Tano Monseigneur

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Tano Monseigneur huwa kompożitur imwieled il-Ħamrun fil-25 ta’ April 1973.

Minn età żagħżugħa, beda jipprattika l-euphonium u s-solveġġ fil-Każin tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun ma’ Mro. Raymond Sciberras.

Kompla l-istudji tiegħu tal-euphonium ma’ Mro. Paul Borg li ppreparah għall-eżamijiet tal-London College of Music.

Fl-istess waqt, studja t-teorija, l-armonija u aktar tard il-kompożizzjoni ma’ Mro. Raymond Sciberras. Kiseb id-diplomi A(Mus)LCM fl-2003 u L(Mus)LCM fl-2009. Fl-2023 kiseb il-Fellowship mil-London College of Music, FLCM fil-kompożizzjoni, bi suite li kkompona għall-orkestra u kor bl-isem MELITA INVICTA.

Xogħlijiet tiegħu jinkludu bosta marċi brijużi u funebri, xogħlijiet oħra għall-banda, mużika għall-orkestra, siltiet għall-pjanu, mużika da kamera għal diversi strumenti u mużika għal korijiet. Ikkompona wkoll song cycle b’poeżiji tal-Professur Oliver Friggieri għal kantanti liriċi, kwartett tal-korda u pjanu.

Fl-2022 il-kompożizzjoni tiegħu għall-banda UNDER SIEGE, kienet waħda mir-rebbieħa f’kompetizzjoni organizzata mill-Fondazzjoni Kottonera bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Dan ix-xogħol ġie wkoll irrekordjat mill-Banda tal-Forzi Armati ta Malta.

F’konkors organizzat mis-Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Mġarr fl-2022, il-marċ proċessjonali tiegħu SULTANA TAL-ĦOLQIEN KOLLU kien wieħed mir-rebbieħa u ġie rrekordjat mill-istess banda.

Fl-2023 is-silta tiegħu għall-pjanu GAME OF FOURTHS, ġiet magħżula minn ġurija internazzjonali sabiex tindaqq fil-Malta Piano Festival 2023 f’kompetizzjoni organizzata mill-Malta Piano Academy - Dr Milica Lawrence.

Apparti li jikkomponi, preżentement, Tano Monseigneur huwa għalliem tal-lingwa Maltija u librar fl-iskola Sekondarja ta’ Ħad-Dingli fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola. Fil-fatt, f’bosta xogħlijiet minn tiegħu irnexxielu jżewweġ il-poeżija Maltija flimkien mal-mużika.

Xogħlijiet għall-Banda ta' Mro. Tano Monseigneur

Marċi Brijużi Sena Baned
Francesca 2004 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Maria 2005 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Vicentino 2008 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Gaspare Thiene 2010 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Zoey 2012 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Higgans 2016 Għaqda Soċjali u Mużikali Kristu Re
Victorious 2017 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Mario-Phyllis 2022 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Festivus 2023 Għaqda Każin Banda San Filep, Ħaż-Żebbuġ
Marċi Funebri Sena Baned
It-Triq tas-Salib 2019 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Fuq il-Golgota 2023 Għaqda Każin Banda San Filep, Ħaż-Żebbuġ
Marċi Proċessjonali Sena Baned
Sultana tal-Ħolqien kollu 2022 Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema, Mġarr
Teatino 2023 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Concert Pieces Sena Baned
Presepju ta’ tfuliti (versi Dun Karm Psaila) 2017 Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905
Song without Words (ballad) 2017 Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema,Mġarr
Lill-Banda San Gejtanu (versi Anton Buttigieg) 2018 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun
Boschetto Suite 2019 Għaqda Mużikali L'Isle Adam Rabat
Sinfonija Thiene 2020 Għaqda Mużikali San Gejtanu, Ħamrun
O Gejtanu Patrun Maħbub (versi Renè Monseigneur) 2021 Għaqda Mużikali San Gejtanu, Ħamrun
Under Siege 2022 Cottonera Foundation / Għaqda Każini tal-Banda

Xogħlijiet Oħra ta' Mro. Tano Monseigneur

Mużika għall-Orkestra Sena
L-Għanja tal-Imnikket (versi Rużar Briffa) 2018
Melita Invicta (versi Ġużè Chetcuti) 2023
Mużika għall-Pjanu Sena
Contrasting Moods 2016
Fusion for Piano 2016
Game of Fourths 2023
Mużika għal Korijiet Sena Kor
L-Għajn fil-Misraħ (versi Joe Friggieri) 2019 Vox Dulcis Chorale
Aqta’ Fjura u Ibni Kamra (versi Immanuel Mifsud) 2019 Vox Dulcis Chorale
Ġejja x-Xita (versi Mary Meilak) 2019 Vox Dulcis Chorale
L-Għanja ta’ Marija (versi Anselm Sciberras) 2021 Vox Dulcis Chorale

-

Poeżiji umoristiċi ta’ Anselm Sciberras
Għal kantanti pop, strumenti tal-qasba u tar-ram, pjanu u perkussjoni Sena
Għad-dell ta’ diċ-ċipressa (ġabra ta’ epitaffji) 2019
Ċlikki ċlikki mal-limerikki ... jew kważi (ġabra ta’ limerikki) 2019
Erba’ grammi t’epigrammi (ġabra ta’ epigrammi) 2020
U kemm uċuħ! (ġabra ta’ clerihew) 2020
Karakteres Espanjoles (marċ Paso Doble) 2020
Meta lwejt sieqi 2020
X’jum hu? 2020
Taħdita 2020
Fuq il-bajja 2020
Ġurnali 2020
Song Cycle “ĦSUS” (poeżiji ta’ Oliver Friggieri)
Għal sopran, tenur, baritonu, kwartett tal-korda u pjanu Sena
Mal-fanal hemm ħarstek tixgħel 2021
Tal-biża’ din l-imħabba 2021
Tgħid din kumbinazzjoni? 2021
Il-bikja tal-Buskett 2021
Karin u Raymond 2021
Eh, forsi 2021
Pellegrin distratt 2021
Il-kelma tal-mewġa 2021
Lil Malta rebbieħa 2021
Xogħlijiet oħra Sena
L-Innu tal-Liċeo (versi Joe Chircop) 2000
Three miniatures for Oboe and Piano 2011
A Brass Quartet 2016