Carmelo Caruana (bandmaster)

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
File:Mrocarmelocaruana.jpg
Mro. Carmelo Caruana

Mro. Carmelo Caruana twieled fil-Ħal-Luqa fit-3 ta' Novembru 1927. Missieru kien Ġwann Battista u ommhu Ġiovanna nee’ Farrugia. Fil-21 ta' Novembru, 1954 kien iżżewweġ lil Evelyn Mizzi f’ Ħaż-Żabbar. Huwa kien impjegat bħala Draughtsman fit-Tarzna ta’ Malta fejn anke kien jidderieġi l-Banda tat-Tarzna. U kellhom żewġ ulied, Joan u Joseph li huwa wkoll mużikant u bandist u illum surmast ma diversi baned Mro. Joseph Caruana.

Tfulitu

Sa mill dejjem kellu rabta kbira ma’ l-Għaqda Mużikali Sant' Andrija, peress li missieru Gio Batta Caruana kien attiv sew fil-każin u għal diversi snin kien direttur tal-każin u kaxxier wkoll, kif wkoll President fi żmien l-Gwerra bejn l-1944 u 1945 u b’hekk kien jieħu miegħu spiss lil ibnu l-każin.

Mro. Carmelo Caruana kien ukoll membru tal-kumitat u serva f’bosta karigi fosthom ta’ Segretarju u Arkivista. Kien membru fil-kumitat bħala arkivista meta fl-1952 l-Għaqda għalqet 70 sena u ġie inawgurat l-każin prezenti flimkien ma’ strumentatura ġdida u Arkivju Mużikali ġdid. Propju fl-2002 meta l-Għaqda fakkret l-50 sena min din il-ġrajja l-Għaqda ppreżentat memento lilu kif ukoll lil Frans Mifsud, l’ uniċi tnejn li kienu għadhom ħajjin min dak il-kumitat. Mro. Carmelo Caruana kien wieħed minn tal-ewwel li nħatar Membru Onorarju tal-Għaqda.

Bla dubju l-akbar talent li kellu Mro. Carmelo Caruana kien fil-kamp mużikali. Kif kienet drawwa f’dawk iż-żminijiet, jiġifieri ftit qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, membri jew Bandisti kienu jgħallmu dak li jafu lill-oħrajn. Ma kienx hawn skejjel tal-mużika. Fil-każ ta’ Mro. Caruana, kien propju missieru Ġan Patist, li kien mużiċist, li beda jgħallmu. Maestro Vincenzo Caruana Spiteri, ukoll iben l-Għaqda Muzikali Sant’ Andrija kien iż-żiju tiegħu, ħu missieru. Mal-Banda Sant’ Andrija huwa ħareġ idoqq bil-kwartin. Kompla l-istudji tiegħu għand Mro. Antonio Muscat Azzopardi u wara tgħallem l-armonija u l-vjolin għand Mro. Agostino Camilleri, fejn nistgħu negħdu li maż-żmien sar speċjalizza fil-vjolin.

Bidu tal-Karriera Mużikali

Għal żmien twil kien jifforma parti mill-kappella tas-Surmast Lorenzo Galea tal-Birgu, u tas-Surmast Camilleri, magħrufa għal ħafna servizzi reliġjużi f’diversi knejjes ta’ Malta u Għawdex. Beda l-karriera tiegħu bħala Surmast mal-Banda Sant’ Andrija fejn dan idderieġa ghal diversi darbi bħala ‘co-director’ tal-banda. L-ewwel darba li dderieġa l-Banda Sant’ Andrija uffiċjalment bħala sostitut tas-Surmast Antonio Muscat Azzopardi kien fil-15 t’Awwissu 1949, min dakinħar dderieġa lill-Banda għal bosta drabi. Is-Surmast ta’ dak iż-żmien, Mro. Antonio Muscat Azzopardi, kien jemmen li s-Surmast Caruana kellu talent mużikali kbir u għamel min kollox biex jgħin lil dan it-talent joħroġ fil-beraħ. Kienet drawwa ta’ Mro. Antonio Muscat Azzopardi li jrawwem lill-Mro. Caruana billi jħallieħ jidderieġi l-kunċerti tal-Banda. Kont tarhom wara l-kunċert jiddiskutu l-mużika magħżula, kif ukoll d-direzzjoni. Wara l-Gwerra b’Malta prattikament kollha mġarrfa, l-Banda ta' Sant' Andrija dejjem baqgħet attiva bil-kunċerti. Kienet l-hena ta' Mro Carmelo Caruana, kif ukoll ta' diversi bandisti oħrajn li joħorġu l-mużika u jdoqqu kuljum kull filgħaxija. Apparti Mro Carmelo Caruana (kwartin) trawmu diversi bandisti eċċezzjonali fosthom is-Surmast preżenti tal-Banda Sant' Andrija Mro. Paul Schembri (Euphonium), John Calleja (kurunetta), GianMari Busuttil (Baxx), Ġużeppi Bartolo (Trumbun) u diversi bandisti oħra ta' talent kbir li Mro. Caruana għaraf juża is-servizzi tagħhom tul iż-żmien tiegħu bħala Surmast ta’ baned oħra madwar Malta.

Drawwa oħra li tejbet it-talent tal-Mro Caruana kienet li Mro. Muscat Azzopardi kien jixtri diversi partituri orkestrali biex jiġu rranġati għal Banda Sant' Andrija kif ukoll għall-Banda tal-Għaqda Mużikali L'Isle Adam tar-Rabat fejn Mro. Muscat Azzopardi kien ukoll Surmast. Kien iħalli f’idejn Mro. Caruana biex jirranġa l-mużika. Mro. Carmelo Caruana żgur jibqa' magħruf għal kompożizzjonijiet u arranġamenti mużikali li għamel għal baned. Meta kont tidħol fl-istudju tiegħu fejn kien jikkomponi u jirranġa kont tħoss li dħalt f’tempju tal-mużika. Kull fejn iddawwar wiċċek tara kotba, partituri , CDs, kollox marbut mal-mużika.

Impressjonanti l’ammont ta’ arrangamenti li kellu arkivjat , kif ukoll jimperssjonak għax meta kont issaqsih għal xi biċċa muzika, kien jgħidlek, “Iva għandi żewġ arrangamenti”. Hu ipprepara tant xogħlijiet muzikali biex setgħu jkunu esegwiti mill-banda kemm dik immexxija minnu kif ukoll minn baned oħrajn. Xiehda ta’ dan Mro. Carmelo Caruana nħatar Maesto Onorarju ta’ diversi baned ma’ Malta. Fost dawn nsibu bla dubju lil Għaqda Muzikali Sant’ Andrija, Soċjeta Filarmonika Lourdes, Paola A.D. 1977, Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun, Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa u Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz tal-Birgu. Għat-talenti muzikali tiegħu kien magħżul bħala Surmast tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar fl-1963 fejn dam għal għaxar snin Surmast. Fl-1969 ma’ din l-istess banda dderieġa l-Innu Kantata lill-Appostlu Sant’ Andrija nħar il-Festa f” Ħal-Luqa.

Il-Banda King’s Own

Kien fl-1973 meta biex ingħaqad bħala Surmast tal-King’s Own kellu jħalli l-Banda ta’ Ħaż- Żabbar. Fil-każin tal-Banda tal-Belt huwa ġa kien ilu aktar minn għaxar snin bħala Assistent, jgħallem l-aljievi u jassisti lis-Surmast l-Maġġur Anthony Aquilina. Kien ukoll bandist ma’ din il-banda fejn kien jdoqq il-klarinett Piccolo. L-ewwel darba li dderieġa l-King’s Own kienet fil-Festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-L-Imqabba fl-1973. Sena wara fl-1974 ġie ċelebrat iċ-Ċentenarju mit-twaqqif tas-Soċjeta Filarmonika King's Own. Il-King’s Own taħt id-direżżjoni ta’ Mro. Carmelo Caruana esegwiet program fit-Teatru Manoel fejn daqqet is-Sinfonija Struensee ta’ Mayerbeer u Sinfonija ‘Dal Nuovo Mondo’ ta’ Dvorak li kollha spiċċaw b’applawsi kbar. Min dakinħar il-quddiem kienu biss suċċessi bil-programmi li ta’ kull sena l-Banda Ċittadina King’s Own kienet tesegwixxi madwar Malta u Għawdex, kif ukoll fil-programmi ġewwa l-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Nistgħu ngħidu li l-maġġoranza tal-karriera mużikali tiegħu nafuha ma’ din il-banda fejn dam għal 29-sena sħaħ. Fl-2002 kellu jirtira għal raġunijiet ta’ saħħa, bħala appreżżament tal-ħidma li għamel ma’ din il-Banda l-kumitat ħatru bħala Surmast Emeritus.

Baned Oħrajn

Mro. Carmelo Caruana jidderiġġi l-Banda

Mro. Carmelo Caruana kien ukoll Surmast tas-Soċjeta Filarmonika Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re bejn l-1987 u l-1993.

Għal sittax-il sena mexxa wkoll il-Banda tat-Tarzna fejn kien impjegat bħala draughtsman.

Huwa dejjem ħadem biex ikabbar u jgħallem is-sbuħija tal-mużika. Ħafna jiftakru il-programm ta’ Peter Paul Ciantar ‘Siesta’ kuljum wara nofsin]ar fuq FM Bronja. Dan kien program radjofoniku fejn l-Maltin kienu jitolbu biex jindaqqu diversi bċejjeċ ta’ mużika klassika. Kull nħar ta’ Ħamis is-Sur Ciantar kien iċempel lil Mro. Caruana biex fuq ir-radju jiddiskutu dwar xi kompożitur partikolari. Ukoll waqt il-kunċerti kien jħobb jispjega dwar il-mużika li ser tindaqq. L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija dejjem sabet l-appogg tas-Surmast Carmelo Caruana. Kien jiġi bil-qalb kollha jiltaqa ma’ sħabu membri tal-Għaqda. Kull meta is-Socċeta’ kellha bżonn xi biċċa mużika dan kien jgħaddiha lil arkivista ‘senza interessi’. Ukoll kull meta fil-ftit okkazjonijiet is-Surmast prezenti kien jkun ndispost huwa kien jidderieġi l-banda minfloku. Kien dejjem unur li banda tkun diretta f’xi okkazjoni minn Surmast ta’ dik il-kwalita’ speċjalment min bniedem li għamel isem għal Ħal-Luqa madwar Malta kollha.

Mewt

Mro. Carmelo Caruana miet nħar it-Tnejn 17 ta’ Jannar 2005 fl-għomor ta’ 78 sena. Il-Funeral sar fil-Knisja Parrokkjali tar-Raħal Ġdid. Fil-funeral tiegħu ħadu sehem żewġ baned Maltin. Il-Għaqda Soċjali u Mużikali Kristu Re, b’korteo ġewwa Raħal Ġdid. Kif ukoll sar Korteo ieħor f’ raħal twelidu, Ħal-Luqa, bil-Banda Sant’ Andrija. Kienu bosta id-diversi baned li kienu prezenti b’rapprezentat li marru bl-istandard tagħhom biex tagħtu l-aħħar tislima u rispett lill dan il-bravu Surmast fejn apparti l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija u L-Banda Kristu Re ta’ Raħal Ġdid li daqqew kien hemm rappresentati dawn il-baned, il-King’s Own Band tal-Belt Valletta, il-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, ta'iż-Żurrieq, l-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun, Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat, Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu, Soċjeta Mużikali Madonna tal-Ġilju u dik ta’ Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba, Soċjeta Mużikali Santa Katarina taż-Żurrieq, Soċjeta Filarmonika Lourdes, Paola A.D. 1977, Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq), Għaqda Mużikali Santa Marija - Qrendi tal-Qrendi u Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta.