Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M.

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Lis-Storja tas-Soċjetà Mużikali Santa Margerita V.M.

Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (1997)

Kronaka tal-Avvenimenti u Attivitajiet Prinċipali tas-Soċjetà Mużikali Santa Margerita V.M. 1997 – 2021

It-Tlieta 28 t’ Ottubru 1997 – Grupp ta’ erba’ persuni ltaqgħu fil-pjazza tar-raħal Ta’ Sannat fejn hemm iddiskutew il-possibbiltà lil fir-raħal titwaqqaf banda.

Il-Ħadd 2 ta’ Novembru 1997 – Saret l-ewwel laqgħa uffiċċjali li għaliha attendew erbatax-il persuna. Din il-laqgħa saret fil-post numru 16B, fi Triq Dun Xand Aquilina, Ta’ Sannat.

Il-Ħadd 30 ta’ Novembru 1997 – Saret laqgħa fis-sala parrokkjali għal dawk kollha li kienu nteressati biex jibdew jitgħallmu l-mużika.

Is-Sibt 13 ta’ Diċembru 1997 – Ġiet organizzata l-ewwel ikla tal-Milied mill-kumitat. Din saret f’Palazzo Margerita u waqt l-ikla, grupp ta’ tfal mir-raħal ipparteċipaw bi vjolini, pjanu u flawt.

Il-Ħadd 25 ta’ Jannar 1998 – Ġiet ippubblikata u tqassmet mar-raħal Ta’ Sannat l-ewwel kopja tal-fuljett. Permezz ta’ dan il-fuljett il-poplu Sannati bdiet tasallu l-informazzjoni ta’ dak kollu li kien qed iseħħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Santa Margerita.

Is-Sibt 31 ta’ Jannar 1998 – Sitta u sittin student attendew għall-eżami tat-teorija li sar fis-sala tal-iskola primarja. Il-Ħadd 1 ta’ Marzu 1998 – Saret l-ewwel votazzjoni uffiċjali għall-membri tal-kumitat fl-iskola primarja tar-raħal. Biex tmexxi din il-votazzjoni, li għaliha kien hemm mija u sebgħin tesserat, nħatret kummissjoni apposta magħmula minn tliet persuni li ħadu ħsieb dan il-proċess.

Is-Sibt 4 ta’ Lulju 1998 Waslet fostna l-istrumentatura kollha tal-banda Santa Margerita. B’kollox kien hemm tlieta u erbgħin strument u kienu jiswew Lm24,583 (€57,263).

Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 1998 – Sar it-tberik tal-istrumenti fil-knisja parrokkjali Ta’ Sannat minn Mons. Isqof Nikol G. Cauchi.

Is-Sibt 11 ta’ Lulju 1998 – Sar il-kuntratt tax-xiri ta’ post ċentrali fil-pjazza tar-raħal biex dan iservi bħala s-sede tas-Soċjetà Mużikali Santa Margerita V.M.

Is-Sibt 18 ta’ Lulju 1998 – Ittellgħet għall-ewwel darba bandiera fuq il-bejt tal-każin wara li kienu saru xi xogħlijiet infrastrutturali. Dakinhar ukoll infetaħ għall-ewwel darba il-każin għall-pubbliku.

Is-Sibt 1 t’ Awwissu 1998 – Saret l-ewwel lezzjoni fuq il-prattika tal-istrument. L-ewwel lezzjonijiet li saru kienu dawk fuq l-istrumenti tar-ramm minn George Camilleri. Il-lezzjonijiet tal-qasba bdew ftit jiem wara minn Mro. Joseph Debrincat

L-Erbgħa 23 ta’ Settembru 1998 – Beda’ x-xogħol ta’ tħammil u tqegħid tal-pedamenti fuq il-parti ta’ wara tal-każin.

Il-Ġimgħa 2 t’ Ottubru 1998 – Saret l-ewwel ġabra għad-donazzjonijiet madwar it-toroq tar-raħal Ta’ Sannat.

Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 1998 – Fil-każin saret l-ewwel laqgħa ġenerali annwali. Numru ferm sabiħ ta’ tesserati attendew bi ħġarhom għal din il-laqgħa.

L-Erbgħa 5 ta’ Mejju 1999 – Ingħaqad is-sett tal-istrumenti fejn ġew mixtrija s-sezzjoni tal-perkussjoni: katuba, platti u drums. Dawn inxtraw għas-somma ta’ Lm600 (€1398).

It-Tnejn 1 ta’ Ġunju 1999 – Beda x-xogħol tal-bini fuq in-naħa ta’ wara tal-każin. Minbarra x-xogħol fil-ġebel, ingħata wkoll il-konkos fil-bitħa, s-saqaf u t-taraġ prinċipali.

Il-Ħadd 24 ta’ Settembru 1999 – Mro. Joseph Debrincat għamel l-ewwel kunċert tal-banda Santa Margerita fil-foyer tal-iskola primarja tar-raħal.

Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 1999 – Il-banda Santa Margerita daqqet għall-ewwel darba fil-knisja fin-novena. Għal din l-okkażjoni ndaqqu carols tal-Milied.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru 1999 – Waslet l-uniformi kompluta tal-bandisti. Din kienet tikkonsisti fi brieret, spalletti u ngravajjet bl-arma tal-banda rrakkmata fuqhom.

Il-Ġimgħa 24 ta’ Diċembru 1999 – L-ewwel ħarġa uffiċjali tal-banda tas-Soċjeta Santa Margerita V.M. meta ndaqqu carols tal-Milied fi Pjazza Indipendenza, fil-Victoria (Rabat). Għal din l-attività ġiet ukoll imżanżna l-uniformi l-ġdida.

Il-Ħadd 26 ta’ Diċembru 1999 – Il-banda tas-Soċjeta Santa Margerita V.M. għall-ewwel darba takkumpanja il-Purċissjoni tal-Bambin li kull sena tiġi organizzata mis-soċjetà tal-Museum f’raħalna.

Il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2000 – Il-banda tas-Soċjeta Santa Margerita V.M. għamlet l-ewwel servizz tagħha barra mir-raħal. Dan kien fl-okkażjoni tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla li sar fil-Munxar u li għall-ewwel darba l-banda mmarċjat. Fl-istess ġurnata wkoll ttieħed l-ewwel ritratt uffiċjali tal-banda quddiem Palazz Palina f’ Ta’ Ċenċ.

It-Tnejn 17 ta’ Lulju 2000 – Il-banda tas-Soċjeta Santa Margerita V.M. ddoqq għall-ewwel darba waqt il-ħruġ tal-vara titulari ta’ Santa Margerita min-niċċa. Il-knisja kienet maħnuqa bin-nies għal din l-okkażjoni.

Il-Ħadd 23 ta’ Lulju 2000 – Fost ħafna ferħ, emozzjonijiet u sodizfazzjon kbir, il-Banda as-Soċjeta Santa Margerita V.M. akkumpanjat il-vara titulari b’innijiet reliġjużi waqt il-purċissjoni. Din kienet l-ewwel okkażjoni fejn il-banda semmgħet leħinha madwar it-toroq prinċipali tar-raħal Ta’ Sannat.

It-Tnejn 7 t’ Awwissu 2000 – Jitkompla x-xogħol tat-twaqqigħ tal-parti ta’ quddiem tal-każin u tal-faċċata.

It-Tnejn 25 ta’ Settembru 2000 – Jibda’ x-xogħol tat-tħammil tal-kantina fil-parti ta’ quddiem tal-każin.

Is-Sibt 25 ta’ Novembru 2000 – Jibda’ x-xogħol ta’ tqegħid tal-ġebel kollu lavur tal-faċċata tal-każin.

Il-Ġimgħa 28 t’ April 2001 – Il-banda tas-Soċjeta Santa Margerita V.M għall-ewwel darba għamlet marċ b’innijiet brijużi fl-okkażjoni ta’ Jum Sannat.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2001 – F’Palazzo Margerita sar ir-recording tal-ewwel sett ta’ marċi brijużi.

Il-Ħadd 24 ta’ Ġunju 2001 – Il-banda Santa Margerita għamlet l-ewwel servizz tagħha barra mir-raħal fl-istaġun tal-festi. Dan is-servizz kien il-marċ ta’ filgħodu fix-Xewkija u flimkien mal-banda Santa Margerita kien hemm il-Banda tad-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863.

Is-Sibt 7 ta’ Lulju 2001 – Ħareġ għall-pubbliku l-ewwel CD tal-banda Santa Margerita bl-isem Ward u Kant.

Is-Sibt 21 ta’ Lulju 2001 – Wara li l-banda ħadet sehem fil-marċ tat-traslazzjoni, għall-ewwel darba daqqet ukoll il-marċ brijuż ta’ lejlet il-festa filgħaxija. Dan il-marċ beda’ minn Triq il-Kbira.

Il-Ġimgħa 4 ta’ Jannar 2002 – Wasal il-madum tas-sala u beda’ t-tqegħid tiegħu minn diversi voluntiera.

It-Tlieta 23 ta’ Lulju 2002 - Saret l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-banda Santa Margerita. Waqt il-programm mużikali li ttella’ apposta, il-banda daqqet ukoll għall-ewwel darba, l-Innu l-Kbir Giovanette ta’ Mro. Giuseppe Giardini Vella. Il-President ta’ Malta, il-Prof. Dr. Guido de Marco, kixef irħama li kkommemorat din l-okkażjoni.

Il-Ħadd 23 ta’ Frar 2003 – Il-banda Santa Margerita ħadet sehem fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-monument ta’ Mro. Vincenzo Caruana Spiteri li tqiegħed fi Pjazza Cocco Palmeri.

Is-Sibt 18 t’ Ottubru 2003 – F’Jum il-Konsagrazzjoni tal-knisja, nfetħu uffiċċjalment iċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji tal-elf u seba’ mitt sena mill-martirju ta’ Santa Margerita, fejn il-banda Santa Margerita għamlet marċ madwar il-pjazza.

Is-Sibt 1 ta’ Mejju 2004 – Il-banda Santa Margerita flimkien ma’ baned oħrajn Għawdxin ħadu sehem fi sfilata fir-Rabat fl-okkażjoni tat-tkabbir tal-pajjiżi Ewropej.

Il-Ħamis 22 ta’ Lulju 2004 – Flimkien mall-poplu Sannati, il-banda Santa Margerita tilqa’ fostna ir-relikwija insinji tar-ras ta’ Santa Margerita fil-port tal-Imġarr. Il-banda akkumpanjat ukoll ir-relikwija mid-daħla ta’ raħalna sal-knisja. Għal din l-okkażjoni żżanżnu il-pavaljun bid-drapp tal-gallerija u l-bandiera l-kbira.

Is-Sibt 24 ta’ Lulju 2004 – Akkumpanjament tat-traslazzjoni bil-banda, li din is-sena ġiet iċċelebrata b’mod speċjali peress li ttawlet ir-rotta tagħha u għaddiet minn Triq Santa Marija.

It-Tlieta 17 t’ Awwissu 2004 – Il-banda Santa Margerita tħalli xtutna għall-ewwel darba bid-destinazzjoni tkun Ruma. Dan kien fl-okkazjoni tal-iffirmar tal-ġemellaġġ ta’ raħalna mar-raħal ta’ Pisoniano.

Is-Sibt 21 t’ Awwissu 2004 – Jindaqq l-innu marċ ta’ Santa Margerita fil-katidral iddedikat lil istess qaddisa f’Montefiascone. Wara sar marċ madwar it-toroq ta’ dan ir-raħal. Matul din il-mawra, il-banda kellha diversi okkażjonijiet fejn iddoqq, fosthom f’festival ta’ baned Taljani fir-raħal ta’ Cerreto Laziale.

L-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2005 – Għall-ewwel darba l-banda Santa Margerita daqqet sett ta’ marċi funebri waqt il-purċussjoni tal-Ġimgħa l-Kbira organizzata mill-parroċċa ta’ San Gorġ.

Is-Sibt 9 ta’ Lulju 2005 – Il-banda għamlet l-ewwel servizz f’Malta fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu f' il-Gżira.

Il-Ħadd 5 ta’ Marzu 2006 – Il-Kumitat flimkien mal-bandisti jagħtu merħba lill-Isqof Mario Grech bid-daqq tal-innu pontifiċju waqt żjara uffiċjali fis-sede tas-soċjetà.

Il-Ħamis 6 t’ April 2006 – Ittellgħet l-ewwel serata mużiko-letterarja mill-banda Santa Margerita bl-isem Ma’ Marija Taħt is-Salib. Għal din l-okkażjoni żżanżnu erba’ responsorji ta’ Mro. Vincenzo Caruana Spiteri li nkitbu fi Frar 1925 u li ġew rregalati lill-banda minn Mro. Joseph Debrincat.

It-Tnejn 11 ta’ Settembru 2006 – Il-banda Santa Margerita terġa tħalli xtutna, din id-darba b’mawra fil-Ġermanja fl-ibliet ta’ Űberlingen Am Ried u Singen. Matul din il-mawra ta’ ġimgħa kellna l-okkażjoni li ntellgħu programm mużikali mal-banda Űberlingen.

It-Tlieta 17 ta’ Lulju 2007 – Ġurnata memorabbli oħra fl-istorja tas-Soċjetà, peress li f’dan il-jum saret l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-każin. Għall-programm li ttella’ għal din l-okkażjoni, kien hemm preżenti l-President ta’ Malta, Dr. Edward Fenech Adami, li fetaħ b’mod uffiċċjali l-każin tas-Soċjetà Mużikali Santa Maargerita u Mons. Isqof Mario Grech li bierek irħama kommemorattiva tal-okkażjoni.

Il-Ħadd 4 ta’ Novembru 2007 – Parteċipazzjoni tal-banda Santa Margerita flimkien mal-banda tas-Soċjetà Filarmonika La Stella A.D. 1863 fl-okkażjoni tal-pussess ta’ Mons. Pawl Cardona bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Ġorġ.

Il-Ħamis 24 ta’ Lulju 2008 – Sar il-marċ brijuż tal-Ħamis li fih ħadu sehem il-banda Santa Margerita u l-banda Űberlingen mill-Ġermanja. Dan il-kontinġent ta’ tnejn u sittin persuna waslu f’raħalna l-ġurata ta’ qabel u baqgħu fostna matul il-jiem kollha tal-festa. Dan l-iskambju seħħ wara li l-banda kienet żaret pajjiżhom is-sena ta’ qabel.

Il-Ħadd 27 ta’ Lulju 2008 – Il-vara titulari ta’ Santa Margerita waqt il-purċissjoni kienet akkumpanjata minn massed band magħmula mill-banda Santa Margerita u l-banda Űberlingen.

Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju 2009 – Għall-ewwel darba l-banda Santa Margerita ħadet sehem fil-marċ tad-dimostrazzjoni tal-festa ta’ Santa Margerita flimkien mal-banda tas-Soċjeta Filarmonika Victory tax-Xagħra.

Is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2009 – Ġiet organizzata għall-ewwel darba s-Serata ta’ Rikonoxximent. Għal din l-attività jiġu mistiedna l-ġenituri tal-alljievi kollha biex jassistu għal serata fejn uliedhom stess idoqqu xi siltiet mużikali.

It-Tlieta 22 ta’ Frar 2011 – Il-banda Santa Margerita skjerat ruħha maġenb iż-żuntier tal-knisja u daqqet marċijiet funebri waqt il-funeral tal-benefattur kbir tagħha Dun Manwel Spiteri.

It-Tlieta 25 ta’ Diċembru 2011 – Għall-ewwel darba l-banda tas-Soċjeta Santa Margerita V.M. toħroġ tferraħ lin-nies ta’ raħalna bid-daqq tal-carols f’Jum il-Milied filgħodu.

Il-Ħamis 19 ta’ Lulju 2012 – Waslet fostna l-istatwa ta’ Santa Margerita maħduma minn Aaron Camilleri Cauchi. Din tpoġġiet fin-niċċa tagħha fil-każin nhar il-Ħamis 2 t’ Awwissu 2012.

Il-Ħadd 17 ta’ Marzu 2013 – Il-banda tas-Soċjeta Santa Margerita V.M. flimkien mal-banda tas-Soċjetà Filarmonika La Stella A.D. 1863 akkumpanjaw lill-Kan.John Muscat fl-okkażjoni tal-pussess tiegħu bħala kappillan tal-Fontana.

Il-Ħadd 31 ta’ Marzu 2013 - Għall-ewwel darba l-banda Santa Margerita tieħu sehem f’purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Din kienet fir-raħal tal-Fontana.

Is-Sibt 8 ta’ Ġunju 2013 – Tiġi uffiċċjalizzata l-ħatra ta’ Mro. George Apap bħala d-direttur mużikali ġdid tal-banda tagħna. Dan sar permezz ta’ laqgħa mal-membri tal-kumitat u l-bandisti.

It-Tnejn 22 ta’ Lulju 2013 – Mro George Apap jidderieġi għall-ewwel darba l-banda Santa Margerita waqt il-programm mużikali tal-festa. Waqt dan il-programm ġiet ukoll imbierka l-istatwa l-ġdida minn Mons. Lawrenz Sciberras.

Is-Sibt 30 ta’ Novembru 2013 – Fl-okkażjoni tal-mitejn sena mit-twelid tal-kompożitur ċelebri Giuseppe Verdi, il-banda Santa Margerita tellgħet il-programm Verdi 200, kollu siltiet minn opri miktuba minn dan il-kompożitur. Dan kien avveniment verament uniku fl-istorja tas-Soċjetà Mużikali Santa Margerita V.M.

Il-Ġimgħa 25 t’ April 2014 – Wara li esegwiet programm mużikali fl-okkażjoni ta’ Jum Sannat, imtella’ mill-Kunsill Lokali, il-Banda Santa Margerita ġiet onorata bil-premju Ġieħ Sannat.

Il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru 2014 – Ġie organizzat għall-ewwel darba programm mużikali fi żmien il-Milied bl-isem The Grand Christmas Concert.

Il-Ħamis 23 t’ April 2015 – Tasal fostna kunsinna statwi li huma replika tal-istatwa titulari ta’ Santa Margerita.

It-Tnejn 20 ta’ Lulju 2015 – Il-banda Santa Margerita flimkien mal-banda tas-Soċjeta Filarmonika Victory tax-Xagħra akkumpanjaw lil Dun Michael Curmi fl-okkażjoni tal-pussess tiegħu bħala arċipriet tal-parroċċa Ta’ Sannat.

Is-Sibt 1 t’ Ottubru 2016 – Il-banda tas-Soċjetà Mużikali Santa Margerita V.M. tellgħet programm mużikali quddiem il-każin fl-okkażjoni tal-iffirmar tal-ġemellaġġ li l-Kunsill Lokali Ta’ Sannat għamel mal-belt ta’ Montefiascone, fl-Italja. Għal din l-attività kien hawn preżenti delegazzjoni ta’ madwar erbgħin persuna minn Montefiascone.

L-Erbgħa 5 ta’ Lulju 2017 – Fl-okkażjoni tal- għoxrin sena mit-twaqqif tal-banda nħareġ double cd: 20th Anniversary, b’sett ta’ marċi brijużi u Sponsa Christi, b’sett ta’ innijiet reliġjużi akkumpanjati bil-kant.

It-Tnejn 21 ta’ Jannar 2019 – Il-banda Santa Margerita skjerata fuq iz-zuntier b’daqq ta’ innijiet Marjani, flimkien mall-poplu ta’ Sannat tagħti merħba u tilqa’ fostna l-inkwadru tant devot tal-Madonna ta’ Pinu.

Il-Ħamis 25 ta’ Lulju 2019 - Tasal fil-każin tagħna uniformi ġdida. Din iżżanżnet mill-bandisti tagħna waqt il-purċissjoni solenni tal-festa, il-Ħadd 28 ta’ Lulju 2019.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2020 – Wara diversi ġimgħat ta’ inċertezzi relatati mal-pandemija Covid-19, fejn il-ħajja u r-rutina ta’ kuljum prattikament waqfu ħesrem, il-kumitat għamel l-ewwel laqgħa tiegħu b’mod virtwali.

Il-Ħadd 27 ta’ Lulju 2020 – Peress li l-organizazzjoni tal-festa ta’ Santa Margerita kienet limitata minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, l-planċier ma ġiex armat u għalhekk il-banda Santa Margerita daqqet l-innu Giovanette minn fuq iż-żuntier.

Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020 – Din is-sena kien imiss lis-Soċjetà mużikali Santa Margerita V.M. biex torganizza l-festa ta’ Santa Ċeċilja fir-raħal Ta’ Sannat. Delegazzjoni ta’ rappreżentanti tal-baned Għawdxin u tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda kienu preżenti bl-istendardi rispettivi tagħhom għaċ-ċelebrazzjoni li saret fil-knisja. Wara ndaqqu numru ta’ marċi quddiem il-każin.

Is-Sibt 24 ta’ Lulju 2021 – Peress li matul is-sajf kollu ma ġewx iċċelebrati festi fuq barra minħabba l-pandemija tal-Covid=19, l-unika attività permessibbli kienet il-programm mużikali annwali tal-banda li għal din is-sena sar is-Sibt, lejlet il-festa titulari ta’ Santa Margerita. Biex dan il-programm sar, kellhom jiġu osservati diversi miżuri imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru 2021 - Ftuħ uffiċċjali taċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġublew tal-fidda tal-Banda Santa Margerita. Din kienet tikkonsisti f’quddiesa fejn il-banda Santa Margerita animat din il-konċelebrazzjoni permezz tad-daqq. Għal din l-okkażjoni ndaqqet l-quddiesa ta’ Mro. Daniele Carnevali. Wara l-banda ħarġet quddiem il-każin u daqqet l-Innu tal-Banda u fl-istess waqt ġiet inawgurata sistema ta’ dwal ġodda mal-faċċata tal-każin. Imbagħad fis-sala tal-każin saru diskorsi mill-president tas-Soċjetà Dr. Charles Gauci u mill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Clint Camilleri. Wara sar il-ftuħ uffiċjali ta’ wirja bl-istorja tal-banda Santa Margerita tul dawn il-ħamsa u għoxrin sena. L-Arċipriet Dun Michael Curmi bierek lil dawk preżenti.

It-Tnejn 18 ta’ April 2022 - Wara li xhur ilu tlesta l-bini tal-kamra li bnejna fuq is-sala tal-każin, issa kien imiss li jinbeda x-xogħol ta’ kisi, tqegħid ta’ madum u żebgħa. B’hekk ser ikollna aktar spazju fejn jista’ jsir it-tagħlim tal-mużika u anke l-kunċerti.

L-Erbgħa 20 ta’ Lulju 2022 - Fil-jum liturġiku ta’ Santa Margerita ġie mtella’ l-programm annwali. Fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju saru diversi preżentazzjonijiet lill-membri tal-ewwel kumitat fundatur, lill-presidenti u lis-surmastrijiet, lill-membri tal-kumitat preżenti u kif ukoll lill-arċipriet u lis-sindku. F’din l-okkażjoni żżanżnet ukoll bandiera ġdida li ttellgħet fuq mal-arblu minn quddiem il-bieb tal-każin. Wara sar ukoll il-kxif ta’ irħama kommemorattiva.

Il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2022 – Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tas-soċjetà, fil-knisja parrokkjali ta’ raħalna għall-ewwel darba ttella’ l-Oratorju MARGERITA T’ANTIJOKJA. Kliem ta’ Joe Mifsud, u mużika ta’ Mro. Raymond Sciberras. Id-direzzjoni mużikali kienet f’idejn is-surmast tal-banda Santa Margerita Mro. George Apap. Flimkien mal-banda Santa Margerita ħadu sehem hemm ukoll erba’ kantanti solisti, il-kor Ulied Margerita u narratur. Għal din l-okkażjoni hekk mistennija, speċjali, ta’ kalibru u prestiġjuża, kien hemm attendenza fenomenali fejn il-knisja kienet litteralment ippakkjata bin-nies. Din hija ġurnata li ser tibqa’ mmarkata b’ittri tad-deheb fl-istorja tas-Soċjetà Mużikali Santa Margerita!

Il-Ħadd 13 ta’ Novembru 2022 - Fl-għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju saret quddiesa ta’ ringrazzjament li kienet immexxija minn Mons. Lawrenz Sciberras, direttur spiritwali tas-Soċjetà. Wara l-quddiesa sar it-tberik ta’ sitt stendardi ġodda u bandalora ġdida tal-bellus irrakkmata b’ħajt tad-deheb, li saret bħala tifkira ta’ dan l-anniversarju. Dritt wara sar marċ fl-akkwati ta’ Cocco Palmeri li kien akkumpanjat b’dawn l-istendardi u l-bandalora.

L-Erbgħa 19 ta’ Lulju 2023 – Waqt il-programm annwali li l-banda ttella’ fil-ġimgħa tal-festa, ġie mfakkar l-għaxar anniversarju mill-ħatra ta’ Mro. Goerge Apap bħala d-direttur mużikali tal-banda Santa Margerita. Għal din l-okkażjoni huwa ġie ppreżentat b’bakketta tal-fidda bħala tifkira.


Tagħif miġbur mis-Sur Paul Vella Segretarju tass-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M.

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Joseph Debrincat 1998 2013
02 George Apap 2013

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Mons. Lawrenz Sciberras M.A.S.S. L,. S.TH.L. Capp. S.S 1998 2000
02 Dr. Patrick Sciberras M.D. 2000 2010
03 Kav. Emmanuele Terrible KRS 2010 2020
04 Kont. Dr. Charles A. Gauci M.D. 2020

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Patrick Grima 1996 2002
02 Joe Galea 2023 2024
03 Patrick Grima 2024 2025
04 Paul Vella 2006

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Paul Vella 1998 2005
02 Paul Buttigieg 2006 2006
03 Robert Muscat 2007 2009
04 Emmanuel terribile 2010 2010
05 Publius Borg 2011 2012
06 Joseph Mizzi 2013

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festival Marches - Marċi Brijuzi - Ward u Kant (2001) - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (Vol.01) 2001 *
02 Festival Marches - Marċi Brijuzi - Margherita Martyrum - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (Vol.02) (2003) 2003 *
03 Festival Marches - Marċi Brijuzi - Margerita t'Antijokja - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (2005) (Vol.04) (2005) 2005 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 10 th. Anniversary - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (2007) (Vol.05) (2007) 2007 *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Ferħ U Festa - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (2009) (Vol.06) (2009) 2009 *
06 Festive Marċi - Marċi Brijuzi - The Martyr of Antioch - mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. Sannat - Għawdex (Vol.07) (2011) 2011 *
07 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 325 Sena Parroċċa - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (2013) (Vol.08) (2013) 2013 *
08 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 125 Sena Fostna - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (2015) (Vol.09) (2015) 2015 *
09 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 20th. Anniversary - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (2017) (Vol.10) (2017) 2017 *
10 25 Anniversary - Silver Jubilee 2022 (1987-2022) (Vol.12) - Mis-Soċjeta' Mużikali Santa Margerita V.M. A.D. 1997 2022 *

Other Cd's

No Name of Other Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Hymns Marches - Innijiet Reliġjużi - Fjur tal-Martri - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (Vol.3) (2004) 2004 *
02 Hymns Marches - Innijiet Reliġjużi - Sponsa Christi - Band Hymns in Honour of St Margaret - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Margerita V.M. (2017) (Vol.11) (2017) 2017 *

Programmes and Publications

Memorials

External links