Joseph Abela Scolaro

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Joseph Abela Scolaro, twieled il-Ħamrun fid-9 ta’ Frar, 1910. Sa minn meta kien tifel beda jitgħallem il-mużika għand missieru Carmelo Abela Scolaro, Surmast, Direttur, Professor u kornettista ta’ isem kbir u fundatur tal-Banda tat-Tfal ta’ l-Istitut San Ġużepp, il-Ħamrun.

Għalhekk, ibnu Joseph ma setax ma beniex fuq sisien tajba l-ewwel tagħrif ta’ l-arti mużikali. Studja l-pjanuforti, fil-bidu għand is-Surmast Luwiġ Vella, imbagħad għand il-pjanista Anġlu Abdilla u warajh għand is-Surmastrijiet Carlo Diacono u Carmelo Pace. Għand is-Surmast Diacono beda l-Armonija, imbagħad issokta l-istudju ta’ l-Armonija, il-Kontrapont, l-Istrumentazzjoni, Storja u Forma għand l-imsemmi Surmast Carmelo Pace li baqa’ jgħallmu sa wasslu biex jikseb dawn id-diplomi mill-London College of Music. Fl-1937, “Associate” (A. Mus. L.C.M.); fl-1945 “Licenciate” (L. Mus. L.C.M.) u fl-1950 “Fellowship” (F.L.C.M.).

Għamilha ta’ Surmast u Direttur tal-Banda tat-Tfal ta’ l-Istitut San Ġużepp, tal-Banda Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun, u l-Banda tas-Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880 ta’ Ħal Luqa. Iż-żewġ Baned, taħt it-tmexxija għaqlija tiegħu għaddew ħafna l-quddiem fl-arti anġelika.

Is-Surmast Joseph Abela Scolaro hu kompożitur ta’ fibra qawwija. Kiteb il-famużi Innijiet ta’ San Gaetano u ta’ San Andrea, xogħol ta’ studju profond tal-kontrapont u fugato; barra mis-“Soli” melodiji addattati għas-suġġett, dak ta’ San Gaetano hu mogħni b’kor bi tmien parti reali. Għad li l-kliem Malti hu minnu nnifsu iebes għall-kant, iżda l-Kompożitur għaraf irattbu u addattah għall-ħlewwa tal-mużika semi sagra. L-Innu ta’ San Andrija, versi bil-Latin ta’ Mons. Giuseppe Schembri, D.D., LL.D., Latinista u għaref kbir, irnexxa ħafna wkoll.

Għandu tiegħu il-“Vexilla Regis”, biċċa xogħol ta’ sengħa kbira, b’għeluq grandjuż maħdum b’ fuga u kontrapont. Din ġiet trasmessa minn fuq ir-Rediffusion, ingħoġbot u tfaħħret mill-ġurnali.

Barra minn “Poema Sinfonico” mibni fuq ġrajja ta’ mħabba traġika, is-Surmast Abela Scolaro hu wkoll il-Kompożitur ta’ żewġ sinfoniji: Slavonia u Alcestis. Ta’ l-ewwel imfassla fuq il-ħajja u d-drawwiet fis-Slavonja u ta’ l-aħħar mibnija fuq il-ġrajja tal-mitoloġija. Hu l-awtur ta’ Overtures, Selections u riduzzjonijiet għall-banda u ta’ operetta Cure for Colds, fi tliet taqsimiet.

Barra mill-mużika profana u operettika, is-Surmast Abela Scolaro kiteb ukoll mużika sagra bi stil xieraq skond il-liturġija. Ikkompona sitt quddisiet, tnejn minnhom iżżanżnu fil-Paroċċa San Gaetano il-Ħamrun, u r-Responsorji u l-Improperji tal-Ġimgħa l-Kbira. Sbieħ tassew huma In Monte Oliveti, O vos Omnes, Viae in lugent, it-talba A Maria Dolente u Madre Pietosa. Dawn flimkien mal-Vexilla Regis u l-Marċa Funebri Sul Golgota smajnihom minn fuq ir-Rediffusion fil-31 ta’ Marzu, 1947, esegwiti mit-Tenur Victor Cauchi, il-Baritonu Joe Bezzina u s-Sopran Mae Vella Saetta, kor ta’ tletin tifla u orkestra kompita.

Bosta huma l-alljevi tiegħu li kisbu suċċessi fl-arti fosthom insemmu lil W.R. Patri. Albert Borg, Agostinjan, li għandu beda l-kors tat-teorija u tal-pjanu, imbagħad taħt is-Surmast Carmelo Pace, u wara kors assidwu f’ Ruma, laħaq Maestro di Cappella tal-Kattidral ta’ Malta. Huwa jibqa’ magħruf bħala l-kompożitur tal-innu tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja għas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ.

Huwa żżewweġ lil Margerita Cilia fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt Valletta fl-10 ta’ Jannar 1946. Is-Surmast Joseph Abela Scolaro kien, għadu u jibqa’ dejjem marbut ma’ l-Arti benjamina tiegħu, il-Mużika.

Huwa miet fis-27 t’ April, 1979 f'Santa Venera.