Paul Schembri

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Paul Schembri

Mro. Paul Schembri M.I.S.M. M.I.W.M. twieled Ħal Luqa n]ar it-13 ta’ Frar 1931, iben Joseph u Maria Carmela nee’ Costa. Huwa dixxendent ta’ mużiċisti gwappi. Missieru kien vjolinista prim u nannuh kien baritonu fit-Teatru Rjal. Minn ċkunitu wera ġibda kbira lejn il-mużika u beda l-ewwel studji tiegħu f’din l-arti mal-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ raħal twelidu Ħal-Luqa. Hawn għamel progress mhux żgħir, għax ta’ 12-il sena kien daqq fil-pubbliku l-kompożizzjoni, mhux tant faċli, Un Concerto per Euphonium. Kompla l-istudji avanzati mużikali tiegħu taħt is-surmastrijiet Anton Muscat Azzopardi u Profs. Henry Galea.

Mro. Paul Schembri kien ingħaqad mal-Banda King’s Own u ftit wara sar is-solista tagħha fuq l-Euphonium u aktar tard, assistant surmast tagħha. Minbarra surmast direttur tal-Banda Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz u l-Għaqda Mużikali Sant' Andrija, għamel żmien surmast direttur tal-Għaqda Melita Banda San Ġużepp, Msida, Duke of Connaught's Own Band Club, Għaqda Mużikali Santa Marija - Qrendi u r-Royal Air Force Band (Malta). F’diversi okkażjonijiet, idderieġa wkoll baned Ingliżi u Skoċċiżi, fosthom il-Musselborough Trades Brass Band ta’ East Lothian, fl-Iskozja.

Mro. Schembri hu meqjus bħala wieħed mis-surmastrijiet diretturi ta’ ħila, kif ukoll kompożitur mill-aħjar. Għandu aktar minn 200 kompożizzjoni, fosthom marċi kemm brijużi kif ukoll funebri, valzi, sinfoniji u innijiet. Fost dawn jispikkaw il-fantasija Centenaria, is-sinfonija Chiara, l-overture Canena, il-marċ sinfoniku Deborah u s-sonatina La Tromba Magica. Kompożizzjonijiet li ħarġu minn taħt idejh jinsabu wkoll barra minn Malta, bħar-Renju Unit, il-Kanada u l-Awstralja.

Fl-1982, il-fantasija Centenaria kienet iddaħħlet f’kompetizzjoni ta’ mużika f’Londra u kienet rebbħitu Diploma of Merit. Għal ġmielha kienet laqtet ħafna lill-kompożitur magħruf Andrew Lloyd Weber, li kien jifforma parti mill-ġurija. Is-Surmast Paul Schembri ser jispiċċa mid-direzzjoni tal-Banda fis-sena 2015 minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

In 1982, he participated in a Competition in London the the Fantasia Centenaria where he won the Diploma of Merit. It must be said that this Fantasy was singled out by Mro Andrew Lloyd Webber, who was part of the jury. Mro Schembri ended his tenure at the club during the year 2015, due to health reasons.