Difference between revisions of "Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar"
m (→Surmastrijiet ta’ Isem: typo) |
(→Cd's) |
||
(3 intermediate revisions by the same user not shown) | |||
Line 1: | Line 1: | ||
{{cleanup}} | {{cleanup}} | ||
== | == Lis-Storja tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar == | ||
[[File:bandasanmikiel.jpg|400px|thumb|right|Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar]] | [[File:bandasanmikiel.jpg|400px|thumb|right|Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar]] | ||
Kien propju fil-post kif nafhuħ illum f’ '''Misraħ is-Sliem''', dak iż-żmien kienu jsibuħ '''Piazza San Giacomo''', aktar magħruf bħala '''il-Misraħ''' fejn l-antenati tagħna waqqfu l-ewwel banda Żabbarija, '''is-Societa` Filarmonica del Zabbar – Casino e Scuola''', '''Piazza San Giacomo''', li illum hi magħrufa bl-isem ta’ [[Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar]] A.D. 1883. | Kien propju fil-post kif nafhuħ illum f’ '''Misraħ is-Sliem''', dak iż-żmien kienu jsibuħ '''Piazza San Giacomo''', aktar magħruf bħala '''il-Misraħ''' fejn l-antenati tagħna waqqfu l-ewwel banda Żabbarija, '''is-Societa` Filarmonica del Zabbar – Casino e Scuola''', '''Piazza San Giacomo''', li illum hi magħrufa bl-isem ta’ [[Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar]] A.D. 1883. | ||
Line 9: | Line 9: | ||
M’hemmx dubju li [[Ħaż-Żabbar]], bħala wieħed mill-eqdem u mill-isbaħ bliet ta’ [[Malta]], xejn anqas minn imkejjen oħra tal-gżejjer Maltin, minn żmienijiet imbegħda, kellu tħeġġeġ fih l-imħabba għall-arti u l-kultura, b’mod partikulari, mużikali. | M’hemmx dubju li [[Ħaż-Żabbar]], bħala wieħed mill-eqdem u mill-isbaħ bliet ta’ [[Malta]], xejn anqas minn imkejjen oħra tal-gżejjer Maltin, minn żmienijiet imbegħda, kellu tħeġġeġ fih l-imħabba għall-arti u l-kultura, b’mod partikulari, mużikali. | ||
Sa mill-1615, meta dak iż-żmien ir-raħal sar parroċċa, baned żgħar komposti b’mhux aktar minn tnax-il ruħ, bdew jakkumpanjaw il-purċissjoni fil-festa titulari. Snin wara, sakemm twaqqfu l-baned f’lokal, kienu jiġu baned tar-riġmenti stazzjonati fil-kwartieri ta’ [[Verdala]], f’ [[Bormla]]. Bla dubju ta’ xejn, bil-kompożizzjonijiet imħalltin u esegwiti minn bandisti professjonali, iż-Żabbarin komplew jinġibdu u jissaħru għall-mużika. | Sa mill-1615, meta dak iż-żmien ir-raħal sar parroċċa, baned żgħar komposti b’mhux aktar minn tnax-il ruħ, bdew jakkumpanjaw il-purċissjoni fil-festa titulari. Snin wara, sakemm twaqqfu l-baned f’lokal, kienu jiġu baned tar-riġmenti stazzjonati fil-kwartieri ta’ [[Verdala]], f’ [[Bormla]]. Bla dubju ta’ xejn, bil-kompożizzjonijiet imħalltin u esegwiti minn bandisti professjonali, iż-Żabbarin komplew jinġibdu u jissaħru għall-mużika. | ||
==Il-Bidu== | ==Il-Bidu== | ||
Line 102: | Line 102: | ||
| 08||[[Carmelo Fabri Scerri]]||1917||1918 | | 08||[[Carmelo Fabri Scerri]]||1917||1918 | ||
|- | |- | ||
| 09||[[ | | 09||[[Antonio Micallef]]||1919||1920 | ||
|- | |- | ||
| 10||[[Salvatore Micallef]]||1920|| | | 10||[[Salvatore Micallef]]||1920|| | ||
|- | |- | ||
| 11|| | | 11||Antonio Micallef||1923||1932 | ||
|- | |- | ||
| 12||[[Giuseppe Deguara]]||1933||1938 | | 12||[[Giuseppe Deguara]]||1933||1938 | ||
Line 169: | Line 169: | ||
| 13||[[Cosimo Sciberras]]||1946|| | | 13||[[Cosimo Sciberras]]||1946|| | ||
|- | |- | ||
| 14|| | | 14||Victor Cauchi||1946||1947 | ||
|- | |- | ||
| 15||[[Joe McDougall]]||1947||1949 | | 15||[[Joe McDougall]]||1947||1949 | ||
Line 298: | Line 298: | ||
|- | |- | ||
| 09||[[Festivie Marches - Marċi Brijuzi - 135 Sena - Mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel, Żabbar (2018)]]||2018||*|||||| | | 09||[[Festivie Marches - Marċi Brijuzi - 135 Sena - Mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel, Żabbar (2018)]]||2018||*|||||| | ||
|- | |||
| 10||[[Festive Marches - Marċi Brijuzi - Is-Sena Tagħna 140 Sena (2023) - Mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel, Żabbar (2023)]]||2023||*|||||| | |||
|- | |- | ||
|} | |} |
Latest revision as of 07:57, 2 October 2023
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
Lis-Storja tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar
Kien propju fil-post kif nafhuħ illum f’ Misraħ is-Sliem, dak iż-żmien kienu jsibuħ Piazza San Giacomo, aktar magħruf bħala il-Misraħ fejn l-antenati tagħna waqqfu l-ewwel banda Żabbarija, is-Societa` Filarmonica del Zabbar – Casino e Scuola, Piazza San Giacomo, li illum hi magħrufa bl-isem ta’ Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883.
F’versi limitati se naraw diversi avvenimenti importanti li għamlu unur kemm lill din l-Għaqda, kif ukoll lil belt Hompesch.
M’hemmx dubju li Ħaż-Żabbar, bħala wieħed mill-eqdem u mill-isbaħ bliet ta’ Malta, xejn anqas minn imkejjen oħra tal-gżejjer Maltin, minn żmienijiet imbegħda, kellu tħeġġeġ fih l-imħabba għall-arti u l-kultura, b’mod partikulari, mużikali.
Sa mill-1615, meta dak iż-żmien ir-raħal sar parroċċa, baned żgħar komposti b’mhux aktar minn tnax-il ruħ, bdew jakkumpanjaw il-purċissjoni fil-festa titulari. Snin wara, sakemm twaqqfu l-baned f’lokal, kienu jiġu baned tar-riġmenti stazzjonati fil-kwartieri ta’ Verdala, f’ Bormla. Bla dubju ta’ xejn, bil-kompożizzjonijiet imħalltin u esegwiti minn bandisti professjonali, iż-Żabbarin komplew jinġibdu u jissaħru għall-mużika.
Il-Bidu
Għall-ħabta tal-1883, is-Surmast Giuseppe Micallef flimkien ma’ Dun Vinċenz Pace, kien ġabar xi żgħażagħ u waqqfu s-Societa` Filarmonica del Zabbar. Il-fundatur, promotur u aktar tard President ta’ din is-soċjeta` kien l-avukat Pasquale de Lorenzo.
Mal-poplu, dan l-avukat kien miżmum bħala ħabib tan-nies kollha u kien protettur tal-fqar, kif ukoll nisrani ta’ veru. It-tagħlim tal-mużika lil dawn iż-żgħażagħ sa mill-1870 u aktarx qabel, minn Mro. Carmelo Abela Scolaro jawtentika l-ħsieb jew l-eżistenza ta’ xi istituzzjoni jew soċjeta` mużikali f’Ħaż-Żabbar. Dawn iż-żgħażagħ, skont ma jagħti x’jifhem Mro. Giuseppe Micallef stess, kienu min-naħa tal-Misraħ. Dan ikompli jixhed kemm tassew din il-pjazza antika tal-Misraħ, barra li hija l-qalba ta’ Citta Hompesch li minnha fl-imgħoddi mbiegħed u iżjed qrib ħarġu l-arterji li kabbru u taw is-saħħa lil Ħaż-Żabbar, hi wkoll l-għajn u l-ġnien li fiha fetaħ u trawwem l-ewwel inwar mużikali. Din il-banda, bħall-baned kollha li kienu jitwaqqfu fil-bliet u rħula Maltin, damet xi snin magħrufa bl-isem ta’ pajjiżha – Societa` Filarmonica del Zabbar. Dan għaliex l-ewwel baned li jitwaqqfu kienu jitgħammdu bl-isem ta’ raħalhom jew belthom u dan il-fatt jixhed li din l-Banda hija l-ewwel waħda Żabbarija.
Is-Seħħ Firda
Fl-1887 seħħet firda, b’uħud mill-bandisti flimkien mal-kumitat, riedu lill-bravu Mro. Abela Scolaro bħala Surmast Direttur, filwaqt li xi bandisti oħra riedu jibqgħu taħt is-Surmast Giuseppe Micallef. B’riżultat ta’ dan, il-belt ta’ Ħaż-Żabbar safa b’żewġ baned.
F’din il-tilwima, il-kumitat u l-bandisti li għażlu lis-Surmast Carmelo Abela Scolaro, baqgħu fl-istess Sede ġewwa l-Misraħ, kif ukoll żammew l-isem oriġinali ta’ Societa` Filarmonica del Zabbar, wara bħala Societa` Filarmonica San Michele, aktar tard Għaqda Mużikali San Mikiel u llum Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel. Sa minn tmiem is-seklu u sa ftit wara it-Tieni Gwerra Dinjija, il-baned kollha iżjed kienu jissemmew bil-laqam milli bil-propju isem tagħhom. Kull banda jew każin li jitwaqqaf mill-ewwel kienu jsibulu laqam. Is-Societa` Filarmonica San Michele mill-ewwel laqqmuha “tal-Bajda“. Dan hemm min jorbtu mal-fatt li mat-twaqqif tagħha ttellgħet bandiera bajda biex turi l-indipendenza tagħha mill-każin rivali tal-istess belt. Hemm diversi verżjonijiet oħra, pero` minn studju li sar juri biċ-ċar li l-laqam ġie minn bandiera bajda bil-burdura ħadra u bit-tarka f’nofsha. Fl-anglu kien hemm l-ittri Q.U.D. li jfissru Quis ut Deus jiġifieri “Min bħal Alla?” Dawn l-ittri malajr ġew imdawwra għal Kukka u eventwalment tal-Bajda.
Diversi Postijiet
Kienu ħafna d-djar li matul is-snin servew bħala każin ta’ din l-Għaqda. Fis-sena 1889 u qabel, is-sede tas-Societa` Filarmonica del Zabbar kienet fi Pjazza San Ġakbu. Fil-25 ta’ Jannar 1891, ġie inawgurat każin ġdid f’numru 6, Pjazza Prince of Wales. Aktar tard, bejn l-1898 u l-1899, il-każin mexa għal numri 8 u 9 Strada Prince of Wales. F’ Ġunju tal-1902, il-każin ġarr għal numru 28, Piazza San Giacomo, filwaqt li fl-1905 mexa għal 37 u 38 Piazza San Giacomo. Bejn l-1919 u l-1920, il-każin kien fi Pjazza Prince of Wales bin-numru tas-sede mhux identifikat. F’ Settembru tal-1921, il-kumitat beda jaħseb għal lokal ieħor. F’Ottubru tal-istess sena, sar kuntratt u nxtara fejn jinsab il-każin illum.
Żmien il-Ġwerra w Il-Każin tal-Lum
It-Tnejn 18 ta’ Settembru 1978 beda jinħatt il-każin biex seta’ jinbena każin ġdid. Frott il-ħidma tal-voluntiera, il-bżulija tal-Kumitat u l-għaqal tat-Teżorier ta’ dak iż-żmien, Ġużeppi Barun, il-Monument Ċentinarju, kif ġie msemmi, ġie inawgurat nħar it-3 ta’ Settembru 1983, eżattament fil-festi li saru biex ifakkru l-ewwel Ċentinarju mit-twaqqif tal-Għaqda. Iżda b’Kumitati oħra ħabrieka, voluntiera ta’ qalb kbira u għaqda bejn l-imsieħba nxtraw aktar propjetajiet, u wara x-xogħol li kien hemm bżonn, il-każin kompla jikber u immordernalizza ruħhu f’sede sabiħa. Il-ħila u l-kuraġġ li dejjem urew il-Kumitati flimkien mal-bandisti u l-imseħbin matul iż-żminijiet, żammew din l-Għaqda dejjem ħajja, anke fl-aktar żmien mwiegħer tal-aħħar Gwerra Dinjija.
Dan kollu tixhdu kitba ppubblikata fil-ġurnal Il-Berqa tal-Ġimgħa 10 ta’ Settembru 1943 fejn tgħid: Bosta għaqdiet mużikali kienu mġielgħa jagħlqu l-każini tagħhom. Każini oħra baqgħu miftuħa u komplew bl-attivita tagħhom… Waħda minn dawn hija l-Għaqda Mużikali San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar. Għalkemm tliet kwarti mill-każin tal-Għaqda kien imġarraff fil-ħbit mill-ajru, il-kumitat, il-bandisti u l-imseħbin kollha, baqgħu jiltaqgħu fl-intrata u fil-persjana, postijiet waħdanin li kienu baqgħu sħaħ….. Ta’ min jgħid li lejlet il-festa, nħar il-11 ta’ Settembru ta’ din l-istess sena, il-Banda San Mikiel kienet l-unika banda li ħadet sehem fit-Te Deum quddiem il-knisja u fit-toroq madwar Ħaż-Żabbar.
Surmastrijiet ta’ Isem
Il-Banda San Mikiel minn dejjem kellha Surmastijiet li għamlulha ġieh. Fosthom insemmu lil Mro. Carmelo Abela Scolaro, Mro. Giuseppe Micallef, Mro. Antonio Micallef, Mro. Hector H. Dalli, Mro. Adeodato Gatt, il-Princep tal-Marċi Maltin, Mro. Luigi Bongailas, Mro. Twanny Chircop u Mro. Charles Wallace Suda fost oħrajn. Ma nistgħux ma nsemmux lill-bravu Mro. David Agius li ta’ snin ta’ servizz lill-din il-Banda, u Surmast attwali Mro. Matthew Grech.
Spażju għal Bandisti Nisa
U la qed nitkellmu fuq il-banda, ma nistgħux ma nsemmux xi avvenimenti importanti li komplew għollew isem il-Banda San Mikiel. Safejn hu magħruf uffiċjalment, il-Banda San Mikiel kienet l-ewwel banda Maltija li bdiet tilqa’ lin-nisa fi ħdana. Fl-1954, fost il-bandisti, kellha lil Grace Barnett. Kienet iddoqq l-euphonium. Damet iddoqq mal-Banda sa April tal-1956. Il-Banda San Mikiel kienet ukoll waħda mill-ewwel baned Maltin, wara dik tas-Soċjeta Filarmonika King’s Own tal-belt Valletta, li daqqet fil-pubbliku l-Innu Nazzjonali miktub minn Dun Karm Psaila u mmużikat mill-kirurgu maġġur Robert Sammut. Dan seħħ nħar lejlet il-festa tal-Madonna tal-Grazzja, is-Sibt 10 ta’ Settembru 1938 fil-Pjazza Prince of Wales, illum magħrufa bħala Misraħ is-Sliem, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Giuseppe Deguara. Iċ-ċelebrazzjonijiet li kienu saru biex jiġi mfakkar l-ewwel Ċentinarju tal-Għaqda wkoll jibqa’ mnaqqax b’ittri tad-deheb fl-istorja glorjuża tal-banda. L-attivitajiet kienu saru bejn l-1 u l-10 ta’ Settembru tal-1983. L-aqwa fosthom kien il-programm Vokali u Strumentali mill-Banda San Mikiel immexxija mis-Surmast Direttur ta’ dak iż-żmien Mro. John J. Pace, nħar is-Sibt 3 ta’ Settembru. Fost bċejjeċ mużikali ndaqqu u tkantaw l-“Innu Klassiku u Uffiċjali tal-Inkurunazzjoni”, kompożizzjoni ta’ Mro. Giuseppe Casapinta u l-“Għanja Sinfonika taċ-Ċentinarju”, xogħol Mro. John J. Pace. Il-versi taż-żewġ kompożizzjonijiet ġew minsuġa mill-mibki, iżda qatt minsi Karmenu Ellul Galea, ex-President tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel. Indaqqet ukoll il-Gran Marcia “Mitt Sena” ta’ Mro. Paul Buttigieg. Ma’ tmiem il-programm l-E.T. is-Sinjorina Agatha Barbara, dak iż-żmien President tar-Repubblika ta’ Malta u President ‘Ad Vitam’ tal-Għaqda San Mikiel, fetħet uffiċjalment il-każin il-ġdid. It-tberik sar minn Mons. Carmelo Xuereb, Vigarju Ġenerali. Inkixfet u tbierket lapida kommemorattiva. Matul iż-żminijiet, il-Banda San Mikiel kellha ħafna okkażjonijiet biex issemma leħinha, tista’ tgħid madwar il-gżejjer Maltin kollha.
Żjarat barra Pajjiżna
Kienu diversi l-pajjiżi barranin li fihom ġiet mistiedna l-banda tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883. biex tagħti s-servizz tagħha. Il-Banda San Mikiel hija waħda mill-iktar baned Maltin li siefret barra l-pajjiż. Is-safar tal-Banda jinkludi:-
- Fl-1991 – mis-7 sat-12 ta’ Mejju ġewwa Tre Castagni fi Sqallija.
- Fl-1994 – mis-6 sat-13 ta’ Frar ġewwa Agrigento fi Sqallija.
- Fl-1995 – mit-3 sal-10 ta’ Frar għal darb’oħra f’Agrigento fi Sqallija.
- Fl-1996 – mid-29 ta’ Ġunju sas-6 ta’ Lulju ġewwa Ruma, u Parma fl-Italja.
- Fl-1997 – mill-10 sas-17 ta’ Ottubru ġewwa Ateni fil-Greċja.
- Fl-1998 – mill-21 sat-28 ta’ Ġunju ġewwa Monastir it-Tuneżija.
- Fl-2000 – mid-29 ta’ Ġunju sal-4 ta’ Lulju ġewwa Lugano fl-Svizzera
- Fl-2004 – mit-30 ta’ Settembru sas-6 ta’ Ottubru ġewwa Palazzo Acriede fi Sqallija
- Fl-2005 – mit-8 sal-15 ta’ Ġunju ġewwa Rybnic fil-Polonja.
- Fl-2017 - mis-7 sal-14 ta’ Ottubru ġewwa Valenzja fi Spanja
- Fl-2018 - mit-28 ta’ Settembru sal-1 ta’ Ottubru ġewwa Monte Sant’Angelo l-Italja.
Kull safra li kellha l-Banda kienet esperjenza sabiħa, iżda bla dubju ta’ xejn, l-udjenza li l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883 kellha mal-mibki Papa Ġwanni Pawlu II fis-Sala Nervi ġewwa l-Belt tal-Vatikan fl-1996 se tibqa’ tissemma’ u mfakkra matul is-snin. Hemmhekk il-Banda daqqet l-Innu tal-Papa kif ukoll l-Innu Nazzjonali Malti. Sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha, il-Banda San Mikiel minn dejjem kellha element ta’ bandisti li spikkaw. Ħarġu minnha l-aqwa mużiċisti. Dan jikkonfermawh ir-riżultati miksuba minn żmien għall-ieħor mill-bandisti tal-post fil-Gara Mużikali li ta’ kull sena tiġi organizzata mill-Għaqda Każini tal-Baned.
Inkurażżjoni tax-xbieha mirakoluża tal-Madonna tal-Grazzja
Biżżejjed ngħidu li bejn is-sena 1989 u s-sena 1997, il-Banda San Mikiel u l-bandisti tagħha ġew klassifikati 8 darbiet l-ewwel. Bla dubju ta’ xejn, l-akbar avveniment għaż-Żabbarin seħħ nħar it-2 ta’ Settembru 1951. Ġrajja li tibqa’ mfakkra minn ġenerazzjoni għall-oħra. F’dan il-jum hekk għażiż għalina lkoll, ġiet inkurunata x-xbieha mirakoluża tal-Madonna tal-Grazzja. Xewqa li kienet ilha tberren f’moħħ kull Żabbari sa mill-eqdem żminijiet. Dakinhar iż-Żabbarin ferħu, għax bis-saħħa tad-deheb tagħhom u ta’ flushom, kienet seħħet l-akbar u l-għeżeż ġrajja fl-istorja reliġjuza u soċjali f’Ħaż-Żabbar. Il-Banda San Mikiel kellha sehem kbir f’dan l-avveniment. Nħar l-1 ta’ Settembru 1951, lejlet l-Inkurunazzjoni, il-banda daqqet għall-ewwel darba l-Innu Klassiku u Uffiċjali tal-Inkurunazzjoni taħt id-direzzjoni tas-Surmast Adeodato Gatt. Dan l-innu, li ħareġ mill-pinna ta’ Mro. Giuseppe Casapinta b’versi ta’ Karmenu Ellul Galea, ġie rregalat lill-Għaqda mill-Kappillan ta’ dak iż-żmien il-Wisq Reverendu Dun Ġużepp Zarb b’ kuntratt notarili li sar nħar it-8 ta’ Awwissu 1951 għand in-nutar Dr. John Micallef Trigona. Dan ifisser li l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883. biss għandha d-drittijiet kollha fuq dan l-innu u għalhekk ma jistax jindaqq minn l-ebda banda oħra.
Kemm tixraqlek O ħelwa Madonna Il-kuruna li llum qed nagħtuk! Hija xhieda ta’ qima u mħabba Li b’Omm tagħna, b’Sultana nagħrfuk! Lejk Marija – Dawl, Tama u Sabbara - Ġrew il-ġnus ta’ kull lewn u f’kull żmien, Sa Papiet das-Santwarju żejnulek, Lilek talbu l-Maltin għall-ħelsien! Dan il-jum hekk għażiż baqa’ jitfakkar ta’ kull sena
50 Sena mill-Inkurunazzjoni
Fis-sena 2001, f’għeluq il-50 Sena tal-Inkurunazzjoni, il-poplu Żabbari reġa’ nġabar f’riġlejn Ommna tal-Grazzja, din id-darba biex madwar ras il-Madonna jitpoġġa stellarju ta’ 12-il stilla tad-deheb. Għal din l-okkażjoni, nħar l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu 2001, il-Banda San Mikiel taħt d-direżżjoni tas-Surmast David Agius, esegwiet programm Vokali u Strumentali ġewwa s-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. Għal din l-okkażjoni, is-Surmast Agius ikkompona “Kantata lil Ommna Marija Santissima tal-Grazzja”, filwaqt li l-lirika saret mis-Sur Karmenu Ellul Galea.
Is-Sliem Għalik Glorjuża Verġni Mbierka Bejjiena bejn min ħalqek u l-bnedmin!… Is-Sliem Għalik Sultana u Omm tal-Grazzji, Patruna u Omm ta’ qlubna ż-Żabbarin! Ta’ qlubna!…Ta’ qlubna! Ta’ wliedek Żabbarin!
Iż-żmien għadda, u ta’ kull sena l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel baqgħet tibni fuq il-pedamenti sodi li ħallewla missirijietha. Baqgħet tiġġedded u taġġorna ruħha maż-żminijiet. Investiet f’maħżen għall-armar kif ukoll inxtrat propjeta` biex ikun jista’ jitkabbar il-każin. Twaqqfu sotto-kumitati u kummissjonijiet biex ix-xogħol, speċjalment dak relatat mal-festa, seta’ jinqasam u jinfirex fuq aktar individwi.
Kummissjoni Nar u Armar
Bit-twaqqif tal-Kummissjoni Nar u Armar fl-1976, rajna t-toroq u l-pjazez tagħna jintlew b’ armar rikk, filwaqt li n-nar li jiġi maħruq matul il-ġranet tal-festa żdied bil-bosta. Fl-1983 twaqqfet il-Fergħa Nisa bl-għan li tgħin direttament lill-Kumitat Ċentrali fil-bżonnijiet tal-każin filwaqt li torganizza attivitajiet soċjali u kulturali.
Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti
It-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti fl-1988, kabbar il-briju li jiġi mtella’ matul il-ġranet tal-festa, kif ukoll l-element żgħażugħ fil-każin żdied mhux ftit. Kummissjoni oħra importanti hija l-Kummissjoni Banda. Din tiltaqa’ minn żmien għall-ieħor biex tiddiskuti dak kollu li għandu x’jaqsam mat-tmexxija tal-banda, mużika, servizzi u affarijiet relatati oħra. Il-Kummissjoni Planċier, l-aħħar kummissjoni li ġiet imwielda fi ħdan l-Għaqda, ġiet imwaqqfa biex isseħħ il-ħolma ta’ ħafna partitarji, dik li jsir planċier kif jixraq lill-banda. Proġett li beda u ċertament se jitkompla u jitlesta fiż-żmien li ġej.
Inħarsu lejn il-Futur
L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel dejjem ħadmet biex minn sena għall-oħra tkompli tkabbar u ssebbaħ il-festa tal-Patruna tagħha, il-festa tal-Madonna tal-Grazzja. Dejjem ġabret il-ħiliet u l-kapaċitajiet fi ħdanha u għaqditom flimkien. Ta’ kull sena tat is-sehem tagħha fil-festa, anke fl-aktar żminijiet diffiċli. Nar… armar… briju… baned… U fuq kollox l-imħabba lejn il-Madonna tal-Grazzja, Patruna taż-Żabbarin. Fadal ħafna x’wieħed jgħid. Kieku kellna nsemmu dak kollu li għaddiet minnu l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel matul iż-żmien, ma nieqfu qatt… Fadal hafna x’wieħed igħid!! Kieku kellna nsemmu dak kollu li ghaddiet minnu l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel matul iz-zmien, Storja Glorjuża ta’ 135 ta’ ħidma bla waqfien. B’kumitat ħabbirki, bandisti mmexxija mill-aqwa Surmastijiet, Partitarji numerużi ankaniti u sapportivi, iżda b’għajn ewlieni wieħed, dak ta’ l-imħabba lejn Arti u l-kultura mużikali u fuq kollox lejn il-Patruni il-Madonna tal-Grażżja u l-Arkanġlu San Mikiel.
Organisation
Surmastrijiet
No | Surmastrijiet | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Carmelo Abela Scolaro | 1870 | |
02 | Ġiuseppe Micallef | 1883 | 1887 |
03 | Carmelo Abela Scolaro | 1887 | 1889 |
04 | Antonio Agius | 1889 | 1903 |
05 | Ġiuseppe Micallef | 1903 | 1909 |
06 | Salvatore Galea Abela | 1909 | |
07 | Ġiuseppe Micallef | 1911 | |
08 | Carmelo Fabri Scerri | 1917 | 1918 |
09 | Antonio Micallef | 1919 | 1920 |
10 | Salvatore Micallef | 1920 | |
11 | Antonio Micallef | 1923 | 1932 |
12 | Giuseppe Deguara | 1933 | 1938 |
13 | Joseph Buttigieg | 1938 | 1939 |
14 | Hector H. Dalli | 1939 | 1944 |
15 | Joseph Buttigieg | 1944 | 1945 |
16 | Emmanuel Camilleri | 1945 | 1946 |
17 | Joseph Xuereb | 1946 | 1949 |
18 | Adeodato Gatt | 1949 | 1964 |
19 | Luigi Bongailas | 1964 | 1971 |
20 | Twanny Chircop | 1971 | 1973 |
21 | Luigi Bongailas | 1973 | 1979 |
22 | John J. Pace | 1979 | 1987 |
23 | Charles Wallace Suda | 1987 | 1999 |
24 | David Agius (bandmaster) | 1999 | 2020 |
25 | Matthew Grech | 2020 |
Presidenti
No | Presidenti | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Emmanuele Kamm | 1891 | |
02 | Emmanuele Camilleri | 1891 | 1893 |
03 | Dr. Pasquale De Lorenzio LL.D | 1893 | 1901 |
04 | Dr. Vincenzo Debono LL.D | 1901 | 1904 |
05 | Dr. Ġiovanni Felice Inglott M.D. | 1904 | |
06 | Antonio Pio Abela | 1920 | |
07 | Lorenzo Sciberras | 1920 | 1921 |
08 | Antonio Pio Abela | 1921 | 1929 |
09 | Gerald Debono | 1929 | 1930 |
10 | Dr. Salvatore L. Vella M.D. | 1930 | 1935 |
11 | Antonio Pio Abela | 1935 | |
12 | Victor Cauchi | 1935 | 1946 |
13 | Cosimo Sciberras | 1946 | |
14 | Victor Cauchi | 1946 | 1947 |
15 | Joe McDougall | 1947 | 1949 |
16 | Cosimo Sciberras | 1949 | 1953 |
17 | Karmenu Ellul Galea | 1953 | 1959 |
18 | Emmanuel Ellul Galea | 1959 | 1967 |
19 | Karmenu Ellul Galea | 1967 | 1982 |
20 | Dr. Grazio V. Ellul | 1982 | 1983 |
21 | Frank Mumford | 1983 | 1987 |
22 | Lawrence Buhagiar | 1987 | 1997 |
23 | Vincent Buhagiar | 1997 |
Segretarji
No | Segretarji | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | [[ ]] |
Teżoriera
No | Teżoriera | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | [[ ]] |
Band Commissions
Band Activities Overseas
Historical Events in which the Band participated
Song Festivals, Events or Drama Activies
Annual Concerts
Annual Musical Activities
Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)
Cassettes
Cd's
Cd's
No | Name of Cd' - Funeral Marches | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Funeral Marches - Marċi Funebri- Egosum MMXXII (2022) - Mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel, Żabbar (2022) | 2022 | * |
No | Name of Cd' - Festives Marches | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Hymns - Innijiet - 50 Sena - Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja - Mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel, Żabbar (2001) | 2001 | * |