Alfred Camilleri

From M3P
Revision as of 13:39, 4 June 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Alfred Camilleri)
Jump to navigation Jump to search
STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Il-Baritonu Alfred Camilleri twieled iż-Żurrieq fit-8 t’Awwissu, 1975. Illum jgħix f’ Ħaż-Żabbar.

Huwa beda jistudja l-vuċi u l-interpretazzjoni ta’ eta` żgħira ġewwa l-iskola tal-mużika Johann Strauss mal-Kontralt E.Thomas-Jones. Kompla mal-Mezzosopran Marie Therese Vassallo. Wara li kien ir-rebbieħ tat-tieni edizzjoni tal-kompetizzjoni Melita-Rossia (1995), huwa kien il-mistieden speċjali tal-Konservatorju ta’ Moska fejn attenda għal xi lezzjonijiet ta’ perfezzjoni mas-Sopran Lydia Abramova u ta żewġ kunċerti fil-pubbliku, wieħed minnhom fis-sala prestiġġjuża tal-Friendship House.

Ħa sehem f’diversi kunċerti, kemm f’Malta, kif ukoll ‘il barra minn xtutna. F’Malta kanta xogħlijiet kbar bħalma huma l-Pawlu Ta’ Malta ta’ Charles Camilleri, Eterrnal Triumph ta’ Carmelo Pace, Demm Fuq il-Verna u Filippu t’Aġġira ta’ Joseph Vella, Marija Fil-Qalb Maltija, Canticum Vitae, U Consolatrix Afflictorum ta’ Hermann Farrugia Frantz, Il Cantico Di Frate Sole u San Paolo Evangelizza I Maltese ta’ Carlo Diacono, Apostolo Delle Genti ta’ Marco Frisina, Il Cuore Di Crosto ta’ John Galea, il-Messa St. Cecile ta’ Charles Gounod, ir-Requiems ta’ Gabriel Faure, Giuseppe Verdi u Anton Nani, The Seven Words Of Christ ta’ Theodore Dubois u Magnificat In Sol Minore RV610 ta’ Antonio Vivaldi. Kanta flimkien mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali (Malta), mar-Reverienland Fanfare Orchestra (Olanda) u mas-Sofia Collegium Symphony Orchestra (Bulgarija). Barra minn xtutna kanta fit-teatri ta’ Grosseto, Cecina u Terme di Chiancano, l-Italja (1999), fil-knisja ta’ Santa Maria della Misericordia dei Bianchi ġewwa Trecastagni, Sqallija (2001) u fil-Kwartieri tar-Radju Nazzjonali Bulgaru ġewwa Sofia (2005).

Alfred huwa mfittex ħafna mill-baned Maltin. Kanta l-parti tal-Baritonu solista f’ħafna xogħlijiet li dawn għoġobhom jippreżentaw lill-pubbliku Malti fosthom il-Kantati Marija l-Imbierka fost in-nisa ta’ R. Bugeja; Bi Twelidek Rebbaħtna, Tislima lil San Gejtanu u Filep ta’ Mro. Raymond Sciberras; Divum Andream Apostolum u Cantata lil San Gejtanu ta’ Mro. Joseph Abela Scolaro, L-Għid ta’ l-Assunta – Lilek Marija ta’ Mro. Raymond Sciberras, Sanctus Gregorius Magnus u Jien Nikola – Protettur tagħkom ta’ Mro. Raymond Zammit. Mal-Banda ta’ 12th May Band and Social Club ta’ Ħaż-Żebbuġ kanta l-parti ta’ Alfio meta din tellgħet l-opra Cavalleria Rusticana ta’ Pietro Mascagni. Ħa sehem ukoll fil-Malta War Requiem tas-Surmast Joseph Magri meta ttellgħet għall-ewwel darba f’pajjiżna mill-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Sliema f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Dawn ix-xogħlijiet imsemmija huma kollha rrekordjati fuq diski kompatti.

Huwa l-ewwel baritonu Malti li fuq inizjattiva ta’ l-APS BANK irrekordja professjonalment mad-Ditta GEGA NEW (Bulgarija) is-sensiela ta’ diski kompatti li jġibu l-isem Sacred Music By Maltese Composes u li fihom l-aqwa xogħlijiet sagri Maltin tas-seklu dsatax u għoxrin, fosthom il-Grande Messe tas-Surmastrijiet Paolino Vassallo, Giuseppe Spiteri Fremond, Anton Nani u Ferdinando Camilleri u Giuseppe Camilleri.

Huwa kellu x-xorti jippreżenta d-diski kompatti b’din il-mużika sagra lill-Qdusija tiegħu l-Papa Benedittu XVI ġewwa Pjazza San Pietru l-Vatikan nhar it-2 ta’ Novembru 2005.

Il-vuċi ta’ Alfred Camilleri tinstema’ fuq ħafna diski kompatti oħra fosthom Verbum Dei Caro Factum Est (Librerija Preca, 2000), Omm Beltna Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla, (2000), Fik Ittamaw Missirjietna banda tal-Għaqda Mużikali Imperial tal-Mellieħa (2001), Warda Sbejħa tal-Karmelu tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria ta’ iż-Żurrieq (2003), O Kbir Prekursur tas-Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija (2006), Regnum Dei Banda tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun (2006), u Te Joseph Celebrent (Cappella Diacono), (2007), Santa Helena Imperax Maxima Duke of Connaught Own Band Club ta’ Birkirkara (2010), Fundatus (Parroċċa San. Ġorġ), ta’ Ħal Qormi, (2011), Insellmulek O Kbir Leonardu banda Għaqda Mużikali San Leonardu ta’ [[Ħal Kirkop), (2017), Innu lil San Duminku tal-banda Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu (2017), Int il-Magħżul Biex Tkun Il-Patrun tal-banda [[Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal-Għaxaq), (2021), Antifoni u Innijiet f’Ġieħ San Filep tal-Banda 12th May, Ħaż-Żebbuġ (2022), Lil Ġesù fuq it-Tabor tas-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 (2022) u La Voce Sul Calvario mis-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal Qormi, (2023).

Alfred huwa lecturer tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju ġewwa l-Kulleġġ De La Salle.