Carmelo Mangion (bandmaster)

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Maj (Ret'd) Carmelo Mangion FLCM. Twieled nhar l-20 ta’ Lulju 1976, iben Anthony u Andreana nee’ Busuttil miż-Żejtun. Missieru kien partitarju u ammiratur kbir tal-Għaqda Banda Żejtun u sa minn ċkunitu kien jieħdu miegħu l-każin u kif ukoll f’ kull attivita’ li kien ikollha l-banda. Beda l-lezzjonijiet mużikali tiegħu hekk kif ġie maħtur Mro. John J. Pace bħala surmast tal-Għaqda Banda Żejtun u fil-Ġimgħa l-Kbira ta’ l-1987 ingħaqad mal-banda bil-klarinett. Dak iż-żmien n-numru t’ allievi jitħarġu kien kbir ħafna. Filfatt fl- istess sena, flimkien ma Carmelo kienu ingħaqdu mal- Banda Żejtun 24 bandist ġdid.

Fl-1992 Carmelo wera interess li jitgħallem l-Euphonium u fl-1993 daqq fil-Ġimgħa l-kbira b’ dan l-instrument. Aktar tard tgħallem idoqq anke it-trumbun. Tul is-snin Carmelo kien bandist regolari mhux biss mal- Għaqda Banda Żejtun iżda ma diversi baned oħra li kienu jfittxu s-servizz tiegħu. Matul diversi mawriet fl-Awstralja, Carmelo daqq ukoll mal-Maltese Queen of Victories Band [1] ta’ South Australia f’ diversi okkażjonijiet u kif ukoll presentalom komposizzjonijiet tiegħu li għadom jindaqqu sal-llum.

Fl-2002 beda jitghallem it-tejorija mużikali taħt is-Surmast Raymond Sciberras fejn fl-istess sena kiseb distinction fil-Grade 6 tal-London College of Music. Wara waqfa qasira, kompla l- istudji tiegħu taħt is- Surmast Raymond Zammit u fl- 2006 kiseb id-diploma A Mus LCM. Fil- bidu ta’ l-2009, il-kumitat ta’ l-Għaqda Banda Żejtun għoġobom jaħtru lil Carmelo bħala Surmast tal-Għaqda Banda Żejtun. L-ewwel Programm Mużikali li dderiega kien il-programm taż- Żagħżagħ nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Gunju 2009. L-għada, is-Sibt 20 ta’ Ġunju 2009, idderieġa l- programm ta’ lejliet il-festa. Waqt l-istess programm ġie preżentat b’ bakketta tal-fidda mingħand il-President Joe Attard.

Fl-2012 Carmelo kiseb l-L Mus LCM taħt is- superviżjoni tas-Surmast Ronnie Debattista. Sentejn wara, eżattament fl- 2014, Carmelo ġie maħtur Surmast Direttur tal-Banda Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 Qrendi. Il- qofol tal-karriera mużikali tiegħu intlaħaq fl-2019 meta Carmelo, waħdu u mingħajr superviżjoni, kiseb l-FLCM fil-komposizzjoni mużikali.

Carmelo jifforma parti mil-Volunteer Reserve Force tal-Forzi Armati ta’ Malta u jokkupa r- rank ta’ Maġġur. Bħala persuna intiża fis-suġġett, għal-dawn l-aħħar għoxrin sena dejjem kien involut fil-board ta’ l- għażla sabiex individwi jingħaqdu mal-Banda tal- Forzi Armati ta’ Malta [2] kif ukoll fit-Trade testing Boards ta dawk diġa membri ta’ din il- Banda.

Tul il-karriera tiegħu bħala surmast, il-baned taħt it-tmexxija tiegħu ħadu spinta l-quddiem. Huwa kien jikkonċentra ħafna fuq il-bandisti tal-post. Filfatt nistgħu ngħidu li f’ kull programm li dderieġa, il- bandist tal-post kien il-protagonist ewlieni. Xhieda ta’ dan huma r-recordings tal- programmi annwali tal-Għaqda Banda Żejtun li saru taħt id-direzzjoni tiegħu. Ta’ min isemmi wkoll il-programm li l- Għaqda Banda Żejtun tellgħet nhar is-16 ta’ Lulju 2015 fuq il-planċier ta’ l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria ta’ Iż-Żurrieq. Kien programm memorabli u li intlaqa’ tajjeb ħafna mill- udjenza preżenti. La qed insemmu l- programmi, tajjeb li issa nagħtu ħarsa lejn il- komposizjonijiet mużikali li ħarġu mil- pinna ta’ Carmelo Mangion.

Tul il- karriera tiegħu, Carmelo ikkompona diversi komposizzjonijiet mużikali fosthom numru ta’marċi brijużi u marċi funebri. Barra minn hekk, huwa ikkompona żewġ kantati fuq lirika ta’ Trevor Zahra, żewġ Musical Synopsis, żewġ Preghieri, Overture, erba’ fantasiji, ħames valzi u żewġ innijiet. Mingħajr dubju ta’ xejn il- kantata ‘Il- Parroċċa taż- Żejtun 400 Sena Matriċi 1616 - 2016’ hija l-kapulavur tas- Surmast Carmelo Mangion.

L-ewwel marċ funebri li kiteb kien fl-2001. Carmelo iddedika dan l-ewwel marċ tiegħu lil Viċi President ta’ l-Għaqda Banda Żejtun Angelo Vella. Il-marċ jismu ‘Lill- mibki Ġulin’. L-ewwel marċ brijuż li kiteb kien fl-2002 u jismu ‘Edmar’. Dan il-marċ ġie irrekordjat mil-Banda San Ġużepp ta’ l-Imsida fl- okkażżjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tagħha fl-2022. l-aktar marċ favorit u għal-qalb is-Surmast Carmelo Mangion huwa propju l-innu marċ dedikat lis-Sezzjoni Żagħżagħ ta’ l-Għaqda Banda Żejtun. Dan il-marċ inkiteb fl-2006 fl-okkażjoni ta’ l-għaxar sena mit-twaqqif ta’ din is-sezzjoni.

Carmelo kiteb ukoll il- versi tal-Marċ Brijuż - St Catherine 2005, ta’ l-Innu Marċ - Lis-Sezzjoni Żagħżagħ Għaqda Banda Żejtun, tal-Innu Popolari - Inselmulek Katarina u Preghiera - Lil Santa Katarina, tal-Preghiera - Lill-Madonna ta’ Lourdes, l-Innu Lill-Madonna tal-Ħniena u tal-Musical Synopsis - Our Theatre, kollha komposizzjonijiet tiegħu.

L-Innu Popolari Inselmulek Katarina ġie imżanżan fl-2007 mill-Banda Żejtun. Il-versi tiegħu huma għal-qalb ħafna Żwieten u poplari ħafna speċjalment fil-jiem tal-festa.

Carmelo huwa miżżewweġ lil Maria Lisa u għandhom żewġ ulied; Katarina u Consiglia. Bħala kompositur ma setax jonqos li jiddedika komposizzjonijiet tiegħu liż-żewġ uliedu. Filfatt Carmelo ikkompona valz lil kull wild tiegħu mat-twelid tagħhom u marċ brijuż f’għeluq l-ewwel sena tagħhom, Marċ Brijuż ieħor għal-qalb is-Surmast Carmelo Mangion huwa dak dedidikat għal-mara tiegħu Maria Lisa li ġie mżanżan u irrekordjat fl-2011.

Innu Popolari - Inselmulek Katarina

Verġni w martri lixandrina
li tal- ħazen inti vittma qatt ma sfajt,
iġġilidt u żammejt iebes
b’ hekk ta’ kristu biss int bqajt.
Inselmulek Katarina
b’kliem mill- isbaħ, ahna nfaħruk,
tagħna ż- Żwieten il- patruna
konna w nibqgħu b’ għozza kbira inħobbuk.
Fost l- għorrief ta’ din id- dinja
b’ għaqal kbir l- imħuħ magħluqa inti ftaħt,
wrejtom triqat is- sewwa
u l- qlub tagħhom dlonk irbaħt.
Inselmulek Katarina
b’ kliem mill- isbaħ, aħna nfaħruk,
tagħna ż- Żwieten il- patruna
konna w nibqgħu b’ għozza kbira inħobbuk.
Ismek minn qiegħ qalbna nlisnu
bi tbissima lejk induru bir-ragun,
inti kont għadek u tibqa’
l- akbar ġawrha fiż-Zejtun.
Inselmulek Katarina
b’ kliem mill- isbaħ, aħna nfaħruk,
tagħna ż- Żwieten il- patruna
konna w nibqgħu b’ għozza kbira inħobbuk.