Giuseppe Muscat

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Giuseppe Muscat twieled is-Siġġiewi, fit-28 ta’ Frar, 1906, mill-ġenituri Pasquale u Marianna nee’ Borg.

Huwa ħa l-edukazzjoni fl-Iskola Primarja tal-Gvern tas-Siġġiewi u wara beda jaħdem bħala ġardinar fil-qasam botaniku ta’ l-Arġotti fil-Furjana. Huwa baqa’ jaħdem sakemm għalaq 63 sena u nofs, u kien spiċċa fit 29 ta’ Settembru, 1969.

Giuseppe żżewweġ lil Marianna nee’ Busuttil mill-Belt Valletta nħar is-Sibt, 10 ta’ Novembru, 1934. Huma kellhom żewġt ulied, George u Josephine.

Sa minn ċkunitu Giuseppe Muscat kien iħobb il-mużika u għalhekk beda jitgħallem it-teorija u s-solviġġ għand kuġinuh Anġlu Muscat u tgħallem il-klarinett. Huwa beda jdoqq mal-Banda bl-isem ta’ “Nikola” fis-sena 1923 fl-eta’ ta’ 17-il sena. Huwa kompla jistudja l-kontrapront għand Mro. Karmenu Mallia li kien joqgħod il-Ħamrun u fl-1931 idderieġa l-Banda “Nikolina” għall-ewwel darba. Fis-sena 1933 ġie maħtur Assistent Surmast tal-Każin Banda San Nikola, fejn baqa’ jservi f’ din il-kariga sas-sena 1960.

Mro. Giuseppe Muscat kiteb diversi Innijiet, Marċi u komposizzjonijiet mużikali u ħadem bis-sħiħ biex żamm il-Banda “San Nikola” wieqfa fuq saqajha fiż-żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, meta l-maġġoranza tal-baned f’ Malta kienu kważi mietu għal kollox. Huwa serva bħala Assistent għas-Surmastrijiet Salvu Mallia, Karmenu Mallia, Giovanni Vella u Joseph Darmanin. Huwa għallem numru kbir ta’ Allievi sakemm wassalhom biex saru bandisti mal-banda tas-Siġġiewi, u li damu jservu magħha is-snin.

Fis-sena 1943 Mro. Giuseppe Muscat ġie nkarigat jgħaqqad il-Banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija - Qrendi, u wara li għallem ħafna allievi, beda jieħu miegħu l-Qrendi diversi Bandisti mis-Siġġiewi biex jikkunċertja sakemm wasal biex ifforma tajjeb il-Banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija – Qrendi bil-bandisti mil-lokal. Għal din il-Banda tal-Qrendi huwa kiteb innu ferm sabiħ bil-kliem tal-poeta Karmenu Vassallo. Fil-Qrendi huwa kien ferm rispettatt għall-umilta’ tiegħu u baqa’ jidderieġi l-Banda ta' l-Għaqda Mużikali Santa Marija – Qrendi sas-sena 1974, jiġifieri għall 31 sena sħaħ. Għalhekk Mro. Ġiuseppe Muscat kien il-Fundatur tal-Banda tal-Qrendi Santa Marija u kien maħbub u rispettat ħafna minn ħbiebu u sħabu fil-qasam mużikali.

Huwa miet nħar it-Tnejn, 19 ta’ Lulju, 1982, fl-eta’ ta 76 sena. Il-kadavru tiegħu ttieħed għall-Qrendi fejn il-Banda li huwa għaqqad, tagħtu l-aħħar tislima permezz ta’ akkumpanjament mill-banda bid-daqq ta’ marċi funebri minn quddiem il-Knisja Parrokjali sat-tarf tal-Qrendi; il-banda kienet ifformata minn bandisti tal-Qrendin u bandisti Siġġiwin, u ħadu sehem ukoll il-Kumitati tal-Każini ta’ Santa Marija u ta’ San Nikola biż-żewġ stendardi. Mit-tarf tal-Qrendi, il-funeral ħa forma privata u l-kadavru twassal għall-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi u bil-parteċipazzjoni taż-żewġ kumitati tal- baned (tal-Qrendi u tas-Siġġiewi) u l-familjari. Wara l-quddiesa “praesente cadavere” fil-knisja tas-Siġġiewi, saret id-difna fiċ-ċimiterju tas-Siġġiewi.