Salvino Vella

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Salvinu Vella

Mro.Salvinu Vella twieled il-Mellieħa nħar l-10 ta' Settembru 1910, iben Carmelo Vella u Francesca, xebba Grima. Ta' disa' snin, beda jitħarreġ fil-mużika fic-Cirkolu Muzikali La Vittoria (Mellieħa).

Huwa għażel li jitgħallem il-Kwartin, tant mexa 'l quddiem fit-tagħlim ta' dan l-istrument, li f'qasir żmien, ġie magħżul bħala Prim Kwartin fl-istess banda, kariga li hu żamm sas-sena 1927.

Ta' sittax-il sena, huwa beda' kors biex isir għalliem fl-Iskejjel tal-Gvern, iżda l-ġibda kbira li huwa kellu għall-mużika ħajritu jibda' il-lezzjonijiet fil-kompożizzjoni, fl-armonija u fil-kontrapunt għand is-Surmast Ġuże Abdilla, u fil-pjanoforte għand is-Surmast Angelo Abdilla. B'riżultat ta' l-istudji tiegħu, Vella rnexxielu jikseb ċertifikat mir-Royal Academy of Music u mir-Royal College of Music, it-tnejn ta' Londra.

F'Ottubru 1950, is-Surmast Vella ġie fdat bit-tmexxija tas-Soċjetà Mużikali San Pawl wara li f' Awwissu ta' l-istess sena, s-Surmast Emanuele Gauci kien irtira minn Surmast Direttur ta' din il-Banda. Taħt is-Surmast Vella, il-Banda San Pawl, kompliet tikseb suċċess artistiku akbar u popolarita'. Waħda mill-isbaħ okkażjonijiet li fihom ħa sehem is-Surmast Vella bħala Direttur Mużikali tal-Banda San Pawl, kienet dik ta' nħar il-Ħadd, 29 ta' April 1951, meta ġie nawgurat planċier ġdid li kien ġie rregalat lis-Socjeta' minn Nobbli dei Baroni Dr. Joseph Attard Montaldo LL.D, President Effettiv tal-Banda San Pawl, u maħdum minn Mose' Attard minn Naxxar. Dan il-planċier sewa' Lm 125. F'dik il-lejla, il-President ġie akkumpanjat b'marċi brijużi mid-dar tiegħu sal-planċier il-ġdid, li kien ġie mbierek mill-Kappillan Patri Ġann Franġisk Grima, fil-preżenza ta' bosta mistednin distinti u numru mdaqqas ta' ammiraturi u ħbieb.

Wara r-riċeviment ta' l-okkażjoni, din il-festa spiċċat bl-eżekuzzjoni ta' programm mużikali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Salvinu Vella. Okkażżjonijiet oħra kienu meta fl-1952, il-Banda ħadet sehem fl-Isfilata tal-Karnival bil-maskeruni quddiem karru dekorat u l-bandisti lebsin ta' Trouble Makers idoqqu l-marċijiet. Hawn il-Banda kisbet żewġ premjijiet. Fl-1953 il-Banda kisbet premju ieħor bil-kostum Jesters on Parade, u bil-maskeruni. Fit-2 ta' Ġunju 1953, il-Banda San Pawl ħadet sehem f'waħda mill-akbar sfilati ta' baned bil-karrijiet dekorati li qatt saru f' Malta, għall-okkażjoni tal-festi kbar li saru f'Malta fl-okkażjoni tal-inkorunazzjoni tar-Reġina Elizabetta II.

Is-Surmast Salvinu Vella irtira mill-Kariga ta' Surmast Direttur fl-1967 u ħalla dan il-wied ta' dmugħ nħar it-Tlieta, 2 ta' Frar 1982.