmien hemm bżonn immorru lura bil-ħsieb għal meta ntrama l-Każin u l-ewwel snin ta’ wara. Insemmu xi eżempji. Għall-festa tal-Vitorja ta’ l-1910 l-inkarigati mill-ġbir ġabru is-somma ta’ £1.178. 3d li kienu biżżejjed biex armaw, dawwlu, sparaw u xegħlu l-gassijiet. Mur għidilhom li dik is-somma fi żmienna kellha tinbidel f’eluf ta’ euros.

Fl-4 ta’ Diċembru ta’ l-1921 il-Kumitat wasal fi ftehim ma’ Ġużeppi Gauci, tal-Kokin, li jieħu l-bottegin 1s.6d. fix-xahar. Aktarx li l-ftehim ma sarx bis-sena biex is-somma ma tidjirx kbira. Minn reġistru ta’ l-1910 insibu żewġ eżempju ċari f’din il-bidla kbira fiż-żmien. F’Lulju ta’ dik is-sena saret bandiera biex meta titla’ fuq il-bejt tkun tfisser li f’dik il-lejla hemm kunċert. Din saret bi spiża ta’ 6 d. U f’Awwissu ta l-istess sena sar trattaniment ta’ whisky u gallettini għall-bandisti wara li spiċċaw minn programm b’nefqa ta’ 2s.6d.

La qegħdin insemmu xi ħaġa biex nifhmu kemm tibdil Sar f’dawn il-snin tal-ħajja tal-banda rridu nsemmu wkoll li biex il-Banda daqqet programm fil-Wardija għal festa tal-Madonna ta’ l-Abbandunati f’Lulju ta’ l-1911. Kellhom jikru sitt karrettuni bux-1s.9d. il-wieħed għat-trasport tal-bandisti. X’differenza mill-kumdita’ ta’ żmienna!.

Ħaġa waħda ma tantx tbiddiet minn dak iż-żmien għal-lum li hi l-imħabba tal-bandisti għall-Banda u kawża ta’ din l-imħabba s-sagrifiċċju li l-bandisti kienu lesti għalihom sa minn l-ewwel żmienijiet tal-ħajjatas-Soċjeta sal-lum.

Inkwiet Għas-Surmast

Biex nirreġistraw sewwa t-twaqqif u l-progress tal-Banda Vittoria jkollna nerġgħu mmorru għal Awwissu ta’ l-1907. Sa hawn il-Banda qatt ma kienet daqqet barra. Xi ħadd, mhux mill-Mellieħa, xewwex lill-bandisti u qalihom li mhxu sewwa li l-Banda ma ddoqq qatt barra. Sa kitbilhom xi ħaġa tal-mużika biex, mingħajr il-permess tas-Surmast, idoqquha barra.

Iżda s-Surmast Doneo, bħas-Surmastrijiet l-oħra kollha li ħadu postu fid-direżżjoni tal-Banda tagħna, kien wisq imkabbar b’din il-Banda novella tiegħu ried li ma ddoqqx fil-pubbliku qabel ma l-Banda tkun tista’ tagħmel isem kif xtaq u ried hu. Is-Surmast flimkien mal-Kumitat iddeċidew li l-ewwel marċi u programm kellhom isiru għall-festa ta’ Marija Bambina f’Settembru ta’ 1907.

Tħarriġ Għall-Marċi

Is-Surmast ried u hekk sar, illi bħala preparażżjoni biex jindaqqu l-marċi bil-mixi, f’wieħed mill-Ħdud ta’ Awwissu, il-banda tinżel l-Għadira biex hemm isqir il-kunċert tal-marċi u jekk isiru xi żbalji jintilfu fir-ramel u l-ilma tal-Bajja tal-Mellieħa għax dak iż-żmien fl-Għadira ma kontx tara bniedem, speċjalment nħar ta’ Ħadd.

Jindaqq l-Ewwel Marċ

Ta’ min isemmi, li qabel ma niżlu l-Għadira, marru fil-bitħa tas-Santwarju u hemm daqqew l-ewwel marċ miktub mis-Surmast Doneo nnifsu b’isem ta’ ‘Marcia La Vittoria’. U dan il-marċ riedu jdoqquh hemm biex jirringrazzjaw lil Madonna tal-Mellieħa talli rnexxielhom iwaqqfu l-banda tant mixtieqa.

Dan l-ewwel marċ li ndaqq ad unur tal-Madonna tal-Mellieħa ħdejn il-bieb tas-Santwarju għażiż Mellieħi li ma kienx ifissier ħaġ’oħra ħlief ir-rabta bejn il-Banda Vittoria u l-knisja, rabta li bdiet teżisti sa mill-bidu nett. Din l-armonija bejn is-Soċjeta u l-Knisja qatt ma naqset u nittamaw f’ Alla li qatt ma jkollha tmiem. Kien għalhekk li l-Kappillan Magri tant feraħ meta sama’ dan l-ewwel daqq tal-banda li sa qabiżlu d-dmugħ għax fil-gherf u l-qdusija tiegħu ra li fil-Parroċċa ser ikollu banda marbuta mal-knisja li ma’ tinħall qatt.

Il-Banda Tagħmel l-Ewwel Programm

Il-Kunċerti tal-banda baqqħu jsiru b’ ħerqa kbira u billi l-festa ta’ Marija Bambina kienet riesqa ġmielha s-Surmast Doneo beda jagħmel xi kunċert extra biex bil-għajnuna t’Alla l-ewwel programm jirnexxi kif xtaq hu.

Wasal il-jum mixtieq u fis-7 ta’ Settembru, 1907, lejlet il-Vitorja, f’nofsin-nħar, fost l-isparar tal-bombi u t-tixjir ta’ bnadar kbar li kien ilhom lesti għall-okkażjoni sal l-ewwel marċ mar-raħal bil-poplu jrid itir bil-ferħ. Fil-għaxija fuq il-palk li kien armat f’nofs il-Pjażża tal-Parroċċa quddiem eluf ta’ nies mhux Melleħin biss iżda minn Malta kollha, il-banda Vittoria għamelt l-ewwel programm tagħha li kien magħmul minn:-

  • 1. Marcia Sinfonica ‘’L’Unione’’ Mro. Cima.
  • 2. Sinfonia ‘’Roccie D’Or ‘’
  • 3. Reminiscenza di G.Verdi Irranġata minn Carmelo Doneo
  • 4. Waltz ‘’Mon Amour’’
  • 5. Marcia ‘’La Vittoria’’ Carmelo Doneo

Dan l-ewwel programm tal-Banda Vittoria tant irnexxa li korrispondent ‘’Justitia’’ fil-ħarġ tal-‘’Malta Tagħna’’ tal-21 ta’ Settembru, 1907, fost kliem ieħor kiteb hekk fuqhu:- ‘’L-aktar li laqtitni fil-festa kienet il-Banda l-ġdida tal-Mellieħa, taħt it-tmexxija tas-Surmast Carmel Doneo. Il-Bċejjeċ li daqqet daqqithom b’tant preċiżjoni li għaġġbet lil kull min kien hemm preżenti, għaliex daqqithom tassew tajjeb’’.

Dan kien l-ewwel ċertifikat sabiħ li kisbet il-Banda ‘’La Vittoria’’.

L-Ewwel Bandisti

Ma nistgħux aħna l-lum, ma niftakrux f’dawk l-ewwel bandisti li ffurmaw il-Banda ilkoll ma’ għadhomx magħna, imma mhux għax ħallewna daw għandhom jintesew, mis-Soċjeta, u se inġibu isimhom biex jibqa’ imfakkar għal dejjem b’rikonoxximent.

Kif nafhu Carmelo Doneo kien l-ewwel Surmast u fundatur tal-Banda.

  • Klarini:- Pawlu Borg, Gio Maria Camilleri, Vittorio Buttigieg, Giuseppe Muscat, Carmelo Abela, Francesco Fenech, Carmelo Attard, Angelo Fenech, Vincenzo Cutajar, Giovanni Vella, Lorenzo Muscat, Andrea Gauci, Spiridione Grima.
  • Kwartini:- Carmelo Bartolo, Carmelo Bartolo.
  • Ottavin:- Joseph Zammit
  • Terzini:- Antonio Vella, Charlie Borg
  • Klarini baxxi:- Vincenzo Fenech, Giuseppe Debono.
  • Oboe:- Gio Maria Fenech, Giuseppe Muscat
  • Kurunetti:- James Muscat, Francesco Buttigieg, Spiru Vella, Sebastian Ciavola, Giuseppe Muscat.
  • Baritoni:- Michele Muscat, Giuseppe Buttigieg.
  • Ewfonji:- Salvatore Grima, Francesco Bonello.
  • Korni:- Antonio Debono, Antonio Caruana
  • Saxofoni:- Carmelo Abela, Carmelo Stellini
  • Trumbuni:- Andrea Fenech, Andrea Gauci, Andrea Muscat, Giovanni Fenech, William Howe.
  • Baxxi:- Michele Fenech, Vincenzo Vella, Carmelo Gauci, Andrea Gauci, Salvatore Bartolo.
  • Batterija:- Francesco Xuereb, Giuseppe Cutajar, Carmelo Gauci.

L-Ewwel Membri tal-Kumitat

Kif semmejna lit-48 bandist, ikun xieraq li nsemmu wkoll lill-membri ta’ l-ewwel Kumitat li b’tant għaqal mexxew is-Soċjeta u l-Banda ‘Vittoria’ fl-ewwel snin tal-formażżjoni tagħhom. President u Segretarju:- In-Nutar Luiġi Gauci Forno. Teżorier:- Giovanni Vella. Membri:- Giuseppe Muscat, Vincenzo Vella, Francesco Bonello, Salvatore Grima, Angela Abela, Salvatore Bartolo, Francesco Buttigieg, Antoino Debono, Antonio Vella, Spiridione Grima, Corrado Ciavola, Salvatore Grima, Annibale Zammit, Vincenzo Fenech, Giuseppe Attard u Giuseppe Fenech.

• Sfortunatament hemm xi ismijiet, li ma’ humiex magħrufa minn kienu sew mill-kitba tal-minuti.

Il-Festa ta’ San Ġużepp

Wara l-festa tal-Vitorja l-Banda baqgħet miexja ‘l-quddiem sewwa. Il-Kunċerti baqgħu jsiru regolari u baqgħu jingħataw il-leżżjonijiet lill-allievi ġodda u lil dawk li ma daqqewx fl-ewwel programm fosthom Salvatore Abela. Dawn kienu jistudjaw ħafnagġax riedu jdoqqu barra nħar il-festa ta’ San Ġużepp li dak iż-żmien kienet festa kbira u l-iżjed popolari wara l-Vitorja.

Il-Prokuratur tal-festa Gian Paul Gauci, li kien ukoll benefattur tal-Banda, għamel festa ikbar mis-soltu għax din id-darba ħadet sehem ukoll il-Banda Vittoria billi sar marċ f’nofs inħar u marċi reliġjużi fil-purċessjoni ta’ fil-għaxija.

Jinbidel is-Surmast

Il-Banda bħal ma rajna kienet issudat sewwa u baqgħet hekk għal xi ftit snin oħra. Is-Surmast Doneo kien xjieħ ġmielu. Xi bandisti imintaw li l-banda ma kienet sejra ‘l quddiem biżżejjed u ħasbu li jek jinbidel is-surmast. Billi kien mar lura ħafna minn saħħtu. Il-banda tkun tista’ tagħmel progress iżjed. Għaddiet tagħhom u Surmast tal-Banda sar is-Sur J.Agius. Iżda kontra li kienu ħasbu l-banda ma għamlitx progress u aktarx marret xi ftit lura. Dan is-Sur Agius ma damx wisq jiddirieġi l-Banda u ġie warajh Surmast Direttur Is-Sur Antonio Micallef, li kien magħruf bħala wieħed mill-aħjar Surmastrijiet ta’ żmienu. Għall-ewwel għamel mill-aħjar biex il-Banda tiġi ‘l quddiem u kien maħbub wisq mill-bandisti. Kien kiteb l-Ewwel Innu lill-Verġini Bambina fuq il-versi bit-Taljan ta’ Dun Fortunato Debono.

L-Ilma Fil-Mellieħa

Sa l-1912 fil-Mellieħa ma kienx hawn serviżż ta’ l-ilma u għejjun pubbliċi. Il-Poplu kellu biss l-ilma tal-bjar u ta’ xi nixxiegħa ta’ ilma ġieri bħal ta’ Ġnien Ingraw u l-ilma hekk imsejjaħ tal-Madonna. Fi żmien il-Gvernatur General Sir Henry Leslie Rundle u meta x-xogħol pubbliku kien taħt is-Sur Lorenzo Gatt ingħatat l-ordni biex fil-Mellieħa jkollna s-servizz ta’ ilma. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ l-Ilma saret il-Ħadd 2 ta’ Ġunju 1912. Għal din l-okkażjoni l-Banda Vittorja għamlet programm taħt id-direżżjoni tas-Surmast Antonio Micallef. Jisimgħu l-banda kien hemm il-poplu tar-raħal u l-kleru flimkien ma’ rappreżentanti tal-Gvern Ċivili. Preżenti wkoll għal din l-okkażjoni kien hawn Lord Kitcher li kien ħa gost ferm bil-banda.

Sentejn wara bdiet il-Gwerra l-Kbira. Din kienet daqqa ta’ ħarta għall-Banda għax bejn li ħtija tal-gwerra n-nies ma kellhomx moħħ il-banda u bejn li ħafna mil-bandisti kienu daħlu suldati, il-banda marret lura. Il-kunċerti ma baqgħux isiru regolari. L-allievi kważi spiċċaw. Naqsu s-Soċi u l-finanżi tal-każin ħżienu ferm. Il-Kumitat iddeċieda li s-surmast ma jibqax jitħallas bix-xahar. Is-surmast kien jiġi meta javżawh. Kien jagħmel xi kunċert w anki xi programm barra.

Biex fl-1917 il-Banda daqqet marċ f’nofs in-nħar għall-festa ta’ San Ġużepp is-Surmast Micallef, ġieb mhux inqas minn għaxar bandiasti barranin bi spiża taż £ 2.11s.

F’Settembru ta’ l-istess sena ddeċidew li jinġieb Surmast għal-leżżjonijietu jibdew l-kunċerti regolari. Iżda ma ġara xejn importanti u l-istat tal-Banda baqa’ ftit jew wisq bħal ma kien.

Tispiċċa l-Gwerra

Fil-11 ta’ Novembru, 1918 sar l-Armistizju. Dik il-lejla l-bandisti kollha ltaqgħu l-Każin u ftehmu li jagħmlu marċ mar-raħal. Kien hawn ferħ kbir u l-poplu ferħan jimxi u jiċċelebra wara l-Banda. Din kienet okkażjoni li l-Banda terġa tibda miexaj ‘l quddiem u s-Surmast Micallef beda jiġi għal iżjed kunċerti. Il-bandisti żdiedu u żdied ukoll in-numru ta’ l-allievi li kien inkarigat minnhom Antonio Debonoli dejjem wera nteress fis-Soċjeta sa mill-bidu tagħha.

Fost dawn l-allievi għad fadal minn qiegħed jaqdi dmiru bħala bandist. Nistgħu nsemmu lil Joseph Fenech, Michele Muscat, Joseph Attard, u Stefano Debono. Matul iż-żmien wieħed minnhom Michele Muscat spiċċa inkarigat mill-istudenti.

L-ewwel tnejn li semmejna ġadu l-istrument ta’ eta’ żgħira ħafna u riedu jagħmlu garanti għalihom ta’ l-ewwel missieru Angelo u l-ieħor ħuh kien Salvatotre li dak iż-żmien kienu t-tnejn fil-Kumitat.

Żmien Aħjar Għal-Banda

Il-Banda Vittoria kienet issa għelbet il-kriżi li ta’ bil-fors kull Għaqda ma’ tul ħajjitha jkollha tħabbat wiċċha magħha. Jiem isbaħ b’risq aħjar kieku ser ifeġġu għas-Soċjeta. L-interess tal-Bandisti żdied ħafna u xtaqu li s-Surmast jibda jagħmel il-kunċerti regolari.

Fil-11 ta’ Settembru, 1922 Ġiuseppe Bartolo, bandist, talab f’Seduta mitluba minnu f’isem il-bandisti sħabu biex jinġieb is-Surmast regolari għal-leżżjonijiet u kunċerti. Il-Kumitat qabel miegħu u ftehmu li dan isir hekk kif il-finanzi jkunu jippremettu.

Nħar it-Tre Re ta’ l-1922 sar xi tibdil fil-Kumitat. Sar Segretarju s-Sur Joseph Fenech u għażel Assistent Segretarju lis-Sur Salvatore Muscat qatt minsi fil-Każin. Dan Salvu Barra li kien bandist serva lis-Soċjeta bħala membru fil-Kumitat sa minn Marzu ta’ 1921 u dam sakemm, u iżjed milli ppermettietlu saħħtu meta spiċċa minn Segretarju f’Marzu ta’ 1954.

Dawn it-tnejn ftehmu li jimxu id f’id u li jagħmlu ħilithom kollha biex, kif kien mixtieq minn kulħadd, il-Banda tagħmel progress kbir.

L-ewwel riedu jissodaw il-finanzji u biex dan jirnexxi fittxew lis-Soċi u ħajruhom jersqu lejn il-każin.

Sar permess għall-Lotteriji u nkarigaw lil Angelo Fenech, Serafino Debono, Michele Muscat u Carmelo Stellini. li b’entużjażmu kienu jduru issa b’biċċa drapp, issa bil-ħutu anki b’xi ħajta deheb.

Il-Kumitat ftiehem ukoll li għall-ewwel joħorġu xi ħaġa tal-flus biex is-Surmast jiġi regolari mill-eqreb fis. Ftit wara twaħħal avviż li s-Surmast Antonio Micallef ser jibda jiġi s-sibtijiet u l-Ħdud għal-leżżjonijiet u kunċerti.

Sewwa s-Soċi kemm il-bandisti bdew jersqu iżjed lejn il-Każin, il-benefatturi żdiedu u l-finanzi rranġaw sewwa tant li minn dak iż-żmiensal-lum il-Banda dejjem kellha Surmast lest biex imessilha sena kollha.

Jispiċċa s-Surmast Antonio Micallef

L-ewwel ta' Lulju 1922 kien jum swied il-qalb għas-Soċjeta u l-iżjed għall-bandist. Imwaħħal fuq ‘’notice board’’ kien hemm avviż, bil-firma tas-Segretarju, fejn igħid li f’dik il-lejla s-Surmast Nonu, għax hekk kien magħruf minn kulħadd , ried ikellem lill-bandisti. Qalilhom li kontra qalbu kien sejjer jinfired minnhom għax kien sejjer jitlaq minn Malta, u żied jgħidilhom li ma jinsihom qatt għax magħhom kien qatta ħafna żmien ta’ ħajtu kuntent. Għamilhom premura biex jkomplu jistudjaw u jattendu għall-kunċerti.

Fuq rakkomandażżjoni tas-Surmast Micallef ġie biex imexxi l-Banda s-Sur Enrico Xuereb li dan ukoll għamel kull ma seta’ biex iġib il-Banda ‘l quddiem. Fi żmienu l-bandisti żdiedu sewwa u kien hemm ukoll ħafna studenti. Il-Programmi kienu jsiru iżjed spiss u l-kummissjonijiet tal-banda żdiedu wkoll.

Il-Konsegrażżjoni tal-Każin lill-Qalb ta’ Ġesu, li fuqha ngħidu iżjed ‘il quddiem, saret fi żmienu. Għal din l-okkażjoni taħt id-direżżjoni tiegħu l-banda daqqet programm magħżul u offra marċ miktub minnu jismu Vessillo Patria lill-President Onorarju ta’ dak iż-żmien l-Onor. F.Buhagiar . LL.D. filwaqt li ndaqq mill-Banda.

Is-Surmast Nikola Montebello

Fis-Sena 1924 wara li s-Surmast Xuereb telaq il-Banda, is-Segretarju s-Sur Joseph Fenech u l-Assistent Segretarju Salvu Muscat ftiehmu li jġibu Surmast lil Nikola Montebello. Tassew li kienet għażla providenżjali li tibqa’ rreġistrata b’ittri tad-deheb fil-ġrajja tal-Każin Vittoria. Għad li ilu mejjet snin, pero dawn is-snin kollha ma sewwx biex jintesa mis-Soċjeta.

Is-Surmast Montebello ma kienx ħa grazzja biss mal-Banda li kellu taħt idejh iżda mar-raħal kollu u ġara li kien maħbub u rrispettat mhux biss mis-Soċjeta Vittorja iżda mill-Melleħin kollha. Ma kienx jiġi biss għall-kunċerti u leżżjonijiet iżda kien joqgħod il-Mellieħa għal ħafna żmien tas-sena.

Bit-tattika tiegħu kien iħajjar lill-bandisti biex kollha jattendu għall-kunċert, kien ħajjar lil numru kbir ta’ allievi li fihom kienu jieħu nteress speċjali. Jekk jien ikun id-dar u jisma’ lil xi ħadd jitħarreġ fl-istrument b’xi nota ħażina kont tarah jitlaq lejn il-Każin biex jikkorieġi.

Fi żmien qasir il-Banda kibret sew u ġie li kienet tgħodd 70 bandist. Ħadet fama ma’ kullimkien u l-kummisqsjonijiet ta’ programmi saru minn kull rokna ta’ Malta u għawdex. Kull fejn kienet iddoqq il-Banda kont tisma’ minn jgħid, ‘Ara dawk kollha tal-post, ħadd barrani’, u għas-Surmast Montebello dan kien l-akbar sodisfazzjon.

Fi żmienu l-Banda tant kienet numeruża li għall-Karnival biex il-banda tferraħ ir-raħal ġie li nqasmet f’żewġ baned.

Fit-3 ta’ Marzu, 1926 saret il-festa ta’ l-apertura tal-Każin li minn Nru. 7 , il-Pjażża tal-Parroċċa ġie trasferit għal Nru. 43 fl-istess Pjażża. Għal din l-okkażjoni l-Banda daqqet l-ewwel programm f’din id-data quddiem il-Każin il-ġdid.

Ħadd u qatt ma kien jista’ jifred il-Banda Vittoria minn mas-Surmast Montebello. Iżda dak li ma kien jista’ jagħmlu ħadd għamlitu l-kiefra mewt, meta fis-6 ta’ Mejju, 1939 ħasditu min din il-ħajja. L-aħbar tal-mewt tas-Surmast ġiebet swied il-qalb kbir fuq is-Soċjeta kollha. Għall-funeral tiegħu li sar l-għada l-bandisti kollha marru biex jieħdu parti fih u biex jagħtu l-aħħar tislima lis-Surmast taghhom.

Għaddew snin minn fuq mewtu, li ma swewx biex jintesa, għax għalkemmMontebello miet, baqa’ ħaj fil-mużika tiegħu, li ħafna mminnha tinsab fl-arkivju tal-każin biex tibqaż għal dejjem tfakkar ismu.

Is-Surmast Pacifico Scicluna

Billi l-Banda kellha xi kummissjonijiet marbuta magħhom il-Kumitat kellu fi żmien qasir isib Surmast u l-għażla waqgħet fuq is-Surmast Pacifico Scicluna mill-Birgu. Dan kien għamel l-ewwel tiegħu f’Mejju, 1930. Fil-Banda ħa interess kbir u ried li l-Banda tibqa’ ġejja ‘l quddiem. Fil-Kunċerti kien irid kollox eżatt u kellu tatika kbira biex jgħallem u jispjega.

Il-Banda f’Noto

Wara li kien ilu biss xahrejn Surmast tal-Banda Vittoria, il-Banda kellha stedinabiex tieħu parti fil-festa ta’ San Corrado, f’ Noto. Din kienet biċċa xogħol tassew iebsa kemm għall-banda u xi ħaġa iżjed għas-Surmast. Ried ilesti tliet programmi fi żmien qasir u f’post fejn għall-mużika trid toqgħod wisq attent.

Fil-Kuċert saret preparażżjoni perfettau r-riżultat kien eċċellenti b’sodisfażżjoni għas-Surmast u l-Banda. Is-Surmast Scicluna ma riedx jimpressjona l-pubbliku f’Noto b’mużika klassika għolja, għax kien magħfus biż-żmien, iżda ried esekużżjoni perfetta ta’ kull biċċa mużika li daqq.

Li l-Banda Vittoria kellha titlaq minn Malta biex iddoqqu fi Sqallija kienet okkażjoni ta’ ferħ u entużjażmu kbir. Numru kbir ta’ ammiraturi tal-Banda marru magħha.

L-Ewwel programm sar fil-għaxija fil-‘’Giardino Vittorio Emanuele III’ fejn gġamlet programmukoll il-banda ‘’Citta di Noto’’. Jisimgħu l-banes kien hemm eluf kbar ta’ nies li ħadu interess speċjali fil-Banda Vittoria.

L-Għada l-istess banes reġgħu daqqew programm fl-istess post u fil-31 t’Awwissu l-Banda ‘’La Vittotia’’ daqqet programm fi Pjażża Trigona. Żgur li ikun ta’ kurżita u nteress il-programmi li saru u għalhekk se inġibu programm ta’ kull waħda miż-żewġ baned kid deher fil-ġurnal ‘’Il Corriere della Sicilia’’ tal-31 t’Awwissu, 1930.

Programma della ‘’Citta do Noto’’ La sera del 30 al Giardino Vitt.Em.III.

  • 1. Mendelsshon - Ruy Blas – Preludio, Atto II - Overture
  • 2. Verdi - Traviata - Parte I
  • 3. Mascagni - Cavalleria Rusticana – Duetto Atto II
  • 4. Verdi - Rigoletto - Sunto Atto I e II
  • 5. Cilea – Adreana – Il Direttore Maestro F. Mule.

Programma della Filarmonika ‘’Vittoria’’ La sera del 30 al Giardino Vitt.Em.III.

  • 1. Montebello – San Corrado – Marcia Sinfonica
  • 2. Suppe’ – Cavalleria Leggiera – Sinfonia
  • 3. Bellini – Norma – Fantasia
  • 4. Fringuelli – Preghiera alla Vergine – Fantasia
  • 5. Bellini – Sonnambula - Il Direttore Maestro P.Scicluna.

Is-Surmast Pacifico Scicluna kien dam jidderiġġi l-banda sat-3 ta’ Lulju, 1932.

Is-Surmast Willie Attard

Għat-tieni darba fil-kariga tiegħu bħala Segretarju Salvu Muscat kellu l-inkarigu li jsib Surmast għall-Banda Vittoria u din id-darba flimkien ma’ Antonio Gerada, bħala delegat tal-Kumitat, kellmu u ftehmu mas-Surmast Willie Attard. Għażla feliċi iżjed minn din ma setgħetx issir. Dan deher ċar sa mill-ewwel kunċert li għamel fl-10ta’ Lulju, 1932 meta l-bandist wreaw fiħ Surmast żgħażugħ enerġiku u deċiż li jwassal il-Banda għal suċċess mużikali ġodda.

Mill-ewwel ħa interess speċjali fil-Banda lili fdata u għamel ħiltu kollha biex jġiblu ‘l quddiem kif tassew ġara għax bil-kuraġġ u d-dehen tiegħu l-Banda bdiet iddoqq mużika klassikali jdoqquha biss band kbar.

F’wieħed mill-ewwel diskorsi li għamel lill-bandisti, biex jqajjem fihom entużjażmu u nterress għall-arti mużikali, fehemhom li għall-mużika li kien fi ħsiebu jippreżentalhom ma kienex biżżejjed kunċert jew tnejn fil-ġimgħa iżda kien hemm bżonn ta’ studju d-dar. Ħafna mill-bandisti raw li kellu raġun, semgħu minnu u saru ba ndisti ta’ ħila lesti biex idqoqqu mużika klassika kif ried u għamel is-Surmast Willie Attard.

Il-Banda Tagħlaq 25 Sena

F’Settembru, 1932 is-Soċjeta ‘Vittoria’ għalqet il-25 sena mit-twaqqif tagħha. Għal din l-okkażjoni saru festi kbar fit-18 ta’ Settembru ta’ l-istess sena. Il-Banda taħt id-direżżjoni tas-Surmast Attard lejliet il-festa daqqet programm magħżul quddiem il-każin u l-għada nħar il-festa l-Banda ’Vittoria’ għamlet marċ flimkien mal-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Fil-għaxija l-Banda ‘La Valette’ daqqet programm kbir taħt id-direżżjoni tas-Surmast Carlo Botti. Kienet festa li tassew irnexxiet u li għaliha ġew eluf kbar ta’ nies min Malta kollha.

Għak din l-okkażżjoni Sir Ugo Mifsud li kien Prim Ministru ta’ Malta f’dak iż-żmien ippreżenta standard sabiħ lill-Banda.

Wieħed mill-ġurnali fil-ħarġa tiegħu tal-għada tal-festa spiċċa r-rapport tiegħu fuq il-festa hekk Tant il-banda Vittoria kemm il-Banda La Valette marru ferm tajjeb fil-marċijiet u l-programmi tagħhom. Nagħtu għaldaqstant prosit lill-Kumitat tal-Banda Vittoria u lill-organizzaturi kollha ta’ din il-festa għall-ħdima tagħhom patrijottika a vantaġġ ta’ l-arti mużikali fil-Gżira.

Dan kien il-programm li daqqet il-Banda ‘La Vittoria’ taħt id-direżżjoni tas-Surmast Attard.

  • 1. Attard - La Vittoria – Innu
  • 2. Frosali – Vita Nova – Sinfonija
  • 3. Giordano – Il Voto – Fantasia
  • 4. Ponchielli – La Gioconda – Terzetto
  • 5. Miruzzi – Mattino e Scra – Marcia Sinfonica

Dan kien l-Innu miktub mill-mejjet Spiżjar Carmelo Debono mill-Mellieħafl-okkażjoni tal-Festa ta’ Għeluq il-25 sena tal-Banda Vittoria (Innu).

Suċċess Fi Pjazza Reġina

Il-Għan tas-Surmast li jġib il-banda ‘l quddiem tant irnexxa li għall-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl ta’ ftit snin wara fi Pjazza Reġina, il-Belt, il-Banda rnexxielha ddoqq programm magħżul bil-bandisti tagħha biss, mingħajr ebda bandist barrani. Mhux għal xejn li l-pubbliku preżenti b’ammirazzjoni għal-kuraġġ tas-surmast, u għall-esekuzzjoni tal-mużika infexx japplawdi kemm il-darba.

Dan kien il-programm:-

  • 1. Attard – Un Saluto a Malta – Sinfonia
  • 2. Mariconda – Marcia Sinfonica in Re b Maggiore –
  • 3. Puccini – Tosca – Fantasia
  • 4. Verdi – Rigoletto – Sinfonia
  • 5. Auber – La Muta di Portici –

F’Jannae 1938. fi żmien is-Surmast Attar, is-Sede tas-Soċjeta ‘Vittoria’ minn Nru. 43 Parish Square ġiet trasfetta għal Nru. 23 fl-istess Pjazza.

Is-Surmast Adeodato Gatt

Għal raġunijiet personali s-Surmast Willie Attard kien telaq il-banda f’Mejju, 1948, u fl-5 ta’ Ġunju ta’ l-istess sena san Surmast Adeodato Gatt li kien biżżejjed magħruf għal-kapaċita u l-ħila tiegħu. Dan ukoll għamel kemm seta’ biexc iżomm isem il-Banda ‘Vittoria’ fil-għoli. Il-Programmi li l-banda daqqet taħtu sakemm dam mas-Soċjeta sa Novembru ta’ 1952. kienu kollha programmi li rnexxew bi preċiżjoni kbira.

Il-Banda f’Catania

L-iżjed ħaġa importanti li saret fi żmienu kienet il-mawra tal-Banda f’Catania fis-Sqallija, fejn f’Villa Bellini, taħt id-direżżjoni tiegħu l-banda għamlet programm kbir, Is-Surmast Gatt kellu biċċa xogħol tassew iebes, iżda ma qatax qalbu u bil-preparażżjoni kbira li għamel fil-kunċert kellu f’Catania s-suċċess li kien jistħoqqlu. Biżżejjed tgħid li l-ġurnal tal-post faħħru d-direżżjoni tas-Surmast u l-esekużżjoni tal-mużika.

Il-Banda kienet waslet f’ Catania fid-29 ta’ Lulju, 1949. Fit-8.30am. il-Banda poġġiet kuruna tar-rand fuq il-qabar ta’ V. Bellini. Wara ġie mogħti reċiviment mill-awtorita ta’ Catania fil-Palazzo del Municipo. Il-Banda daqqet marċijiet fi Triq Etnea u spiċċat lejn il-monument ra’ Bellini. Tqeghdet kuruna u l-banda daqqet l-Innu ta’ momcli, Innu Malti u l-God Save The King.

Fid-9.00pm tal-Ġadd, sar dan il-programm li rnexxa kif għedna:

  • 1. A. Gatt - Omaggio alla Filarmonica Vittoria’ – Marcia Sinfonica.
  • 2. Verdi – I Vespri Siciliani - Selection
  • 3. V. Bellini - Norma – Selection
  • 4. Cilea – Adriana - Sinfonia
  • 5. Balfe – Bohemian Girl – Sinfonia

Innu Malti – Innu di Mameli – God Save The King

Jerġa Jsir Surmast tal-Banda Willie Attard

F’ November ta’ 1952. Is-Surmast Gatt telaq il-Banda u fit-22 ta’ l-istess xahar reġa ġie magħżul, is-Surmast Willie Attard fost il-ferħ tal-Banda u tas-Soċjeta kollha.

Sentejn wara s-Surmast Attard kien għalaq 25 sena bħala Direttur tal-Baned. Għal din l-okkażjoni ta’ ‘At Home’ id-dar tiegħu biex flimkien mal-familja u l-ħbieb jikkommemora din il-ġrajja fil-karriera mużikali brillanti tiegħu. Is-Soċjeta ‘Vittoria’ b’xhieda ta’ ferħ offrietlu rigal li hu ġentilment aċċetta.

Is-Surmast Attard żgur li ma jintesa’ qatt mis-Soċjeta tagħna mhux biss għas-suċċessi li l-Banda għamlet taħt id-direżżjoni tiegħu , iżda l-iżjed għax seraq u mess qalb kulħadd bl-Innu immortali tiegħu lil Marija Bambina li ta’ kull sena fis-7 u t-8 ta’ Settembru l-Banda ‘Vittoria’ ddoqq ad unur u qima lil Marija Bambina f’jum il-festa tat-twelid tagħha. Dan l-Innu popolari jifirħu bih mhux biss il-Melleħin iżda l-Maltin kollha li jisimgħuh jindaqq minn fuq ir-Rediffusion.

Is-Soċjeta ‘Vittoria’ hija obbligata mhxu biss lejn is-Surmast Attard li ta’ l-mużika lill-Innu iżda wkoll lejn l-Avukat Ġorġ Zammit LL.D., B.A. (Lond). President tas-Soċjeta, għall-Innu hekk sabiħ li hu, bħala poeta, kiteb u rregala lis-Soċjeta ‘Vittoria’.

L-Innu tal-Banda ‘Vittoria’ hu wkoll xogħol is-Surmast Attard fuq il-versi tal-mejjet Spiżjar Carmelo Debono. Dan l-Innu tant hu għal qalb is-Soċjeta li baqa’ l-Innu uffiċjali tagħha anki fi żmien meta s-Surmast Attard ma kienx għandu Direttur tal-Banda.

Is-Soċjeta ‘Vittoria’ u r-Reliġjon

Dak l-ewwel marċ li daqqet il-Banda ‘Vittoria’ quddiem is-Santwarju kien juri ċar li l-Banda kien fi ħsiebha timxi id f’id mal-Knisja għal ħajjitha kollha. Ill-lum wara aktar minn 113 sena mill-eżistenza tagħha naraw kif tassew hekk ġara u nittamaw li hekk dejjem jibqa’ jsir, biex kif aħna writna Soċjeta glorjuża minn għand misserijietna, hekk jirtu ta’ warajna u b’hekk is-Soċjeta ‘Vittoria’ tibqa għal dejjem denja ta’ l-isem li ġġib.

Fl-istorja tal-każin l-ispirtu religluż qatt ma naqas. Nħar is-26 ta’ Marżu, 1916 saret seduta tal-Kumitat fejn qata’ li jekk xi ħadd jinstema’ jidgħi jiġi minn dak il-ħin stess imkeċċi barra mill-każin għal dejjem. Id-drawwa li fis-6 ta’ Jannar, nħar it-Tre R. Isiru l-viżti mas-soċi u Tqarbina ġenerali, insibu li kellha bidu hekk kif twaqqaf il-każin u għal ħagna snin f’dak il-jum ma kienx jista’ jsir logħob. L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-viżti tas-Sepolkru meta ta’ kull sena s-Soċjeta tagħmel taħt it-tmexxija ta’ Dun Ant. Debono, kappillan tas-Soċjeta. Ir-reċtar tar-Rużarju Mqaddes fix-xahar t’ Ottubru qatt ma naqas u fix-xahar ta’ wara, ix-xahar ta’ l-erwiħ, is-Soċjeta tagħmel ta’ kull sena Quddiesa solenni de requie u quddies lett bħala suffraġju għall-mejtin tas-Soċjeta.

Il-Konsagrażżjoni tal-Każin lill-Qalb Imqaddsa Ta’ Ġesu

Fl-24 ta’ April, ta’ l-1921, il l-każin jiġi kkonsagrat lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’. Il-Konsagrażżjoni saret fil-15 t’ Ottubru, 1922, b’maniera l-iżjed solenni kif serjin nraw:

Il-bandisti, is-soċi u l-Kumitat, iżjed minn 100 ruħ, imbejjien kif jixraq. resqu dak in-nħar għat-Tqarbin Imqaddes. Qarben u qaddes il-Mons. Dekan Dun. Giuseppi De Piro, iddelegat u mibgħut għalhekk mill-maħbub Isqof ta’ Malta Dun Mauro Caruana.

Mons. De Piro għaraf iħeijihom b'fervorin l-iżjed sabiħ, devot u li jqanqal.

Wara l-Quddiesa Mons. De Piro bierek ix-xbieha tal-Qalb ta’ Ġesu, li merfugħa. Mill-Onorevoli Ministru tal-Ġustiżża Dr. F. Buhagiar u mid-Direttur tal-Każin ‘Vittoria’. Dr. Gius. Bonavia M.D. ġiet meħuda proċessjonalment akkompanjata mill-Kleru, mill-Kapp illan tas-Soċjeta. Dun Santin De Piro flimkien mal-membri tal-Kumitat u s-soċi kollha tal-każin li dak iż-żmien kien f’Nru. 7 Pjażża tal-Parroċċa.

Kif waslu fil-post Mons. De Piro reġa semma leħen b’diskors ta’ l-okkażjoni Mons. De Piro qalihom li l-vera devożżjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesu’ hija x-xebħ ta’ qalbna mal-Qalb għażiża ta’ Ġesu’.

Kif spiċċa d-diskors Mons. De Piro qieħed ix-xbieha tal-Qalb ta’ Ġesu’ fil-lok imhejji għalija u flimkien mas-soċi qara l-Att. tal-Konsagrażżjoni.

B’hekk is-Soċjeta’ ‘Vittoria’ ikkonsagrat għal dejjem kull wieħed mill-imseħbin li kellha dak in-nħar u lil dawk kollha li kellha wara lill-Qalb ta’ Ġesu.

Bi twettiq ta’ dan l-Att tal-Konsagrażżjoni niżżlu isimhom.

  • L. Gauci Forno – President tas-Soċjeta
  • F. Buhagiar – Xhieda
  • G. Bonavia –
  • G. Decani De Piro – Delegat Vescovile

Gażżetta li ġiebet din il-ġrajja spiċċat ir-rapport tagħha hekk:- Prosit tassew lil kulħadd, speċjalment lill-Kumitat u lil dawk kollha li ħabirku biex il-Qalb ta’ Ġesu’ jkollha post fil-laqgħat li jsiru fiċ-Ċircolo La Vittoria'.

Aħna wkoll il-membri tas-Soċjeta ‘Vittoria’ il-lum wara 35 sena minn din il-ġrajja hekk għażiża nagħtu prosit u nirringrażżjaw lill-Kumitat li b’għemilhom ġejna aħna wkoll ikkonsagrati lill-Qalb SS. ta’ Ġesu’.

Bħal ma kien mistieni din l-okkażjoni tal-Konsagrażżjoni kellha l-effetti tagħha fuq s-Soċjeta’. L-Ispirtu reliġjuż u l-imħabba lejn Ommnal-Knisja Mqaddsa komplew kibru u dik l-armonija bejn Każin u Knisja saret perfetta.

Biex il-Każin ‘Vittoria’ juri s-solidarjeta tiegħu mal-Knisja, Il-Kumitat fil-laqgħa tad-9 ta’ Marżu, 1931. żied dan ir-regolament li f’dak iż-żmien kellu importan’a speċjali. Illi r-Reliġjon tal-Każin hija r-Reliġjon Kattolika Apostolika Rumana u għal hekk ħadd ma jista’ jkun soċju f’dan il-każinu jekk diġa soċju ma jistax jibqa’ kemm il-darba ma jwiegħedx li huwa joqgħod għat-tagħlim u jobdi f’kollox l-ordnijiet li toħroġ l-awtorita tal-Knisja.

F’April 1947 il-Kumitat iddeċieda illi ta’ kull tant tinżamm fil-Każin xi konferenża reliġjuża u iżjed tard iddeċieda wkoll li jsiru Eżerċiżżi Spiritwali għall-ħabta ta’ l-Għid.

Għal dawn il-konferenzi u prietki l-kumitat dejjem għamel mill-aħjar biex jintagħżlu oraturi ta’ fama.

F’dawn il-konferenzi kien ħa sehem il-Presidenttas-Soċjeta Dr. Ġorġ Zammit B.A. LL. D. U anki l-E.T. Mons Isqof Galea li kien tkellem fuq ‘’Il-Kwistjoni Soċjali u l-Knisja’’.

Il-Kongress tax-Xirka ta’ l-1952

F’din is-sena dan il-Kongress sar b’suċċess kbir fil-Mellieħa fl-ewwel ta’ Ġunju. L-Għadd kbira ta’ nies li ġew minn Malta kollha u l-organiżażżjoni perfetta issemmew fil-ġurnali kollha.

Il-Każin Vittoria għamel ħiltu kollha biex jgħin għas-suċċess ta’ dan il-Kongress. Is-Soċjeta tagħna itaqgħet f’Korteo fil-bitħa tas-Santwarju mnejn imxew fost id-daqq tal-Banda għall-Pjażża tal-Parroċċa fejn sar il-Kongress. Ma’ tul il-Korteo il-Banda Vittoria daqqet Innijiet tax-Xirka u fil-Pjażża quddiem it-Tribuna daqqet l-‘’Innu Malti’’ u ‘’Irridu l-Isem t’Alla’’. Il-Banda spiċċat id-daqq bil ‘’Oh Ħelwa Madonna’’ fil-waqt li s-Santissimu Sagrament kien qed jiġi meħuf minn fuq it-Tribuna għal ġol-Knisja.

Wara li spiċċat iċ-ċerimonja sar tratteniment fis-Sala tal-Każin fejn kienu preżenti d-Direttur Ġenerali tax-Xirka ma’ tliet membri flimkien mal-Kumitat tal-Każin u membri li kienu jirrappreżentaw lill-Każin tal-Banda l-oħra tal-Għaqda Mużikali Imperial u dawk tal-Mellieħa Sports Club.

Fl-14 ta’ Ġunju s-Segretarju Ġenerali tax-Xirka bagħat ittra ta’ ringrazzjament f’isem il-Wisq Rev. Direttur Ġenerali. Patri Majjistru Ġeraldu Paris O.P., lill-President, Kumitat, Bandisti u Membri tal-Każin Vittoria għall-kooperażżjoni tagħhom f’dan il-XX Kungress Nażżjonali.

Is-Sena Mqaddsa Marjana

Is-Sena 1954 tibqa’ mfakkra fl-istorja bħala s-Sena Marjana. Ma’ tul is-sena Malta għamlet kemm felħet biex tagħti unur, qima u ġieħ lil Sidtna Marija.

Is-Soċjeta Vittoria li dejjem u f’kull okkażjoni kienet minn ta’ quddiem biex turi mħabbitha lejn il-Madonna, li b’isimha hi magħha marbuta. Riedet f’din is-sena tagħmel dmirha wkoll. Għalhekk nħar il-5 ta’ Diċembru ta’ 1954. Is-Soċjeta għamlet Pellegrinaġġ organiżżat u mmexxi mill-Kappillan tagħha r-Rev. Dun Anton Debono mill-Każin għas-Santwarju.

Patri Bernardino Attard kien mistieden biex jagħmel kelmtejn ta’ l-okkażjoni li bi kliem għaref u li jqanqalil-qlub ħeġġeġ lin-nies għall-imħabba lejn il-Madonna meqjuma taħt it-titlu tal-Mellieħa. Fl-aħħar tad-diskors Patri Attard qara telegramm mibgħut mis-Soċjeta Vittoria lill-Qdusija Tiegħu l-Papa fejn talab il-Benediżżjoni Apostolika u qara wkoll it-telegramm mibgħutmil-Belt tal-Vatikan fejn l-Imqaddes Missier bagħat il-Benediżżjoni mitluba għal din l-okkażjoni.

Biex din il-ġrajja ma tintesa qatt is-Sur Giuseppe La Rosa, membru tal-Kumitat onorarju tas-Soċjeta, ippreżenta f’isem is-Soċjeta lill-wisq maħbub Kappillan tal-Parroċċa Dun Franġisk Xuereb, Pissidi bħala rigal lis-Santwarju.

Għeluq il-Ħamsin Sena Mill-Inkoronażżjoni Tal-Madonna Tal-Mellieħa

Kronoloġikament jew skond l-ordni taż-żmien, din l-aħħar ġrajja li biha ser tingħlaq din it-taqsima kellha tissemma qabel. Ma sarx hekk biex ġrajja hekk importanti fl-istorja tal-Mellieħa jkollha iżjed Importanza.

Is-sena1950 ħabtet iċ-ċinkwantinarju ta’ l-Inkoronażżjoni tal-Madonna tal-Mellieħa, sena li tibqa’ mfakkra għall-festi kbar li saru lix-xbiha mirakuluża meqjuma fis-Santwarju Ewlieni u Nażżjonali Tagħha.

Ma setax jonqos li s-Soċjeta Vittoria, li 43 sena qabel il-Banda tagħha kienet offriet l-ewwel marċ ‘’La Vittoria’’ ad unur u qima lill-Madonna tal-Mellieħa, ma tieħux sehem kbir f’dawn il-festi. Għalhekk organiżżat pellegrinaġġ immexxi minn Dun Anton Debono, Kappillan tas-Soċjeta u biex dan il-pellegrinaġġ ma’ jintesiex ġew offerti sett Karti tal-Glorija.

Il-Ħadd 28 ta’ Mejju il-Banda ‘’Vittoria’’ ingħaqdet mal-Banda l-oħra tar-raħal ‘’Imprerial’ u dawn bħala massed band daqqew Innijiet ta’ tifħir lill-Madonna taħt it-Treġija tas-Surmast Vincenzo Ciappara.

Din l-okkażjoni li ressqet liż-żewġ baned flimkien u għall-mument saru waħda kellha tifsira speċjali għax iż-żewġ baned fehmu li għad li huma rivali fil-mużika huma wkoll aħwa ta’ l-istess Omm, il-Madonna.

Biex tiffesteġġa din il-festa tant kbira l-Banda Vittoria għamlet marċ kbir fil-lejl tat-2 ta’ Ġunju u Sibt 3 ta’ Ġunju għamlet Programm Mużiko-vokali taħt id-direżżjoni tas-Surmast Adeodato Gatt.

Il-Banda Vittoria u l-Kleru

Wara sitt snin li kien ilha wieqfa l-Banda qaddes l-Ewwel Quddiesa Solenni r-Rev. Dun Anton Debono fil-25 ta’ Diċembru 1913. Daqs kemm kien feraħ Dun Anton bil-Banda fit-twaqqif tagħha, riedet issa li l-Banda tifraħ bih f’din l-okkażjoni hekk solenni u għażiża. Biex taqsam u tkarbar il-ferħ tagħha mal-poplu kollu tar-raħal il-Banda daqqet marċi ferrieħa fid-dar tiegħu stess. Il-Banda kienet ġa ferħitlu qabel bid-daqq ta’ marċ meta Rev. Anton Debono kien ordnat Djaknu. U kellu jiġri lil-istess Saċerdot kellu jkun id-Direttur Spiritwali tas-Soċjeta’ sa mill-1926.

Nħar il-Vitorja ta’ l-1943 il-Banda wasslet mid-dar tiegħu sal-Knisja lir-Rev. Dun Manwel Grima bid-daqq ta’ marċi għall-Ewwel Quddiesa Solenni tiegħu.

Jum ieħor ta’ ferħ kbir għall-Mellieħa kollha kien il-Ħadd 7 ta’ Lulju, 1946. meta l-wisq maħbub Kappillan ir-Rev. Dun Franġisk Xuereb ħa l-Pussess tal-Parroċċa. Il-banda Vittorja biex tkabbar din il-festa bid-daqq ta’ marċi u fost l-isparartal-bombi wasslet lill-Kappillan mid-dar tiegħu sal-Knisja.

Il-Banda Vittorja ġa kienet ħadet sehem darbtejn oħra fil-Pussess ta’ Kappillan. L-ewwel darba għall-Pussess tal-Kappillan Carlo Cortis u l-ieħor tal-Kappillan Andrea Fenech.

Patri Liberatus Cini għamel l-Ewwel Quddiesa Solenni fil-31 ta’ Mejju, 1949. Il-Kumitat tas-Soċjeta ma kellux il-permess meħtieġ tad-daqq, imma ma riedx li Patri Liberatu jgħaddi minn quddiem il-Każin bil-Banda Vittorja siekta u għalhekk tgħabba bir-responsabblita u ordna li l-Banda ddoqq fuq iż-żuntier u Patri Cini jgħaddi minn nofs il-Banda bid-daqq.

L-aħħar okkażjoni f’dawn il-ħamsin sena tal-ħajja tal-Banda Vittoria f’Quddiesa Novella kellha tkun il-Ħadd 3 ta’ Mejju, 1936 meta qaddes l-Ewwel Quddiesa Solenni r-Rev. Dun Mose’ Debono. Is-Soċjeta u l-iżjed il-bandisti barra l-ferħ ta’ l-okkażjoni kienu wkoll kburin b’Dun Mose’ għax qabel ma daħal is-Seminarju kien bandist eżemplari tal-Banda Vittoria.

Mhux għal xejn li xi bandisti qabżitilhom demgħa x’ħin kienu niżlin bih lejn il-Knisja bid-daqq ta’ marċi ferrieħa.

Għajnuna Lil Għaqdiet oħra

Is-Soċjeta Vittoria ħasbet sa mill-ewwel snin ta’ ħajjietha biex tgħin opri u għaqdiet li kien jimmeritahom u dejjem, b’sagrifiċċju għaliha, aċċettat l-appelli lilha magħmula għal danil-għan.

Fl-1916 meta l-Każin kien fi stat finanżjarju Ħażin ferm u bil-kemm kien jista’ jżomm fuq saqajh, wieġeb b’ġenerożita, L-Appell lilu mibgħut minn Mrs. Howarda benefiċċju tar-Red Cross Society. Il-Każin reġa ħaseb għall-istess soċjeta anki fl-1944 meta biex jgħin lir-Red Cross Soctiey għamel tombla b’risqha.

Meta sar il-monument għall-kbar benefattur ta’ Malta Fra Diego fil-Pjażża tal-Ħamrun, is-Soċjeta Vittoria ma reditx tibqa’ lura mill-għajnuna tagħha u għalhekk għamlet lotterija kbira il-flus jingħataw għat-twaqqif ta’ dan il-monument.

Fl-1935 għall-okkażjonital-King’s Silver Jubilee offriet standard lill-Boy Scouts tal-Mellieħa biex tibqa’ mfakkra din is-sena ġubilari u iżjed wara offriet lill-istess Scouts kul ma kellhom bżonn biex jagħmlu xi fiera Commander Pric, District Commissionetant ha gost b’din il-koperażżjoni tal-Każin Vittoria li talab lill-Kumitat biex ikun Soċju f’dan il-Każin biex ikun wieħed mis-Soċjeta. Il-Kumitat aċċetta din it-talba bil-ferħ u Commander Price sar ‘Soċju Onoraju’ tas-Soċjeta Vittoria.

Benefatturi

Biex is-Soċjeta twaqqfet u mxiet il quddiem kellha bżonn ta’ ħafna benefatturi li fl-istorja tal-Każin qatt ma naqsu. Fost dawk ngħoddu lis-Soċi, lill-Bandisti u lill-Membri tal-Kumitat. Ħafna minn dawn servew lis-Soċjeta sa minn tfulithom u għadli lum ħafna jinsabu mgħobbija bis-snin qatt ma ċaħdu l-għajnuna.

Għal raġunijiet li wieħed jista’ mill-ewwel jintebaħ bihom ma nsemmux nies li għadhom fostna, iżda nsemmu, bħala sinjal ta’ rikonoxxenza u qima lil dawk li kienu magħna u issa m’għadhomx. Nibdew b’ Dun Vinċenz Scicluna li biex jara s-Soċjeta tikber kien lest b’sagrifiċċju personali jikri id-dar tiegħu għall-Każin u hu jmur joqgħod f’dar wisq iżgħar u inqas komda.

F’Lulju ta’ 1910 xi ħbieb tal-Każin offrew is-somma ta’ £ 4.11s.9d għall-bżonijiet tal-każin. Ma ridux ixandru isimhom u għalhekk tniżżlu fir-reġistru bħaka Soċi Benefatturi. Il-Kumitat tant appreżża l-iskop tagħhom li l-Ħadd ta’ wara għamlilhom trattament. Dan sewa ta’ eżempju għas-snin ta’ wara għax sal-lum il-każin għadu jsib benefatturi bħal dawn.

Il-Bandalora

Fit-8 ta’ Mejju ta’ l-1921 is-Segretarju ta’ dak iż-żmien is-Sur Carmelo Debono kiteb ittra lis-Sur Michele Caruana, magħruf min kulħadd bħala s-Sur Kelin, fejn stiednu biex jaċċetta li jkun Viċi President. Billi is-Sur Kelin kellu wisq għal qalbu l-Banda Vittoria aċċetta din il-kariga. Kienet tassew ittra ta’ risq għax is-Sur Kelin iżjed rabatruħu mal-Każin. Ta’ kull xahar kien joffri somma ta’ flus u kien dejjem lest għal dak li kien jista’ jinqala’. Il-festa tal-Vitorja kienet għal qalbu wisq u biex jara l-Każin ikabbar il-festa ġie li ordna logħob tan-nar mill-Ġermanja.

Fis-sena 1926 is-Sur Kelin kien irregala lil-Banda bandalora mill-isbaħ li ġiet preżentata u mbierka fil-5 ta’ Settembru, biex tkun lesta għall-festa ta’ Marija Bambina. Is-Sur Kelin baqa’ kolonna tas-Soċjeta Vittoria sa kemm miet fit-8 ta’ Ġunju 1928.

Il-Qniepen Tal-Banda

Il-Markiż Scicluna u s-Sinjura tiegħu kienu wkoll ħbieb tas-Soċjeta Vittoria u jieħdu nteress fil-Banda. F’Settembru ta’ l-1926 offrew bħala rigal lill-Banda sett qniepen il-ġmiel tagħhom. Kien sar programm tal-Banda għall-okkażjoni fejn kienu mistiedna il-Markiż u s-Sinjura tiegħu biex jisimgħu l-qniepen l-ewwel darba fil-kompożiżjonijiet ‘The Joyful Bells’ u ‘Fairy Bells’ tas-Surmast Nikola Montebello. Il-qniepen kien daqqhom l-ewwel darba Joseph Attard.

L-Armi tal-Brieret

Fis-26 ta’ Apri, 1928 Antonio Camilleri wieħed mill-bnadisti li kien imsiefer fl-Amerika kien ħa ħsieb jiġbor somma ta’ flus minn għand sħabu l-melleħin ta’ l-Amerika biex biha jsiru l-armi tal-brieret ta’ l-uniformi.

Stendardi

Din ma kenitx l-ewwel darba li hutna msiefrin ħasbu fina. Fis-Sena 1923 il-Mellieħin ta’ Detroit kienu rregalaw Standard Malti lis-Soċjeta u biex jibqgħu mfakkrin fi kwadru mal-ħajt jinsab isimhom.

Fis-16 ta’ Awwissu ta’ 1931 is-Sinjura Emmanuela Borg offriet bħala rigal Standard tar-Reliġjon li ġie ppreżentat u mbierek waqt programm.

F’April 1934 Giuseppe Borg li kien Soċju benefattur sa mill-ewwel żmien tal-Każin offra wkoll Standard li għall-okkażjoni kien mistieden Sir Ugo Mifsud biex jippreżentah waar li kien bierku l-Kappillan fuq iż-żuntier tal-knisja.

Is-Soċjeta tgħodd ukoll benefatturi lil dawk l-irġiel tagħha li daqqa għal ħaġa u daqqa għal-oħra ta’ sikwit iħabbtu wiċċhom man-nies għall-ġbir ta’ Flus li mingħajhom is-Soċjeta ma tistax tmur ‘l-quddiem. Ħahna mil-opri li jinsabu fil-każin bħal ma huma strumenti tal-banda, standardi, mutur tad-dawl u oħrajn qatt ma konna ngawduhom li ma kienux nies bħal dawn li x’uħud minnhom ħadmu għas-Soċjeta għomor ta’ bniedem.

Rigal

Biex juru l-ammirażżjoni li għandhom għas-Soċjeta ‘Vittoria’ ħafna ħbieb taw rigali sbieħ li wieħed jista’ jarahom fil-vetrina. Barra min rigali oħra hemm mhux inqas minn 35 tażża tal-fidda. Fuq 23 waħda minnhom hemm imnaqqax l-isem ta’ minn tahom. Tista tara ismijiet minn kull klassi tas-soċjeta minn ħaddiema sa avukati, u minn mara tad-dar għal dawk li jaħdmu.

L-ewwel tażża li i wkoll l-iżgħar ġiet mogħtija fl-1928. Tassew li kieent ta’ risq għax fetħet it-triq għall-oħrajn kollha. L-iżjed tażża ixxurtjata kienet dik mogħtija min-nisa Mellieħin, nħar l-Istrina ta’ 1934. Għax messha ix-xorti li timtela’ bl-Ostji Mqadda nħar il-Ħamis ix-Xirka tas-sena 1956 billi fil-Funżjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Kif bdew isiru f’dawn l-aħħar snin, in-numru ta dawk li jiqarbnu żdied sew, waqt lill-Parroċċa ma kelliex Pissidijiet kbar, biżżejjed u flimkien ma’ oħrajn ġie li serviet biex żejnu s-Sepolkru. Li jitrema dak i-nħar stess.

Barra min dawn it-tażżi hemm ukoll dgħajjes, żmiemel, ċentri tal-fidda kif wkoll stawetti tal-bronz.

Bħala rigal ġew mogħtija wkoll li standardi u bandalori,li semmejna f’xi okkażjonijiet oħra. Li standard sabiħ li l-banda kienet qalgħet f’Noto hu miżmum f’kaxxa tal-ħġieġ fis-sala tal-kunċerti u biex nibqa’ mfakkra l-mmawra tal-Banda f’Catania għandna bandalora sabiħa wkoll li ġiet irregalata lill-Banda mill-Municipio ta’ Catania.

In-nisa Melleħin, li qatt baqgħu lura biex juru mħabbithom għall-Banda ‘Vittoria’, offrew standard bl-arma tal-banda, l-ġmiel tiegħu biex jibqa’ jfakkar għeluq il-ħamsin sena tal-Banda ‘Vittoria’ u hekk dan l-iġded standard bl-arma tal-Banda, simbolu ta’ imħabba għall-Banda ‘’La Vitoria’’ jieħu post ma’ l-eqdem standard tas-Soċjeta, l-istandard Malti, simbolu ta’ mħabba għal pajjiżna.

Kompetiżżjonijiet fil-Karnival

Il-Banda ‘Vittoria’ għamlet isem ukoll bis-sehem kbir li ħadet fil-kompetizzjonijiet tal-Karnival bil-marċi grotteski sa mill-1928, meta kienet ġadet parti l-ewwel darba.

Is-Soċjeta bejn l-1928 u 1953 ħadet sehem fil-kompetiżżjonijiiet xejn inqas minn Sittax il-darba.

Il-Banda ġiet mogħtija l-ewwel premju ħames darbiet u dan meta l-Karnival kien fl-aqwa tiegħu u meta kellha tħabbatha ma’ baned kbar. Dan kien fis-snin 1935, 1936, 1937, 1951 u 1953.

Id-disinjaturi tal-kostumi kienu Ġiuseppi Muscat minn Birkirkara u Anthony Fenech mill-Mellieħa.

Niket

Il-ħajja fiha l-inżul u tlajja, u hawn niġu w wara xi snin nitilqgħu, u l-Soċjeta ġarbet wkoll in-niket ta diversi bandisti, li spiċċat il-banda b’dover taghtihom l-aħħar tislima, l-ewwel wieħed min dawn kien Vittorio Gauci li kien ħalliena fis-7 t’Awwissu, 1907 u li għalih mal-biex kien twaħħal l-ewwel ċoff iswed. Salvatore Muscat li kien ilu soċi mil-twaqqif tal-każin, minkejja li lejn tmiem ħajtu qatta bosta snin marid fis-sodda, kien ikun irid jad jek ismu għadux hemm miktub fir-reġistru tas-soċi.

L-ewwel marċ funebri li kienet daqqet il-Banda kien fil-funeral ta’ Andrea Debono, is-sagristan li kien miet fl-14 ta’ Frar, 1911., bandisti oħra li l-banda kienet akkumpanjathom kienu Mose’ Bartolo (1918), Gian Paolo Gauci (1918), Salvatore Bartolo (1922), Giuseppe Vella (1933), Mikelino Fenech (1934), Giuseppe Fenech (1942), Salvatore Muscat (1946), Giuseppe Muscat (1952), Antonio Gauci (1953), Carmelo Attard (1954) u Antonio Camilleri (1954) membru fil-Kumitat Onorarju, Rev. Dun Francesco Borg (1951), Rev. Mons. Andrea Fenech (1953), u Membri fil-Kumitat bħal Giovanni Vella (1928), Spiridione Grima (1947), Giuseppe Attard (1954), Antonio Gerada (1955), Giuseppe Scerr (1956), Felice Caruana (1956).

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Carmelo Doneo 1906 1911
02 Ġiuseppe Agius 1911 1912
03 Antonio Micallef 1912 1922
04 Enrico Xuereb 1922 1924
05 Nikola Montebello 1924 1930
06 Pacifico Scicluna 1930 1932
07 Willie Attard 1932 1948
08 Adeodato Gatt 1948 1952
09 Willie Attard 1952 1957
10 Vincenzo Ciappara 1957 1971
11 Salvinu Vella 1971 1982
12 Henry Camilleri 1982 1993
13 Joseph Vella 1993

Presidents

No Presidents From Until
01 Notary. Dr. Luigi Gauci Forno LL.D. 1907 1913
02 Legal Procurator Euardo Frendo P.L. 1913 1927
03 Dr. Tommaso Fenech LL.D. 1927 1941
04 Dr. Ġorġ Zammit LL.D. 1941 1962
05 John Abela 1962 1966
06 Arch. Carm Lino Spiteri A.& C.E. 1966 2000
07 Anthony E. Vella 2000 2009
08 Pawlino Mifsud 2009

Secretaries

No Secretaries From Until
01 Notary. Dr. Luigi Gauci Forno LL.D. 1907 1913
02 Joseph Fenech 1922

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Festive Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Sett ta' Marċi tas-Surmast Willie Attard - Mis-Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 (1995) 1995 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Marija Bambina 2000 - Mis-Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 (2000) 2000 *

Cd's

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Festive Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Maria Bambina 2002 - Mis-Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 (2002) 2002 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Sett ta' Marċi Ġodda fl-Okkażjoni tal-110 Sena (1907 - 2017) - Mis-Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 (2017) 2017 *

Programmes and Publications

Memorials

External links