Għaqda Mużikali San Ġużepp (Għajnsielem)

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Lis-Storja ta' Għaqda Mużikali San Ġużepp (Għajnsielem)

Għaqda Mużikali San Ġużepp (Għajnsielem) A.D. 1928

Kollox beda meta l-istitut ta' San Ġużepp fetaħ il-bibien tiegħu għat-tfal orfni nħar il-21 ta' Mejju 1925. Din kienet ġurnata importanti ħafna fil-qasam tas-Soċjeta’ għaliex konsegwenza ta’ dan l-avveniment, tlett snin wara ċioe fl-1928, twieldet il-Banda San Ġużepp t’ Għajnsielem taħt l-awspiċi ta' dan l-istitut.

Fr. Luzar Buhagiar, Fr. Karm Azzopardi u Mro. Mikiel Farrugia flimkien ma’ bandisti żgħar ta’ L-Ewwel Banda San Ġużepp

Il-Fundatur kien Monsinjur Ġużeppi De Piro, figura ta’ importanza nazzjonali. F’dawk iż-żminijiet, Monsinjur De Piro kien ferm magħruf għall-ħidma tiegħu mat-tfal orfni u kellu sehem importanti fit-twaqqif u fit-tmexxija tal-Istitut ta’ San Ġużepp speċjalment fl-ewwel snin tiegħu.

L-istorja tmur lura għat-18 t’April 1925 meta l-Isqof t’ Għawdex Mons. Mikiel Gonzi ħareġ id-digriet tal-affiljazzjoni fejn id-Dar ta’ San Ġużepp ta’ Għajnsielem kellha tagħmel parti mid-Dar ta’ San Ġużepp ta’ Santa Venera. F’din l-affiljazzjoni kellu jkun hemm ukoll is-Soċjeta’ ta’ San Pawl tar-Rabat, Malta li De Piro stess kien waqqaf fl-1910.

Il-ħajja ta’ Mons. Ġużeppi De Piro

Dun Ġużeppi De Piro twieled fl-Imdina, fit-2 ta’ Novembru 1877. Missieru, Alessandro u ommu Ursola Agius, kienu t-tnejn ta’ nisel nobbli. Kien is-seba’ tifel fost disat’ aħwa. Wara li rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fid-dar tal-familja, hu għadda għal Liċeo tal-Belt, għall-formazzjoni sekondarja. Fl-aħħar klassi għamel l-eżami tal-Matrikola. Daħal l-Universita’ fejn għamel tlett snin jistudja l-Arti u x-Xjenza. Mat-tmiem ta’ dan il-kors, fl-1897, hu beda l-istudji li kellhom iwassluh biex jilħaq avukat.

Ta’ min igħid, iżda, li f’dawn is-snin Ġużeppi ma kienx jistudja biss. Sallum is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl għad għandha diversi pitturi li hu kien għamel fi tfulitu u f’żogħżitu. Mhux darba u tnejn li De Piro ħa sehem f’kompetizzjonijiet anke nazzjonali, u rebaħ xi premjijiet. Waqt li kien l-Universita’ Ġużeppi għamel anke żmien suldat fil-Milizjia Maltija.

Mons. De Piro ma’ xi qassisin li kienu imexxu l-istitut ta San Ġużepp

Il-kors ta’ avukat ma' spiċċahx. Dan mhux għax ma kienx kapaċi imma għax Alla kien ħejja triq oħra għalih. Fil-fatt waqt li fit-8 ta’ Mejju 1898, Ġużeppi kien qiegħed ma’ sħabu fil-Knisja tal-Ġizwiti, il-Belt, jagħmel is-Supplika tal-Madonna ta’ Pompej, huwa ra biċ-ċar li Alla riedu saċerdot. Għax kien imrobbi fit-talb u fid-direzzjoni spiritwali, iż-żagħżugħ malajr qal iva lil Alla. Dik is-sena stess, fl-1898, Ġużeppi mar Ruma u hemm beda l-istudji tal-Filosofija u t-Teoloġija.

Il-pjanijiet tas-seminarista Ġużeppi kienu kbar. Kien jixtieq li jagħmel għaxar snin jistudja Ruma. Imma ġara mod ieħor. Tant inħakem mill-mard, li kellu jitlob lill-Arċisqof ta’ Malta Pietru Pace, biex itih il-possibilità li jordna wara biss kważi erba’ snin li kien ilu li ħalla Malta. Il-permess ingħata u Ġużeppi ġie ordnat f’Ruma fil-15 ta’ Marzu 1902. Huwa għamel l-ewwel quddiesa solenni tiegħu fil-Katidral tal-Imdina, f’Marzu tal-istess sena.

Dun Ġuzepp mar l-Isvizzera biex jieħu saħħtu fejn hemmhekk dam sal-1904. Huwa rritorna Malta u beda jaħdem bħala saċerdot fil-Parroċċa tal-Qrendi. Imma l-ħidma tiegħu hawn ma kellhiex ittul ħafna għax fl-1907 l-Arċisqof Pace għażel lil De Piro bħala direttur tal-Istitut Fra Diegu, fil-Ħamrun.

Fra Diegu ma kienx l-uniku Istitut jew orfanatrofju f’idejn De Piro. Hu kellu jieħu f’idejh ħamsa oħra: l-Istitut ta’ San Ġuzepp, f’Santa Venera; dak ta’ Ġesù Nazzarenu, fiż-Żejtun; Dar għaċ-ċkejknin f’Santa Venera; San Franġisk ta’ Paola f’B’Kara; u San Ġuzepp f’Għajnsielem Għawdex.

Fl-istess żmien De Piro ġie maħtur Monsinjur u Dekan tal-Katidral tal-Imdina. Bejn l-1916 u l-1918 l-Arċisqof Mawru Caruana għażlu bħala segretarju tiegħu. Fis-sentejn ta’ wara hu ġie mqiegħed Rettur tas-Seminarju Maġġuri, fl-Imdina.

Imma s-servizz li ta De Piro ma kienx fil-Knisja biss. Huwa kien ukoll ċittadin li ta sehem sħiħ għall-binja ta’ pajjiżna. Fil-fatt bejn l-1918 u l-1921 huwa għamel parti mill-Assemblea Nazzjonali li kellha tieħu ħsieb it-tfassil tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Fis-7,8, u 9 ta’ Ġunju 1919, De Piro ħabbrek biex tinkiseb il-paċi bejn il-Maltin u l-Gvern Ingliż. Mill-1932, sakemm miet (fl-1933) Dun De Piro kien ukoll senatur fit-Tielet Parlament Malti.

Imma din ma kienitx il-ħajja kollha ta’ Dun De Piro. Il-kontribut ewlieni li ta lid-dinja dan il-Malti kienet is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Din is-Soċjeta’ kompliet tikber u tinfirex f’diversi djar oħra f’Malta, f’Għawdex u anke barra minn pajjiżna.

L-ewwel snin tal-Banda

Mro. Anton Muscat Azzopardi 1928 - 1930

Meta beda l-Istitut ta’ Għawdex il-Monsinjur ried iwaqqaf Banda simili għal dik li kien hemm diġa’ għal diversi snin fl-Istitut San Ġużepp ta’ Malta. Kien fl-1928 meta Mons. De Piro xtara hu nnifsu xi strumenti tal-mużika bil-għan li jwaqqaf Banda mit-tfal tad-Dar t’Għajnsielem. Eks-Bandisti li dakinahar

Mro. Mikiel Farrugia 1930 - 1946

kienu jiffurmaw parti mill-ewwel Banda jħobbu jgħidu li meta Mons. De Piro kien imur l-Istitut t’Għajsnielem hu kien iħobb itella’ miegħu xi strument jew tnejn għat-tfal li tant kienu juru entużjażmu.

Bħala surmast De Piro sab lis-Surmast Anton Muscat Azzopardi, żagħżugħ ta’ ħila, li darba kien wieħed mit-tfal fl-Istitut ta’ Santa Venera. Kien De Piro stess li fi tfulitu ħajru u għenu qatiegħ biex jitgħallem il-mużika. Għalhekk Muscat Azzopardi aċċetta minnufih li jagħti sehmu fil-Banda ta’ San Ġużepp t’Għawdex.

Fost dawk l-istudenti li kienu qegħdin jitgħallmu l-mużika, wieħed isib lil Mikiel Ciangura minn Għajnsielem, Pinu Gatt minn Ta’ Sannat u Kristinu Gatt min-Nadur. Dawn kollha kienu qegħdin joqogħdu fl-istitut.

Għall-bidu l-Banda l-ġdida sabet diversi ostakli, fosthom li Mro. Anton Muscat Azzopardi kellu impenji ma’ baned oħrajn Maltin u għalhekk kien isibha diffiċli sabiex jaqsam minn Malta għal Għawdex regolarment. Is-soċjeta’ kellha bżonn demm ġdid biex tkompli tgħix u tiffjorixxi u għalhekk Muscat Azzopardi irrakkomanda lis-Surmast Mikiel Farrugia mir-Rabat Għawdex biex ibiddlu fl-1930.


L-era taħt is-Surmast Mikiel Farrugia

F’ Farrugia kienet għażla f’waqtha; l-ewwel għax kien Għawdxi u għalhekk kien igħallem lill-aljievi b’aktar enerġija u dedikazzjoni. Hu kien għadu żgħir fl-eta’ u kien ittrenjat tajjeb ħafna fil-mużika. Dan minħabba li kien mużiċista mal-Forzi Armati ta’ Malta u kien ukoll solista mal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta. Taħt idejh, dawn l-aljievi tgħallmu ħafna u bdew juru l-potenzjalita tagħhom. Sadanittant, in-nies t’Għajnsielem bdew jagħtu kas ta’ dan kollu.

Il-Banda San Ġużepp tiddebutta

Fl-1931, għall-okkażjoni tas-sitt anniversarju tal-ftuħ tal-istitut ġie deċiż li jiġi mħejji programm speċjali mimli attivitajiet sabiex jiċċelebraw dan l-avveniment. Id-diretturi ta’ din l-istituzzjoni ddeċidew wkoll li dakinhar kellha tiddebutta għall-ewwel darba din il-Banda l-ġdida.

Nhar is-17 ta’ Mejju 1931 folla mdaqqsa ta’ nies inġabret fil-bitħa tal-Istitut biex tara u tisma’ d-debut ta’ din il-Banda, il-Banda San Ġużepp. F’din l-ewwel ħarġa tagħhom fost diversi biċċiet ta’ mużika, il-Banda daqqet l-Omaggio al Superiore Mons. De Piro, xogħol tas-Surmast Mikiel Farrugia. Kien mistħoqq u jixraqlu li l-ewwel noti li jindaqqu jkunu f’ġieħ il-Fundatur tal-Banda u b’kompożizzjoni tas-surmast direttur li għallem lil din il-Banda sabiex iddoqq fil-pubbliku. Kien Mons. De Piro stess li fetaħ din iċ-ċerimonja b’diskors ta’ awgurju lill-Banda l-ġdida.

Il-Banda tibda tissaħħaħ

Il-Banda l-ġdida bdiet turi xogħolha billi tieħu sehem f’diversi festi u okkażjonijiet differenti. Bdiet billi ħadet sehem fil-festa ta’ Sant’Antnin u f’dik tal-Madonna ta’ Lourdes. Fis-sena 1931, il-Banda San Ġużepp ħarġet mill-orbita tar-raħal t’ Għajnsielem u għall-ewwel darba ħadet sehem fil-festi ad unur il-Knisja ta’ Savina ġewwa r-Rabat. Fis-sena 1932 ħadet sehem fil-festa ta’ San Ġorġ ġewwa r-Rabat u fil-festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ fil-Fontana.

Fl-istess sena marret iddoqq fl-isptarijiet tar-Rabat u ta’ Chambray. Sena wara laqgħet lill-Gvernatur ta’ dak iż-żmien bl-innu God Save fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Fidda tar-Re Ġorġ V. Nħar il-25 t’April 1934, il-Banda akkumpanjat l-istatwa l-Ġdida tal-Madonna tal-Grazzja għall-Kunvent tal-Kapuċċini ġewwa Victoria.

Il-mewt ta’ Mons. De Piro

Is-sena 1933 kienet sena kerha għad-dar ta’ San Ġużepp u għall-Banda żagħżugħa minħabba li miet Mons Ġużeppi De Piro. Ftit wara din id-dar għaddiet taħt idejn Dun Ġużepp Galea Rapa, fejn dan tal-aħħar inħatar id-direttur il-ġdid tagħha.

Jibda kapitlu ġdid taħt Rev. Galea Rapa

Rev. Ġużepp Galea Rapa

Il-wasla ta’ dan is-Saċerdot fetħet kapitlu ġdid fl-istorja ta’ din il-Banda. Kien wasal iż-żmien li l-Banda timxi f'direzzjoni ġdida u ssir parti integrali mir-raħal t'Għajnsielem. Rev. Ġużepp Galea Rapa ma tantx sab sitwazzjoni faċli għaliex in-numru ta’ mużiċisti li kienu joqgħodu f'din id-dar

Presentażżjoni ta’ l-Union Jack

kien żgħir ħafna. Dan għaliex għax iż-żgħażagħ kienu qed jinbidlu ta’ sikwit u għalhekk hu qatt ma seta’ jkollu bażi soda ta' mużiċisti. Kien hemm il-biża’ li l-Banda setgħet tisfaxxa iżda Rev. Galea Rapa daħħal uċuħ ġodda billi fetaħ il-bibien għaż-żgħażagħ tar-raħal t’Għajnsielem. Minnufih kabbar in-numru u daħal fl-imħuħ tan-nies Għajnselmiżi.

L-ewwel rebħa li ġab Rev. Galea Rapa kien il-permess mingħand l-Isqof M. Gonzi sabiex idaħħal mużiċisti żgħażagħ mill-Azzjoni Kattolika t’ Għajnsielem. Meta mbagħad beda jiżdied in-numru ta’ bandisti, dan ġab miegħu nuqqas ta’ strumenti. Imma sat-18 ta’ Frar 1937 dawn inġabu u fis-sena 1938 il-Banda bdiet tuża uniformi ġdida. Mal-bidu tat-tieni gwerra dinjija, il-Banda bdiet tieħu sehem f’kull festa t’ Għawdex. Fit-30 ta’ Lulju 1937 ħadet sehem ukoll fil-festa ta’ Kemmuna. F’din l-okkażjoni l-Banda ġiet preżentata l-“Union Jack” mingħand Col. Vella.

Tasal il-Gwerra u tintemm l-ewwel parti ta’ l-Istorja

Bl-ewwel inżul tal-bombi u l-ħoss makabru tas-sireni, il-Banda waqfet. Il-gwerra ġabet magħha t-tmiem tal-ewwel parti ta’ l-istorja ta’ din il-Banda. Dan ġara proprju ftit taż-żmien wara li l-Band San Ġużepp reġgħet daħlet fix-xena mużikali Għawdxija.

Ftit taż-żmien wara li spiċċat il-gwerra, l-Banda reġgħet ingħaqdet iżda fis-sena 1946, is-Surmast Farrugia rriżenja minħabba impenji oħra. Postu ħadu s-Surmast Ġanni Vella. Dan tal-aħħar beda jgħallem mużiċisti ġodda u l-Banda mill-ewwel bdiet tieħu sehem fil-fiera annwali tal-istitut u anki f’diversi festi parrokkjali ġewwa Għawdex.

Fil-1947 ġie inawgurat planċier ġdid, xogħol ta’ diversi entużjasti minn Għajnsielem fosthom Ġużeppi Cutajar u Angelo Gauci. Fost l-avvenimenti memorabbli ta’ wara l-perjodi tal-gwerra wieħed isemmi l-istediniet annwali li l-Kaptan A. Zammit Cutajar estenda għal din is-soċjeta’ f`diversi okkażjonijiet tal-festa ta’ Kemmuna u l-inawgurazzjoni tal-vapur Banċinu, li għalih il-Banda kienet mistiedna mis-Sur Joe Gasan, sid ta’ dan il-vapur. Wieħed jista’ wkoll isemmi l-preżentazzjonijiet tat-trofej mis-Sur G. Mizzi, president tal-Banda Duke of Connaught's Own Band Club ta' Birkirkara, li f’dik l-era kienet tagħti sehem importanti fil-festa ta’ Għajnsielem taħt id-direzzjoni tal-Maġġur Anthony Aquilina.

Issa kien wasal żmien ta’ sfida għal din is-soċjeta’ minħabba diversi problemi u ostakoli li kienu qed jinqalgħu. Diversi bandisti ta’ din il-Banda bdew jemigraw u mal-bidu tas-snin ħamsin il-Banda waqgħet fi kriżi. In-numru tal-bandisti niżel drastikament. Ftit kien hemm bandisti ġodda u wara ftit taż-żmien il-Banda għal darb’ oħra reġgħet żarmat. Dan kien perjodu iswed għas-soċjeta’ kif ukoll għall-istorja mużikali tar-raħal t’ Għajnsielem. Dwar il-waqfien tas-soċjeta’, ftit għandna informazzjoni ta’ x’ġara eżatt.

1966: Is-sena tar-Rinovazzjoni

Grupp ta’ żgħażagħ mill-Banda ta’ San Ġużepp

Għadda ż-żmien. Ġenerazzjoni ġiet wara l-oħra u għas-snin sittin iż-żgħażagħ tar-raħal t’Għajnsielem reġgħu bdew iparlaw bejniethom u jsemmu l-probabilita’ tal-fondazzjoni tal-Banda t’ Għanjsielem. Dan kien żmien iebes għar-raħal kollu għaliex din kienet era fejn il-poplu Għajnselmiż kien impenjat bis-serjeta’ bil-bini tal-knisja il-ġdida.

F'Mejju 1966 il-veteran Ġużeppi Attard li kien isem sinominu mal-banda, flimkien ma' diversi persuni oħrajn bl-iskop li jerġgħu jagħtu ħajja ġdida lill-Banda għamlu talba formali lid-direttur ta’ l-Istitut għall-użu tal-istess istitut u l-istrumenti qodma tas-soċjeta'. Din it-talba ġiet milqugħa u minn dak iż-żmien ‘l hawn, is-soċjeta’ qatt ma ħarset lura. Dawn il-membri irnexxielhom ukoll jakkwistaw is-servizzi ta’ Mro. Ġużeppi Farrugia, iben is-Surmast Mikiel Farrugia bħala s-Surmast Direttur tal-Banda. Dan is-Surmast żagħżugħ beda biċċa xogħol iebsa, beda jgħallem liż-żgħażagħ it-teorija u il-prattika tal-mużika u fi żmien sena l-banda reġgħet qamet fuq saqajha.

Banda “Ġdida” b’isem “Qadim”

Partitarji u Bandisti waqt il-Marċ
Partitarji u Bandisti waqt il-Marċ

Nhar it-13 t’April 1967, il-Banda għamlet l-ewwel kunċert tagħha bi preparazzjoni għall-ewwel marċ li kellu jsir ftit taż-żmien wara. L-ewwel Kumitat kien iffurmat minn Dun Ġużepp Galea Rapa bħala l-ewwel president u fis-7 ta’ Mejju din il-Banda il-ġdida b’isem qadim daqqet l-ewwel marċijiet tagħha f’marċ li għalih attendew bosta Għajnselmiżi. Kienet il-bidu t’era ġdida għall-Banda San Ġużepp. Ġużeppi Cauchi, wieħed mill-ewwel bandisti tal-1928 laħaq President fl-1968. Sadanittant, taħt it-tmexxija ta’ Mro. Ġużeppi Farrugia l-Banda għamlet progress kbir. Sena wara sena l-Banda ssaħħet aktar u mindakinhar l’ hawn in-numru ta’ bandisti qatt ma’ niżel taħt l-erbgħin.

L-Era tas-Surmast Mro. Ġużeppi Farrugia

L-Ewwel Marċ fl-1967

Mro. Farrugia ippreżenta lill-Banda kemm kompożizzjonijiet festivi kif ukoll dawk reliġjużi. Hu rregala wkoll xi innu marċ. Il-Banda reġgħet bdiet tieħu sehem fiċ-ċirku ta’ festi u wieħed jista jgħid li saret il-bażi għall-festa tar-raħal. Il-Banda bdiet timxi ‘il quddiem u s-servizzi fil-festi bdew

Is-Surmast Ġużeppi Farrugia Idderiġi

jiżdiedu. Il-Banda bdiet tagħti diversi servizzi kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta. Bdiet tieħu sehem kemm fil-Ġimgħa Mqaddsa kif ukoll f’dawk li għandhom x’jaqsmu mal-festa tal-Patrun. Bdiet ukoll tattendi għall-Karnival ġewwa r-Rabat.

B’ mod partikolari, il-Banda San Ġużepp bdiet tiġi mistiedna għall-festa ta’ Santa Marija u ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex. Għal numru ta’ snin il-Banda San Ġużepp bdiet tiġi mogħtija programmi mużikali fi Pjazza t-Tokk fejn żmien qabel kienu jdoqqu biss baned Maltin. Is-Surmast Farrugia ħa dan iċ-challenge flimkien mal-bandisti tiegħu. Mal-medda taż-żmien bdew idoqqu biċċiet bħal Rigoletto, Il Trovatore, Madame Butterfly u biċċiet mużikali oħrajn ta’ importanza kbira. Fl-1973, il-Banda ħarġet bl-unuri meta fil-festa ta’ Santa Marija daqqet l-overture ‘1812’ tal-kompozitur Russu Tchaikovsky. F’dawk iż-żmienijiet, din il-biċċa kienet l-climax tal-Banda.

Barra s-servizzi annwali li kienet tieħu sehem fihom, fis-sebgħinijiet ħadet sehem f’diversi marċijiet fir-raħal jiċċelebra r-rebħ ta’ diversi titli mit-tim tal-futbol. F’dak il-perjodu, il-Banda kienet tieħu sehem ukoll f’ġimgħa speċjali mimlija attivitajiet magħrufa bħala Il-Ġimgħa t’ Għajnsielem li kienet tkun organizzatta mill-Kumitat Kulturali tar-raħal.

Il-Bini ta’ Każin Ġdid

Pedamenti tal-Każin (30 ta’ Marzu, 1974)
Stadju fil-Bini tal-Każin
Stadju fil-Bini tal-Każin kważi wara sena 4 t’April, 1975
Stadju fil-Bini tal-Każin kważi lest it-tieni Sular



Mill-bidu nett, il-Banda kellha problema bil-postijiet fejn kienet toqgħod. Għall-bidu kienet qed tokkupa parti mill-bini tal-istitut. Kien post tajjeb għall-attivitajiet kulturali, soċjali u mużikali. Imma l-membri ħassew li l-Banda kellha tinqata’ mill-Istitut.

Il-problema kienet ittekiljata u anki ġiet solvuta mill-Kumitat. Il-President Amabile Cauchi, li dakinħar kien ukoll membru tal-Parlament, flimkien mas-segretarju Ġużeppi Attard ħadmu bis-sħiħ sakemm fis-17 ta’ Diċembru 1973, akkwistaw biċċa art kbira mingħand il-Knisja fiċ-ċentru tal-Pjazza maġemb il-Knisja l-Ġdida ddedikata lill-Madonna ta’ Loretu. Il-bini kien lest fl-1976 u minnufih beda jiffunzjona. Dan il-post kien immedjatament mhux biss ċentru mużikali iżda wkoll il-każin tal-komunita’.

Sittin Anniversarju u Żjara tal-Papa

Iż-Żjara tal-Papa Ġwann Pawlu II fl-1990

Fuq inizjattiva tal-President Joe Xuereb, nhar il-11 ta’ Diċembru 1988, is-soċjeta’ mużikali ċċelebrat is-sittin sena anniversarju mill-bidu tagħha bil-kxif ta’ żewġ lapidi; waħda li tfakkar dan l-anniversarju u oħra ad unur Mons. Ġużeppi De Piro, il-fundatur tal-Banda. Il-folla miġbura dakinhar ferħet lil Mikiel Ciangura u lill-familja tiegħu minħabba s-servizz li kienu qed jagħtu lil din il-Banda. Mikiel Ciangura kien parti mill-Banda oriġinali tas-sena 1928. F’dik id-data memorabbli, Mikiel il-veteran kien il-pont bejn dak iż-żmien fejn il-Banda kellha ħafna problemi u nkwiet u ż-żmien sabiħ u eċċitanti li kienet dieħla fih il-Banda. Dawn kien żminijiet ferm differenti.

Fl-1990 l-Banda San Ġużepp kellha l-unur li tkun hi li tagħti merħba lill-Qdusija tieghu l-Papa Ġwanni Pawlu II fi zjara li kien għamel f'Għawdex.

Imut is-Surmast Mro. Ġużeppi Farrugia

Fis-sena 1992, il-konnessjoni bejn is-surmast Ġużeppi Farrugia u l-Banda San Ġużepp intemmet minħabba l-mewt tal-istess surmast Farrugia. Is-surmast Malti Mro. Joseph Nazzareno Sammut mela l-post tas-surmast ta’ qablu b’kapaċita kbira u dderieġa l-Banda lejn l-Millenju l-Ġdid. F’din l-istess sena, is-surmast Sammut inawgura programm ta’ biċċiet mużikali li mbagħad indaqqu fil-festa tal-Madonna ta’ Loretu.

L-ewwel servizz barra minn Malta

Fis-sena 1995, l-Għaqda Mużikali San Ġużepp, taħt id-direzzjoni ta’ Loretu Spiteri u Ġużeppi Attard ipparteċipaw fiċ-ċelebrazzjonijiet tas-seba’ ċentinarju tal-mawra tad-Dar ta’ Nazareth mill-Palestina għall-Loreto ġewwa l-Italja fl-ewwel tour li l-Banda għamlet barra minn Malta. Din l-avventura kienet ta’ suċċess kbir u awgurat tajjeb għall-futur.

Lejn il-Millenju l-Ġdid

Fl-1996 ġew onorati dawk il-Bandisti li taw 30 sena servizz. F’dik is-sena wkoll żżanżan l-Innu l-Kbir lill-Madonna ta’ Loretu b’mużika tas-Surmast Nazzareno Sammut u kliem tal-Kan. Joe Meilak. Sena wara, il-Banda San Ġużepp flimkien ma‘ diversi baned oħra Ġużeppini ngħaqdu f’Mass Band u akkumpanjaw l-Istatwa ta‘ San Ġużepp minn bieb il-Belt Valletta sal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu.

Beda jinħass il-bżonn ta’ wċuh ġodda li jkomplu jsaħħu l-Banda u jżommu l-valuri tas-suċċessuri tagħhom. Iż-żgħażagħ li kienu ffurmaw il-Banda fis-sena 1967, issa kienu qed isiru veterani u ħafna kienu qegħdin jilħqu s-sittin. Għalhekk beda jingħata importanza kbira lill-alljievi u bandisti aspiranti taħt il-kappa tal-Iskola tal-Mużika.

Fl-1998 tfakkar is-70 Anniversarju. Mistiedna speċjali kienu Mikiel Ciangura u Pietru Camilleri, tnejn mill-ewwel Bandisti. Is-Soċjeta’ rrekordjat ukoll għall-ewwel darba sett ta’ marċi brijużi rrekordjati fuq Compact Disk. F’dik is-sena wkoll, il-President Onorarju Dun Karm Cassar offra diversi biċċiet ta’ mużika lill-Banda San Ġużepp. Fl-1999 il-Banda pparteċipat fil-Festi Nazzjonali li fakkru tmiem il-Millenju.

Mro. Sunny Galea jinħatar Surmast

Inħatar Mro. Sunny Galea bħala Surmast Ġdid

Fl-2003 l-Għaqda Mużikali San Ġużepp kkommemorat il-75 Anniversarju mill-fondazzjoni taghħa permezz ta’ Akkademja Mużiko-Letterarja taħt il-Patroċinju tal-E.T. Prof Guido Demarco, President ta’ Malta nhar it-30 ta’ Mejju fil-Pjazza Madonna ta’ Loretu. F’dik is-sena stess, wara r-riżenja tas-Surmast Joseph Nazzareno Sammut, il-Kumitat għamel għażla għaqlija u fi Frar ħatar lis-Surmast Sunny Galea A.L.C.M. bħala s-Surmast Direttur ġdid tal-Banda. Wara biss ftit xhur f’din il-pożizzjoni, dan is-Surmast kiteb diversi biċċiet għall-Banda fosthom Innu lill-Madonna ta’ Loretu u marċ reliġjuż iddedikat lill-Monsinjur Ġużeppi De Piro biex jikkommemora l-75 Anniversarju. Taħt dan is-Surmast saru wkoll diversi recordings fosthom ta’ marċijiet brijużi, marċijiet funebri u oħrajn.

Fl-1 ta’ Mejju 2004, fl-okkażjoni tad-dħul ta’ Malta fl-Ewropa l-Banda għamlet marċ flimkien ma’ diversi baned oħra ġewwa r-Rabat. Is-sena 2005 kienet sena diffiċli għal din l-Għaqda għaliex propju fis-6 ta’ April tal-istess sena ħalliena l-mibki President Anton Agius. Propju ftit tax-xhur qabel, is-Sur Aguis kien beda x-xogħol ta’ tkabbir u pavimentar tat-terrazzin fil-faċċata tal-Każin. Ix-xogħol tlesta xahrejn wara u ġie nawgurat uffiċċjalment mill-Aġent President Spiridione Cauchi. F’ dik is-sena wkoll, il-Banda ħadet sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-kampjonat minn Għajnsielem F.C.. Il-Banda ħadet ukoll sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-150 Anniversarju tal-Paroċċa t’Għajnsielem.

Ir-Rinovazzjoni tal-Każin u l-Arkivju Mużikali

Waqt l-innawgurażżjoni il-Kumitat mal-President ta’ Malta Dr. Edward Fenech Adami

Fl-2006 inħatar Kumitat ġdid b’demm żagħżugħ. Mimli enerġija u entużjażmu, dan il-Kumitat mill-ewwel ta bidu għall-proġett ambizzjuż tal-Arkivju Mużikali li jkun inawgurat fl-2009. F’din is-sena wkoll is-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp laqgħet lill-Isqof il-ġdid t’Għawdex Mons. Mario Grech. Fl-2007, il-Banda organizzat ġita ta’ tmient ijiem ġewwa l-Italja fejn aktar minn mitt persuna attendew. Fl-2008 beda x-xogħol ta’ rinovazzjoni fil-Każin bl-ewwel proġett

Arkivju Ġdid

ikun dak tal-kamra formali tal-Kumitat. Ġie mfakkar ukoll it-80 Anniversarju b’diversi attivitajiet fosthom bi Programm Mużikali fil-Pjazza Madonna ta’ Loretu fis-26 t’Awissu taħt il-Patroċinju ta’ l-E.T. Edward Fenech Adami, President ta’ Malta.

Fit 28 ta’ Ġunju 2009 il-Banda San Ġużepp għamlet it-tieni żjara barra minn Malta fejn din id-darba kienet mistiedna għal Festa ta’ San Pawl f’ Pallazollo Acreide, ħdejn Siracusa, Sqallija. Dakinhar il-Banda tellat delegazzjoni ta’ 80 persuna fosthom il’ fuq minn 50 bandist fejn tat servizz ta’ marċ madwar din il-Belt storika kif wkoll programm muikali fil-pjazza. Dakinhar, il-Banda tagħna ħarġet bl-uniri kolla tant li reġat ġiet mistiedna mill-ġdid għal Festa tas-sena ta’ wara. Fil-fatt, fis 27 ta’ Ġunju 2010 il-Banda tagħna reħat tella delegazzjoni oħra kbira u tat programm mifrux fuq tlett ijiem.

Surmast Ġdid

Wara il-Festa tal-2013, s-Surmast Sunny Galea wera ix-xewqa li jirriżenja. Il-Kumitat għamel diversi laqgħat fejn flimkien mal-Kummissjoni Banda u kif jitlob l-Istatut tas-Soċjeta’ ġew imsejħa l-Bandisti għal-laqgħa straordinarja l-Ġimgħa, 25 ta’ Ottubru tal-istess sena. F’din il-laqgħa ġie diskuss il-ħatra ta’ surmast u assistent surmast ġdid. Il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-Kummissjoni tal-Banda ipproponew lil Frankie Debono bħala Surmast u lil Tony Galea bħala Assistent Surmast. In-nomina tagħhom ġiet approvata’ b’mod unanimu mill-bandisti preżenti.

Tlestija ta’ diversi Proġetti Ewlenin

Mro. Frankie Debono

Il-ħolma kbira li kella s-soċjetà tagħna saret realta. Wara sitt snin ta’ stennija l-Arkivju Mużikali fl-aħħar sab id-dar tiegħu – sab każin b’sala ta’ klassi rrinovata u lesta sabiex tħaddan fiha din l-opra tal-arti barokka mżejna b’skultura rikka imnaqqxa fl-injam. Fuq disinn ta’ Silvio Pace u xogħol fl-iskultura tal-ġewż minn Lawrence Grima, l-inawgurazzjoni uffiċjali saret nhar it-Tlieta 21 t’Awwissu 2012 bi program vokali u strumentali quddiem il-każin tas-Soċjetà. Fl-istess perjodu ġiet inawgurata wkoll is-sala uffiċjali tal-Kumitat fuq disinn mill-famuż artista Richard Young. F’din is-sala tpoġġa dan l-istess Arkivju Mużikali.

Sena wara, ċioe fl-2013, il-Kumitat Ċentrali ħabbar il-bidu ta’ proġett ieħor ambizzjuż ċioe il-bini ta’ planċier il-ġdid. Minkejja li dan il-proġett għadu fil-bidu tiegħu, id-disinn huwa lest, xogħol l-artist Għawdxi Manwel Grech.

Il-Kumitat waqt il-ħatra tas-Surmast Frankie Debono

Fl-2014 ġie inawgurat proġett ieħor ewlieni li kien jikkonsisti f’sistema tal-pannelli fotovoltajiċi fuq il-bejt tal-każin tas-soċjeta. Dan il-proġett kien jikkonsisti f’sistema ta’ 27kWp mifruxa fuq 108 panelli, ekwivalenti għal ħmistax il-dar b'familja ta’ erba’. Grazzi għal dan il-proġett, il-każin tal-Banda San Ġuepp kien l-ewwel wieħed f'Malta’ u f’Għawdex li kien "Totally Green" jiġifieri l-enerġija kollha li għandu bżonn l-każin ġejja mix-xemx.

Fl-2015 saret rinovvazjoni totali tal-Bar area fejn inbniet kċina totalment ġdida taħt il-każin u tkabbar il-bar area. Il-bar il-ġdid li beda jopera fuq kunċett ta’ bistro ingħata l-isem ta’ Giuseppe u llum huwa wieħed mill-aktar post kummerċjali imfittex mill-Maltin u anke barranin.

Fl-2016 ġiet inawgurata uffiċjalment is-sala tal-isnooker f’għeluq l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tas-sotto kumitat tal-isnooker. Din is-sala hija armata b’dak kollu li jirrikjedi snooker hall professjonali u hija fost waħda mill-isbaħ swali fil-gejjer Maltin.

Fl-istess sena, sar wkoll ir-restawr u l-illuminazzjoni tal-Faċċata tal-Każin sabiex ingħata dehra aktar moderna u xierqa. Matul dawn is-snin il-każin ingħata dehra wkoll aktar festiva permezz ta’ sopraporta majestuża tul il-faċċata kollha għal matul il-ġranet tal-Festa.

Konklużżjoni

Il-Każin tal-Banda San Ġużepp Għajnsielem

Kollox beda meta Mons. Ġużeppi De Piro iddeċieda li jixtri ftit strumenti lit-tfal tal-istitut ta’ San Ġużepp. Minn dakinhar, is-Soċjeta’ għaddiet minn mumenti ta’ ferħ kif wkoll minn perjodi diffiċli iżda qatt ma ħarset lura. L-Għaqda Mużikali San Ġużepp hi mibnija fuq valuri u pedamenti sodi bbażati fuq il-Kristjaneżmu u l-imħabba lejn ir-raħal t’Għajnsielem. Dawn il-valuri flimkien għandhom jegħlbu kull sfida li l-ġejjieni għad jista’ joffri.

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Anton Muscat Azzopardi 1928 1930
02 Mikiel Farrugia 1930 1946
03 Ġianni Vella 1946 1966
04 Ġiużeppi Farrugia 1966 1992
05 Joseph Nazzareno Sammut 1992 2002
06 Sunny Galea 2003 2013
07 Frankie Debono 2013

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Ġużeppi Depiro 1928 1933
02 Ġużeppi Galea Rapa 1934 1968
03 Ġużeppi Cauchi 1968 1973
04 Amabile Cauchi 1973 1988
05 Joseph Xuereb 1988 1991
06 Loreto Spiteri 1991 2002
07 Paul Scicluna 2002 2003
08 Anthony Agius 2004 2005
09 Spiridione Cauchi 2005 2006
10 Gino Cauchi 2006

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Fr.Rużar Buhagiar 1928 1934
02 Fr.Ġwann Galea 1934 1966
03 Michael Attard 1968 1972
04 Joe Zahra 1972 1973
05 Michael Scicluna 1973 1974
06 Joseph Cauchi 1975 1978
07 Michael Bugeja 1978 1982
08 Charles Spiteri 1982 1982
09 Joseph Attard 1983 1997
10 Paul Scicluna 1998 2002
11 Joseph Sultana 2003 2003
12 Spirdione Cauchi 2004 2005
13 Kevin Cauchi 2006

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 [[ ]]

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Millenia - Sett ta' Marċi għal Festa tal-Madonna ta' Loretu - Mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2000) 2000 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Lauretana - Sett ta' Marċi fl-okkazjoni tal-Festa tal-Madonna ta' Loreto 2002 - Mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2002 2002 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi Viva ix-Xemx - Sett ta' Marċi fl-okkazjoni tal-Festa tal-Madonna ta' Loretu - Mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2003) 2003 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mid-Dar ta' Marija Festa 2004 - Sett ta' Marċi fl-okkazjoni tal-Festa tal-Madonna ta' Loretu - Mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2004) 2004 *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi 150 Sena Parroċċa - Sett ta' Marċi fl-okkazjoni tal-150 sena minn meta Ghajnsielem sar Parroċċa (1855 - 2005) - Mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2005) 2005 *
No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - fl-okkazjoni tas-Sena tal-Ġublew il-Kbir (Sena 2000) - Mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2000) 2000 *

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 70 Anniversarju mill-Festa tal-Madonna ta' Loreto (1928-1998) - Mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (1998) 1998 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Euphonia sett ta' Marċi fl-okkazjoni tal-Festa tal-Madonna ta' Loretu 2006 - mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2006) 2006 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 1928 - sett ta' Marċi fl-okkazjoni tal-Festa tal-Madonna ta' Loretu 2008 - mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2008) 2008 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Il-Ġawhra - sett ta' Marċi fl-okkazjoni tal-Festa tal-Madonna ta' Loretu 2010 - mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2010) 2010 *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Il-Meravilja - sett ta' Marċi Brijużi fl-okkażjoni ta' l-innawgurażżjoni tal-Arkivju Mużikali - mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2012) 2012 *
06 Santa Casa - Sett ta' Marċi Brijużi f'għeluq l-ewwel Ċentinarju mill-Proklamazzjoni tal-Verġni ta' Loreto bħala l-Patruna tal-Avjazzjoni u f'għeluq it-tieni Ċentinarju mill-bini tal-Knisja l-Qadima u l-wasla tal-Kwadru Titulari (2023) 2023 *
No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Sul Calvario - mill-Għaqda Mużikali San Ġiużepp (Għajnsielem) (2007) 2007 *

Programmes and Publications

Memorials

External links

[1]