Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Lourdes

Soċjeta Filarmonika Lourdes A.D. 1895

Is-sena 2017 kienet sena speċjali għas-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 għax fiha kien imfakkar anniversarju li la huwa żgħir fis-snin u wisq anqas fis-sinifikat tiegħu. Kien imffakar il 75 sena mit-twaqqif tal-ewwel banda ġewwa r-raħal tal-Qrendi; Soċjetà Filarmonika Lourdes A.D. dik ta’ mix-xhieda ta` dawk li kienu parti mill-bidu nett ta` din l-istorja u għadhom mimlijin bil-għomor u bil-provi kollha li għandna f`idejna, ngħidu bid-dritt kollu li l-ewwel banda li kellu dan ir-raħal kienet il-Banda Lourdes. Tnisslet f`Ġunju tal-1942, tgħammdet bl-isem ta` Banda Lourdes u l-fundatur tagħha kien s-Sur Carmelo Aquilina.

Mill-Orkestra Bellini toħroġ il-Banda Lourdes

Il-Banda Lourdes hija waħda minn dawk l-baned f` Malta li bdew il-ħajja tagħhom b’orkestra li maż-żmien inbidlet f’banda. Il-Banda Lourdes ħarġet mill-Orkestra Bellini, l-ewwel orkestra tar-raħal. Din l-Orkestra twaqqfet fl-1905 mis-Sur Nikola Magri li kien wieħed mill-fundaturi tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes. Is-Sur Nikola Magri okkupa diversi karigi fi ħdan is-Soċjetà fosthom bħala Viċi President (1895-1908) u President (1908-1912) u kif ukoll Rettur tal-Venerabbli Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta` Lourdes (1884-1900). Bħala l-ewwel Surmast Direttur ta` din l-Orkestra nsibu lil Maestro Antonio Pace. Warajh bħala Surmastrijiet insibu lil Carmelo Zammit, Alfons Kissaun, Giuseppe Cassar u Ferdinando Falzon.

Barra mill-mużika profana li kienet tesegwixxi fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi ta` barra, din l-Orkestra ndaħlet ukoll għall-mużika sagra u għamlet xi servizzi sagri fil-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi. Fl-1905 nsibu li għall-festi devoti tal-Ġimgħa l-Kbira, l-Orkestra l-ġdida tal-Qrendi daqqet ir-responsorji fl-intervall ta` kull stazzjon. Dawn ir-responsorji kienu ġew miktuba mis-Surmast tal-Orkestra Carmelo Zammit stess u kienu ġew imfaħħra ferm għall-ġmiel tagħhom. Però l-akbar avveniment li baqa` jissemma kien meta fl-1928 l-Orkestra Bellini ħadet sehem fil-festi kbar li fakkru ċ-Ċinkwantinarju mit-twaqqif tal-Konfraternità Lourdes.

Ċelebrażżjonijiet Kbar

L-Orkestra Bellini kienet ferm popolari fil-bidu tas-Seklu Għoxrin. L-orkestra hija omm il-banda għaliex nistgħu ngħidu li bosta mill-baned antiki u moderni ħarġu mill-orkestri. L-orkestra tgħodd iżjed għal taħt is-saqaf, fil-magħluq, f`xi sala jew f`xi teatru; il-banda hija maħluqa għal barra, fil-beraħ, biex iddoqq f`xi triq jew f`xi pjazza. Maż-żmien bdiet tintgħoġob aktar l-idea li ddoqq u timxi milli tibqa` f`post wiehed kif tagħmel orkestra. B`hekk inħolqot il-banda bi strumenti speċjali għaliha ta` qawwa wisq akbar minn dawk ta` orkestra. Għalhekk meta t-Tieni Gwerra Dinjija naqset mill-qilla tagħha, ħafna mill-orkestri li kienu jeżistu fil-każini bdew jiġu trasformati f`baned u anke fis-Soċjetà Filarmonika Lourdes beda jinħass il-bżonn li l-Orkestra Bellini kienet għamlet żmienha u flokha tiġi ffurmata banda. Għalhekk f` Ġunju 1942 il-Kumitat Eżekuttiv taħt il-presidenza ta` Dr. Ġużè Cassar approva t-twaqqif tal-Banda Lourdes. Is-Sur Carmelo Aquilina, li għamel bosta snin bħala direttur tas-Soċjetà (1916-1957) u kien jaf idoqq ħafna strumenti, ħa l-inkarigu li jgħallem għadd kbir ta` allievi. Providenzjalment fis-sede tas-Soċjetà kien jattendi, flimkien ma` suldati oħra li kienu stazzjonati fil-Palazz tal-Guarena u fil-viċinanza tal-Qrendi, Surgent fir-Royal Malta Artillery (RMA), Mro. Mikiel Ciantar, Zebbuġi, li kien kapaċi ħafna għal dik li hija direzzjoni mużikali. Il-Kumitat Eżekuttiv ħatar lil Mro. Mikiel Ciantar bħala l-ewwel Surmast tal-Banda Lourdes. Bl-għajnuna tas-Sur Carmelo Aquilina, ħadu ħsieb jgħallmu ħafna allievi ġodda kollha mill-Qrendi, u f’qasir żmien ħariġhom idoqqu mal-Banda Lourdes.

L-Ewwel Bandisti tal-Banda

Din il-banda li twaqqfet fl-1942 kienet iffurmata minn dawn il-bandisti:

Benjamin Cassar – flawt, Carmelo Abdilla – kwartin, Nazzareno Attard Barbara, Giuseppi Aquilina, Benjamin Cassar, Kalċidon Aquilina, Salvu Magro, Toni Axiaq, Efrem Vella, Giuseppi Farrugia u Nazzareno Fenech – Klarinetti, Benjamin Vella, Michael Brincat, Giuseppe Pace, Nazzareno Magro u Tony Bugeja – Kurunetti, Pinu Axiaq – Kornu, Carmelo Aquilina, Jack Magro – Althorn, Nikol Vella, Francis Tabone – Euphonium, Carmelo Tanti, Andrew Magro u Salvu Magro – Trunbum, Salvu Magro, Giuseppe Chircop – Basso mi b, Giuseppe Cassar – Basso si b, Louis Galea – Contrabasso, Edward Cassar – Tambur, Pinu Zammit – Katuba, u Tony Falzon – Platti.

Dawn il-bandisti kienu kollha mill-Qrendi, membri ta` Lourdes Philarmonic Club u l-uniċi bandisti barra mir-raħal kienu ż-żewġt itfal ta` l-istess Surmast Mikiel Ciantar, Nikol li kien idoqq tromba solo u Karmenu li kien idoqq kornu. Il-lezzjonijiet tal-mużika kienu jsiru nħar ta` Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu kienu jinżammu l-kunċerti tal-Banda. Mro. Ciantar tant kien ħadha bis-serjeta t-twaqqif tal-Banda Lourdes li mis-Sibt għall-Ħadd kien jorqod fil-każin, sabiex l-għada filgħodu kien jisbaħ mill-ewwel il-Qrendi. Mro. Ciantar ma kellux diploma mużikali għax dak iż-żmien ma kienux moda, iżda kellu “widna” perfetta għall-mużika. Nota ħażina ma kinitx taħrablu. Kien bniedem ta` dixxiplina li bena l-karriera mużikali tiegħu mal-Banda RMA. Il-mużika fuq il-manuskritti kien ipittirha.

Malta daħlet fil-gwerra fl-10 ta` Ġunju, 1940 u għalhekk inqerdet kull attivita ġewwa Malta. In-nies li kienu joqogħdu fil-Kottonera u fil-Belt Valletta, li kienu l-aktar postijiet fil-mira ta` l-attakki, bdew jitilqu lejn l-irħula, fosthom il-Qrendi. Lourdes Philarmonic Club ukoll offriet is-swali tagħha għal dan il-għan. Infatti ġewwa l-każin kienu evakwati xi familji mill-Kottonera. L-attivitajiet kollha tal-każin bdew jinżammu fis-sular t` isfel. Iżda minkejja li kienu żminijiet koroħ, l-attivita fil-każin xorta baqgħet għaddejja. Fl-1944, billi feġgħet ir-Rebħa tal-Alleati, l-attivita f` Malta reġgħet bdiet tieħu il-ħajja. Għalhekk il-Banda Lourdes taħt Mro. Mikiel Ciantar semmgħet għall-ewwel darba leħenha fit-8 ta` Settembru, 1944, jum il-Festa Nazzjonali. Wara l-marċ mat-toroq tal-Qrendi, il-Banda Lourdes wettqet programm mużikali fost entużjażmu speċjalment wara li ndaqq għall-ewwel darba l-Innu tal-Banda Lourdes. Dan l-Innu tal-Banda, li għadu jindaqq sal-lum, għandu kompożizzjoni mużikali ta` Mro. Mikiel Ciantar fuq versi tal-ħabib tiegħu il-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psalia. Is-surmast Ciantar kiteb l-Innu tal-Banda fuq stil ta` Marċ Militari.

Tispiċċa l-Gwerra

Il-gwerra fl-Ewropa ntemmet nħar is-7 ta` Mejju 1945 u jumejn wara, 9 ta` Mejju, il-Banda Lourdes ħarġet iddur mat-toroq tal-Qrendi sabiex tfakkar dan l-avveniment u r-rebħa ta’ l-alleati. Peress li s-Surmast Ciantar kien surġent fl-RMA u l-banda militari dakinħar kellha tieħu sehem fil-parata militari, is-surmast Ciantar ma’ setax jattendi. Għalhekk, dan il-marċ ħa ħsiebu Pinu Zammit magħruf bħala il-‘Kamu’. Pinu Zammit, bniedem anzjan, kien il-batterista tal-Banda Lourdes u qabel ma ġie joqgħod il-Qrendi kien jdoqq mal-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan ta` Ħaż-Żebbuġ. Sena wara, biex jitfakkar għeluq is-sena mit-tmiem tat-tieni gwerra dinjija u r-rebħa fuq il-forzi li taw bidu għaliha, nhar it-8 u 9 ta` Ġunju, il-Banda Lourdes reġgħet tat sehemha fil-festi li saru fuq skala nazzjonali.

L-Ewwel Surmast Mikiel Ciantar

Fiż-żmien Mro. Mikiel Ciantar, il-Banda Lourdes kienet tieħu sehem f` attivitajiet bħal ta` Ħadd il-Palm, fil-Fieri ta` San Mattew tal-Maqluba u dik tal-Madonna tal-Ħniena, fil-programm annwali tal-Banka tal-Lottu u fit-Tombla li kienu jiġu organiżżati mis-Soċjetà Filarmonika Lourdes jew f` xi okkażjonijiet oħra. Fl-ewwel sena minn meta spiċċat il-gwerra f`Malta, il-Banda Lourdes wettqet xejn inqas minn tmien programmi mużikali f`okkażjonijiet diversi organiżżati mis-Soċjetà Filarmonika Lourdes f` Misraħ Santa Marija jew f` xi triq prinċipali tal-Qrendi. Dawn l-programmi mużikali ġew mtella’ fil-31 ta` Diċembru, 1944, fil-11 ta` Marzu, 1945, fit-8 ta` April, 1945, fid-29 ta` April, 1945, fis-6 ta` Mejju, 1945, fl-10 ta` Gunju, 1945, fl-24 ta` Ġunju, 1945 u fit-8 ta` Lulju,1945. F` dak iż-żmien fost il-mużika li kienet tindaqq mill-Banda Lourdes insibu bċejjeċ operistiċi, mużika militari, marċi brijużi u anke mużika taż-żfin. Ħafna mill-partituri mużikali kienu jinġiebu mill-istess Surmast Ciantar li kien jissellifhom mingħand il-Banda Militari tal-RMA.

F`dan iż-żmien il-Banda Lourdes kienet l-unika Banda li kellu l-Qrendi u għalhekk kienet hi biss li tferraħ lill-poplu tal-Qrendi u tirrappreżentah. Għalhekk, is-Soċjetà Filarmonika Lourdes kienet l-unika Soċjetà mill-Qrendi li ħadet sehem fl-Assemblea ta` l-1945. Fis-Seduta Ġenerali tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes li saret il-Ħadd 7 ta` Jannar 1945 intgħażlu ż-żewġ delegati li kellhom jattendu fl-Assemblea. Dawn kienu l-aktar tnejn min-nies importanti u popolari li kien hemm fi ħdan is-Soċjetà u kienu l-Avukat Ġuże Cassar, il-President tas-Soċjeta sa mill-1942 u l-uniku Avukat fil-Qrendi u s-Sur George Cassar li kien it-Teżorier. Is-Socjetà kienet ukoll tħallas il-miżata għas-sħubija.

Il-Ħamsin Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà, u komemorrażżjoni tal-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta` Lourdes

Il-Ħamsin Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes kien biss wieħed fost il-ħafna paġni tad-deheb għal din il-banda. Is-Soċjetà Filarmonika Lourdes twaqqfet fl-1895 meta nukleu żgħir ta` nies bi spirtu pubbliku kienu ngħaqdu flimkien, krew il-Palazz tan-Nobbli Spiteri Agius fi Strada Reale, illum Triq il-Kbira, u ffurmaw l-ewwel Soċjetà ċivika. Fil-fatt dan kien l-ewwel każin soċjali fil-Qrendi, u wara li berkuh, ingħata l-isem ta` Każin Lourdes, u għażlu bħala Patruna tiegħu lill-Beata Vergni taħt it-titlu minn ta` Lourdes. Hawn ta` min ifakkar ukoll, illi l-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta` Lourdes kienet ilha mwaqqfa sa mill-21 ta` Jannar, 1878 mill-Kappillan Dun Pietro Paolo Xuereb. Is-Soċjetà kienet fakkret dan l-anniversarju il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd 24, 25 u 26 ta` Awissu 1945. Hawn ta` min isemmi li dawn il-festi kellhom issiru bejn 13 u l-15 ta` Lulju 1945 imma kienu tħassru minħabba xi każi tal-Pesta fiż-Żurrieq. Il-Ġimgħa kien hemm mixegħla tal-każin u l-Misraħ Santa Marija u l-Banda Lourdes esegwiet Programm Mużikali quddiem il-Każin taħt it-tmexxija tas-Surmast Ciantar. Sehem il-Banda Lourdes f` dawn il-Festi Ċinkwantinarji kien wkoll il-Ħadd filgħodu b` marċ mat-toroq prinċipali tal-Qrendi. Is-Sibt u l-Ħadd filgħaxija saru marċi brijużi u Programm Mużikali minn bosta Baned fit-toroq prinċipali tal-Qrendi f`mixegħla ġenerali. Il-President Dr. Ġuże Cassar u l-Kumitat kien għamel riċeviment il-Każin għall-Kleru, membri, ħbieb u rappreżentanti tal-Każini oħra. Dawn il-Festi Ċinkwantinarji kienu spiċċaw billi fil-11.00 pm kien hemm ħruq tal-logħob tan-nar.

Is-Surmastrijiet tal-Banda

Il-Banda Lourdes mexxewha b` kollox sitt surmastrijiet. Wara is-Surmast Ciantar insibu lil Mro. Carmelo Scicluna biex ikompli fejn kien ħalla is-Surmast Ciantar f`Mejju 1947. Fl-arkivju tas-Soċjeta Filarmonika Lourdes nsibu bosta kompożizzjonijiet ta` Mro. Carmelo Scicluna fosthom marċi brijużi u sinfoniċi, marċi funebri, preludji, intermezzi u kapriċċi għal diversi strumenti tal-Banda. Fl-1964 l-Banda Lourdes għaddiet taħt it-tmexxija tas-Surmast Nazzareno Mifsud li kien miż-Żurrieq, pero kien joqgħod il-Qrendi. Mro. Mifsud kiteb diversi marċi popolari kif ukoll kiteb l-Innu tal-Qrendi fl-okkażjoni ta` 350 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Qrendi fl-1655. Fl-1983 il-Kumitat Eżekuttiv ħatar lil Mro. Charles Cachia biex jmexxi lil Banda Lourdes. Mro. Charles Cachia dam 28 sena fil-kariga ta` Surmast Direttur li fihom ta’ lill-Banda ħafna marċi popolari. Wara li Mro. Cachia ħalla d-direzzjoni tal-Banda Lourdes, il-Kumitat ħatar lis-Surmast Ugo Buhagiar li baqa` jmexxi għal tliet snin minn 2011 – 2014. F’seduta tal-kumitat ta’ 8 ta’ Diċembru 2014, il-Kumitat ħatar lill-Maġġur Mro. Carmelo Mangion bħala surmast direttur tal-Banda Lourdes. Fi ftit żmien li ilu jmexxi l-Banda l-Maġġur Mangion diġà kiteb diversi marċi brijużi u funebri kif ukoll ikkompona diversi siltiet mużikali. Dan dam sa sena..

Titneħħa is-Sospensjoni minn fuq il-Konfraternità Lourdes

Fost l-attivitajiet tal-Banda Lourdes matul is-sena, l-aktar importanti u tant mistenni huwa bla dubju s-sehem sħiħ tagħha fil-ġranet tal-Festa tal-Madonna ta` Lourdes li tiġi ċċelebrata fil-Qrendi fix-xhur ta` Ġunju u Lulju. F`dak iż-żmien li twaqqfet il-Banda Lourdes, il-Konfraternità Lourdes kienet sospiża sa mis-sena 1935 u għalhekk il-Banda Lourdes ma’ setgħetx tieħu sehem fil-Festa tal-Madonna ta` Lourdes. Għalhekk il-Kumitat ħaseb biex jagħmel festa fil-Jum Nazzjonali tat-8 ta` Settembru. Din il-festa li kienet tissejjaħ Ta` l-Arblu kienet festa kbira u kienu jieħdu parti fiha sa tmien baned minn bosta bliet u rħula ta` Malta. Din il-festa baqgħet tiġi ċċelebrata sa l-1952. Fl-1958, fl-okkażjoni tal-għeluq il-100 sena tad-dehriet tal-Madonna ġewwa Lourdes, f’Franza, l-Eċċ. Tiegħu Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi kien neħħa is-sospensjoni minn fuq il-Konfraternità Lourdes u fl-1962 is-Soċjetà Filarmonika Lourdes bdiet tieħu sehem fil-Festa tal-Madonna ta` Lourdes. Minħabba r-restrizzjonijiet tal-Konċilju Regjonali li daħlu fis-seħħ fis-sena 1936, il-Festa tal-Madonna ta` Lourdes ġiet restritta għal banda waħda lejliet il-festa u banda waħda nħarha. Għalhekk is-sehem tal-Banda Lourdes beda jkun fil-marċ ta` filgħodu.

Dr. Ġuże Cassar strumentali għad-Drittijiet l-istess għal Festi Sekondarji

Fl-1971 fuq inizjattiva tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes u speċjalment bit-tħabrik tal-ex Presidenti tas-Soċjetà is-Sur Joe A. Magro u s-Sur Joe Bugeja, kien twaqqaf Kumitat Festi Sekondarji. Fuq suġġeriment tal-President tas-Soċjetà Dr. Ġużè Cassar saret applikazzjoni minn dan il-kumitat lill-gvern sabiex il-Festi Sekondarji jkollhom l-istess drittijiet daqs dawk tal-festi tal-parroċċa, f`dak li kellu x`jaqsam mal-armar tal-festa ta` barra, baned u nar. Wara ħafna diskussjonijiet, insibu li hawnhekk reġa’ kien strumentali l-President Dr. Ġuże Cassar. Propju t-tweġiba li l-permess kien ħareġ li jista` jintrama r-raħal kollu tal-Qrendi, ġiet jumejn qabel ma kienet ser tiġi ċċelebrata il-festa ad unur il-Madonna ta` Lourdes, il-Ġimgħa 30 ta` Mejju, 1975 fis-7.00 pm. Fil-Festa tal-1976 żdied marċ ieħor f` nħar il-Festa u mill-1978 sal-ġurnata tal-lum il-Kumitat Eżekuttiv jorganiżża ġimgħa festa ad unur il-Madonna ta` Lourdes. Il-Banda Lourdes iddoqq fil-programm vokali u strumentali tal-Erbgħa, fil-marċ tal-Ħamis, fil-marċ brijuż u popolari tal-Ġimgħa, fil-marċ ta` filgħodu ta` nħar il-festa u fil-marċ tan-nar bħala għeluq tal-festa.

Iċ-Ċelebrati diversi Anniversarji marbuta mas-Soċjeta

Okkażjonijiet speċjali li baqgħu mniżżlin b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Banda Lourdes kienu il-100 sena anniversarju mit-Twaqqif tas-Soċjetà, għeluq il-100 u 125 Sena mit-Twaqqif tal-Venerabbli Konfraternità tal-Beata Vergni Immakulata ta` Lourdes, għeluq il-50 Sena mit-Twaqqif tal-Banda, il-Ġublew tad-Deheb tal-President Dr. Ġuże Cassar, għeluq il-350 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Qrendi, għeluq il-50 Sena minn meta ndaqq l-ewwel darba l-Innu l-Kbir lill-Madonna ta` Lourdes u l-inawgurazzjoni tal-Planċier Artistiku. Fl-1987, hija akkumpanjat lill-istatwa għażiża tal-Madonna ta` Lourdes meta nġiebet lura l-Qrendi wara xogħol ta` induratura u restawr. Ġewwa l-Qrendi laqgħet bosta persuni distinti fosthom tlett Isqfijiet – Mons. Mikiel Gonzi, Mons. Emanuel Gerada u Mons. Guzeppi Mercieca, erba’ Presidenti tar-Repubblika – Dr. Anton Buttigieg, Dr. Ċensu Tabone, Dr. Ugo Mifsud Bonnici u Prof. Guido de Marco u Prim Ministru - Dr. Edward Fenech Adami. Il-Banda Lourdes ħadet sehem ukoll f` bosta okkażjonijiet nazzjonali fosthom f` Jum l-Indipendenza fl-1964, Jum ir-Reppublika fl-1974 u Jum il-Ħelsien fl-1979.

Barra mill-programmi mużikali u strumentali u marċi brijużi fil-Festa tal-Madonna ta` Lourdes jew f` xi festa barra mir-rahal, lill-Banda Lourdes nsibuha wkoll tfarraġ il-qlub fi żmien ta` niket billi ħadet sehem f` numru kbir ta` funerali ta` dawk li matul iż-żmien kienu fit-tmun tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes, bandisti li matul il-ħajja tagħhom kienu parti mill-istorja tagħha jew persuni distinti li taw kontribut lir-raħal kollu tal-Qrendi.

Diversi Innijiet Kbar u Sbieħ

Il-Banda Lourdes hija wkoll fornuta b`għadd ta` innijiet popolari li ddoqq fil-jiem tal-Festa. M` hemmx dubju li l-aktar wieħed popolari huwa l-Innu Vokali u Strumentali ddedikat lill-Verġni Marija taħt it-titlu ta` Lourdes. Is-Surmast Carmelo Scicluna ikkompona dan l-Innu fl-1947 u daħħal fih l-Ave Maria b` versi ta` Dun Frans Camilleri. Dan l-Innu għadu jindaqq sal-lum hekk kif l-Istatwa tal-Madonna ta` Lourdes tasal quddiem il-Każin. Hawn ta` min issemmi li dan l-Innu jitkanta minn Kor, Tenur u Baritonu. L-Innu l-Kbir, hekk kif inhu magħruf, kien indaqq għall-ewwel darba fil-11 ta` Frar, 1948 biex ifakkar l-ewwel dehra tal-Madonna f` Lourdes fuq planċier ġdid li kien inħadem apposta fl-istess sena biex jakkomoda l-Banda Lourdes u dik ta` Societa Filarmonica Nazionale La Valette ukoll. Fost l-innijiet l-oħra li tippossiedi l-Banda Lourdes fl-arkivji tagħha nsibu l-Innu lil Madonna ta` Lourdes, kompoziżżjoni tas-Surmast Nazzareno Mifsud u versi ta` Sur Paul Zammit u l-Innu Popolari lill-Madonna ta` Lourdes muzika ta` Mro. Charles Cachia u versi ta` l-ex President is-Sur Joe A. Magro.

Strutura sodha għal-Futur

Illum il-ġurnata l-Banda Lourdes għandha fi ħdanha skola tal-muzika li tipprovdi tagħlim professjonali bla ħlas u strument b`xejn lil dawk li jkunu jixtiequ jitgħallmu l-muzika. L-għalliema huma is-Sur Dione Bonnici (strumenti tar-Ramm), is-Sur Charlie Pace (strumenti tal-Qasba) u Maġġur Mro. Carmelo Mangion (Supervizjoni). Sa mill-1945, l-Banda Lourdes dejjem kellha is-sostenn tal-Kummissjoni Banda. Il-ħidma tal-Kummissjoni Banda tikkonsisti fil-manuteraġġ tax-xogħol kollu relatat mal-Banda kif ukoll li tagħżel u tistampa l-muzika li tkun ser tindaqq, tirrekordja, torganizza l-kunċerti u jagħtu kontribut mhux biss fil-loġistika li Banda attiva titlob iżda wkoll permezz ta' ideat kreattivi ħalli l-Banda Lourdes tibqa` dejjem ħajja u fuq quddiem f`dik li hija oriġinalità.

Iż-żmien għadda, u ta’ kull sena is-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 baqgħet tibni fuq il-pedamenti sodi li ħallewla missirijietha. Baqgħet tiġġedded u taġġorna ruħha maż-żminijiet. Kellha ħafna okkazjonijiet ta` ferħ imma kellha wkoll okkazjonijiet ta` niket u inċerteżżi. Is-Surmastrijiet, il-bandisti u l-Kumitati tal-imgħoddi kienu l-persunaġġi li nisġu din il-ġrajja tal-banda li bil-għaqal, bil-ħidma u bl-imħabba tagħhom għall-arti mużikali rnexxielhom jkomplu jmexxu b`suċċess din l-ewwel Banda fil-Qrendi. Il-bandisti u l-Kumitat Eżekuttiv flimkien mas-Surmast Direttur u l-Kummisjoni Banda tal-lum ma huma xejn inqas għaqlin, ħabrieka u mogħtija għall-arti mużikali minn ta’ qabilhom. Għalhekk il-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 kif għamlet fil-passat se tkompli miexja `il quddiem.

Tagħrif miġbur minn Nicholas Azzopardi.

Organisation

Band Masters

No Band Masters From Until
01 Nikol Magri 1895 1941
02 Carmelo Aquilina 1942 1942
03 Mikiel Ciantar 1942 1947
04 Carmelo Scicluna 1948 1963
05 Nazzareno Mifsud 1964 1984
06 Charles Cachia 1985 2011
07 Ugo Buhagiar 2012 2014
08 Maġ Carmelo Mangion 2014
09 Gordon Mayer

Presidents

No Presidents From Until
01 Anton Fenech 1895 1907
02 Nikol Magri 1908 1912
03 Dr. Hon.Francesco Buhagiar LL.D 1913 1922
04 Notary. Dr. Salvino Borg Olivier LL.D 1923 1930
05 Legal Procurator Alfred Zammit MacKeon P.L. 1931 1936
06 Michael Cassar 1937 1941
07 Hor. Dr.Joseph Cassar B.A., LL.D. 1942 2001
08 Joe A. Magro 2002 2020
09 Godfrey Axiak 2002 2004
10 Joseph Bugeja (Id-Duwi) 2004 2013
11 Arch.Mannie Galea B.E.A (Hons), A C.E. 2013

Secretaries

No Secretaries From Until
01 Ġiuseppe Cassar 1916 1940
02 Hor. Dr.Joseph Cassar B.A., LL.D. 1940 1942
03 Francis Vella 1942 1945
04 Francis Bugeja 1945 1947
05 Pawlu Vella 1947 1949
07 Francis Bugeja 1949 1950
08 Anġelo Farrugia 1950 1967
09 Nazzareno Attard Barbara 1967 1973
10 John Aquilina 1973 1975
11 Tarċisio Vella (Is-Sju) 1975 2005
12 Godfrey Axiak 2005 2010
13 Gordon Sacco 2010 2014
14 John Vella 2014

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 1984 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (1984) 1984 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 1985 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (1985) 1985 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - (1942 - 1987) 45 Anniversarju mit-Twelid tal-Banda Lourdes - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (1987) 1987 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 1989 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (1989) 1989 *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 1990 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (1990) 1990 *
06 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Ġublew tad-Deheb - Festa 1992 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (1992) 1992 *
07 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festi Ċentinarji 1895 - 1995 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (1995) 1995 *
08 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 1998 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (1998) 1998 *
09 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 2001 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (2001) 2001 *
10 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 2003 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (2003) 2003 *
  • Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 2003 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (2003) (also pubblished as a CD too)
No Name of Cassettes - Festive Marches Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (1989) 1989 *

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 2000 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (2000) 2000 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 2001 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (2001) 2001 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa 2003 - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (2003) 2003 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 150 sena mid-dehriet tal-Madonna (1858 - 2008) - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (2008) 2008 *
No Name of Cd's - Hymns Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Hymns - Innijiet - Mis-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 (2003) 2003 *

Programmes and Publications

Memorials

External links