Difference between revisions of "Tano Monseigneur"
m (removed Category:Composer; added Category:Composers from Malta using HotCat) |
|||
Line 182: | Line 182: | ||
{{DEFAULTSORT:Monseignrut, Tano}} | {{DEFAULTSORT:Monseignrut, Tano}} | ||
[[Category:A-Z of the Malta Music Scene]] | [[Category:A-Z of the Malta Music Scene]] | ||
[[Category: | [[Category:Composers from Malta]] | ||
[[Category:Born in 1973]] | [[Category:Born in 1973]] |
Latest revision as of 09:50, 10 August 2023
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
This page is a stub
Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.
Mro. Tano Monseigneur huwa kompożitur imwieled il-Ħamrun fil-25 ta’ April 1973.
Minn età żagħżugħa, beda jipprattika l-euphonium u s-solveġġ fil-Każin tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun ma’ Mro. Raymond Sciberras.
Kompla l-istudji tiegħu tal-euphonium ma’ Mro. Paul Borg li ppreparah għall-eżamijiet tal-London College of Music.
Fl-istess waqt, studja t-teorija, l-armonija u aktar tard il-kompożizzjoni ma’ Mro. Raymond Sciberras. Kiseb id-diplomi A(Mus)LCM fl-2003 u L(Mus)LCM fl-2009. Fl-2023 kiseb il-Fellowship mil-London College of Music, FLCM fil-kompożizzjoni, bi suite li kkompona għall-orkestra u kor bl-isem MELITA INVICTA.
Xogħlijiet tiegħu jinkludu bosta marċi brijużi u funebri, xogħlijiet oħra għall-banda, mużika għall-orkestra, siltiet għall-pjanu, mużika da kamera għal diversi strumenti u mużika għal korijiet. Ikkompona wkoll song cycle b’poeżiji tal-Professur Oliver Friggieri għal kantanti liriċi, kwartett tal-korda u pjanu.
Fl-2022 il-kompożizzjoni tiegħu għall-banda UNDER SIEGE, kienet waħda mir-rebbieħa f’kompetizzjoni organizzata mill-Fondazzjoni Kottonera bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Dan ix-xogħol ġie wkoll irrekordjat mill-Banda tal-Forzi Armati ta Malta.
F’konkors organizzat mis-Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Mġarr fl-2022, il-marċ proċessjonali tiegħu SULTANA TAL-ĦOLQIEN KOLLU kien wieħed mir-rebbieħa u ġie rrekordjat mill-istess banda.
Fl-2023 is-silta tiegħu għall-pjanu GAME OF FOURTHS, ġiet magħżula minn ġurija internazzjonali sabiex tindaqq fil-Malta Piano Festival 2023 f’kompetizzjoni organizzata mill-Malta Piano Academy - Dr Milica Lawrence.
Apparti li jikkomponi, preżentement, Tano Monseigneur huwa għalliem tal-lingwa Maltija u librar fl-iskola Sekondarja ta’ Ħad-Dingli fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola. Fil-fatt, f’bosta xogħlijiet minn tiegħu irnexxielu jżewweġ il-poeżija Maltija flimkien mal-mużika.
Xogħlijiet għall-Banda ta' Mro. Tano Monseigneur
Marċi Brijużi | Sena | Baned |
---|---|---|
Francesca | 2004 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun |
Maria | 2005 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun |
Vicentino | 2008 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun |
Gaspare Thiene | 2010 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun |
Zoey | 2012 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun |
Higgans | 2016 | Għaqda Soċjali u Mużikali Kristu Re |
Victorious | 2017 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun |
Mario-Phyllis | 2022 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun |
Festivus | 2023 | Għaqda Każin Banda San Filep, Ħaż-Żebbuġ |
Marċi Funebri | Sena | Baned |
---|---|---|
It-Triq tas-Salib | 2019 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun |
Fuq il-Golgota | 2023 | Għaqda Każin Banda San Filep, Ħaż-Żebbuġ |
Marċi Proċessjonali | Sena | Baned |
---|---|---|
Sultana tal-Ħolqien kollu | 2022 | Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema, Mġarr |
Teatino | 2023 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun |
Concert Pieces | Sena | Baned |
---|---|---|
Presepju ta’ tfuliti (versi Dun Karm Psaila) | 2017 | Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 |
Song without Words (ballad) | 2017 | Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema,Mġarr |
Lill-Banda San Gejtanu (versi Anton Buttigieg) | 2018 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun |
Boschetto Suite | 2019 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam Rabat |
Sinfonija Thiene | 2020 | Għaqda Mużikali San Gejtanu, Ħamrun |
O Gejtanu Patrun Maħbub (versi Renè Monseigneur) | 2021 | Għaqda Mużikali San Gejtanu, Ħamrun |
Under Siege | 2022 | Cottonera Foundation / Għaqda Każini tal-Banda |
Xogħlijiet Oħra ta' Mro. Tano Monseigneur
Mużika għall-Orkestra | Sena |
---|---|
L-Għanja tal-Imnikket (versi Rużar Briffa) | 2018 |
Melita Invicta (versi Ġużè Chetcuti) | 2023 |
Mużika għall-Pjanu | Sena |
---|---|
Contrasting Moods | 2016 |
Fusion for Piano | 2016 |
Game of Fourths | 2023 |
Mużika għal Korijiet | Sena | Kor |
---|---|---|
L-Għajn fil-Misraħ (versi Joe Friggieri) | 2019 | Vox Dulcis Chorale |
Aqta’ Fjura u Ibni Kamra (versi Immanuel Mifsud) | 2019 | Vox Dulcis Chorale |
Ġejja x-Xita (versi Mary Meilak) | 2019 | Vox Dulcis Chorale |
L-Għanja ta’ Marija (versi Anselm Sciberras) | 2021 | Vox Dulcis Chorale
- |
Poeżiji umoristiċi ta’ Anselm Sciberras | |
---|---|
Għal kantanti pop, strumenti tal-qasba u tar-ram, pjanu u perkussjoni | Sena |
Għad-dell ta’ diċ-ċipressa (ġabra ta’ epitaffji) | 2019 |
Ċlikki ċlikki mal-limerikki ... jew kważi (ġabra ta’ limerikki) | 2019 |
Erba’ grammi t’epigrammi (ġabra ta’ epigrammi) | 2020 |
U kemm uċuħ! (ġabra ta’ clerihew) | 2020 |
Karakteres Espanjoles (marċ Paso Doble) | 2020 |
Meta lwejt sieqi | 2020 |
X’jum hu? | 2020 |
Taħdita | 2020 |
Fuq il-bajja | 2020 |
Ġurnali | 2020 |
Song Cycle “ĦSUS” (poeżiji ta’ Oliver Friggieri) | |
---|---|
Għal sopran, tenur, baritonu, kwartett tal-korda u pjanu | Sena |
Mal-fanal hemm ħarstek tixgħel | 2021 |
Tal-biża’ din l-imħabba | 2021 |
Tgħid din kumbinazzjoni? | 2021 |
Il-bikja tal-Buskett | 2021 |
Karin u Raymond | 2021 |
Eh, forsi | 2021 |
Pellegrin distratt | 2021 |
Il-kelma tal-mewġa | 2021 |
Lil Malta rebbieħa | 2021 |
Xogħlijiet oħra | Sena |
---|---|
L-Innu tal-Liċeo (versi Joe Chircop) | 2000 |
Three miniatures for Oboe and Piano | 2011 |
A Brass Quartet | 2016 |