Difference between revisions of "Għaqda Mużikali Beland"
Line 78: | Line 78: | ||
{| class="wikitable sortable" name="1st" | {| class="wikitable sortable" name="1st" | ||
|- | |- | ||
! No !! Segretarji !! | ! No !! Segretarji !! Minn !! Sa | ||
|- | |- | ||
| 00||[[Robert Abela]]|| || | | 00||[[Robert Abela]]|| || |
Revision as of 07:26, 14 February 2023
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
Storja
Għaqda Mużikali Beland twaqqfet fiż-Żejtun fl-1861 minn Mro. Orazio Diacono bil-kollaborazzjoni ta’ Mro. Michelino DeFerraris; wara trasformazzjoni tal-orkestra li kienet teżisti mill-1832. Il-fondazzjoni hi ppruvata b’numru ta’ marċi funebri miktuba fl-1861, bis-sehem ukoll tal-Banda Beland fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żejtun u servizzi fi Bliet u rħula bħal f’Ħal Għaxaq (1867), ir-Rabat u l-Belt Valletta (1870). L-isem Beland ingħata lil din is-Soċjetà f’fażi ta’ tiġdid snin ilu. Dan l-isem oriġina mill-kunjom Ġermaniż tal-Barunessa Isabelle Von Bylandt, omm il-GranMastru Hompesh li fl-1797 ta t-titlu ta’ Belt liż-Żejtun b’Città Beland.
Id-direzzjoni tal-Banda Beland kienet dejjem f’idejn Surmastrijiet lokali stabbiliti, fosthom Mro. Angelo Mifsud, Ignazio Catania, Antonio Miruzzi, Carmelo Scicluna, Carmelo Baldacchino, Hector Dalli, Orazio Cachia, Frank Mercieca u Raymond Sciberras. Tul is-snin, dil-banda kellha sehem distint f’diversi festi Maltin, avvenimenti governattivi u attivitajiet nazzjonali. Sal-lum iċċelebrat sitt anniversarji li mmarkaw mixja li llum tgħodd b’aktar minn 150 sena ta’ storja. Baqgħet timxi fit-triq tal-progress, bi Presidenti u Kumitati ħabrieka li mexxewha, flimkien mal-fergħat li twieldu fi ħdanha maż-żmien u bin-numru kbir ta’ membri attivi u segwaċi. Illum tgawdi min numru sostanzjali ta’ bandisti, grazzi wkoll għall-iskola tal-mużika mwaqqfa riċentement għat-tagħlim bla ħlas lill-bandisti futuri tagħha.
Fost il-ħafna episodji storiċi tagħna, nsemmu ż-żjarat tal-Banda Beland f’pajjiżi barranin; fil-Ġermanja fl-1994 għall-ftuħ mill-ġdid tal-Kastell Rheydt, eks-propjetà ta’ omm il-GranMastru Hompesh, fir-Russja fl-1995 fejn din kellha tkun l-ewwel banda Maltija li sa dakinhar żaret dan il-pajjiż, f’Como l-Italja fl-1998, u f’Ruma u l-Belt tal-Vatikan fl-2019, b’kunċert fit-teatru rinomat mal-mużiċisti fid-dinja – Conservatorio Santa Cecilia, u wkoll bil-privileġġ li ddoqq fi Pjazza San Pietru waqt udjenza tal-Papa Franġisku. Insemmu wkoll b’unur l-eżekuzzjoni tal-Banda Beland tal-Oratorio – Dawl fuq is-Sinaj għal darbtejn fil-Knisja Arċipretali taż-Żejtun; fl-2005 bħala parti mill-festi Ċentinarji tal-1700 sena mill-Martirju ta’ Sta. Katarina V.M., u fl-2015 f’egħluq l-10 snin mit-tnedija tal-istess xogħol mużikali. Dan kollu jgħodd ma’ tant episodji sbieħ oħra li huma mnaqqxa b’unur fi storja li qed tkompli tinkiteb.
Is-sit eżistenti ta’ dis-Soċjetà jinsab f’post prominenti fil-pjazza ewlenija taż-Żejtun, faċċata eżatt tal-Knisja Parrokkjali; bi swali kbar u rinovati li fihom jinżammu bi preġju tant oġġetti li huma wirt kbir għalina, kuljum jiltaqgħu niesna u dawk li jżuruna, jitħarrġu l-istudenti u l-bandisti tal-Banda Beland b’mod regolari, isiru l-laqgħat tal-istrutturi u tinħema ħidmietna, u norganizzaw l-attivitajiet għal kulħadd tul is-sena kollha.
L-iskop prinċipali ta’ dis-Soċjetà jibqa’ wieħed sostnut, dak tat-tagħlim u t-tixrid tal-mużika; f’organizzazzjoni li timraħ ukoll fl-oqsma soċjali, kulturali u solidali bħala waħda volontarja, u bil-qofol tas-sena kalendarja tagħna tibqa’ tkun il-festa titulari ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun, fit-tielet Ħadd ta’ Ġunju.
Nilqgħuk fil-pjattaformi soċjali ta’ din l-ewwel Banda Żejtunija, u fi ħdan il-familja kbira Belandista. Deskrizzjoni aġġornata: 2020
Organisation
Surmastrijiet
No | Surmastrijiet | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Orazio Diacono | 1861 | 1868 |
02 | Anġelo Mifsud | 1868 | 1897 |
03 | Carlo Diacono | 1897 | 1904 |
04 | Ignazio Catania | 1904 | 1919 |
05 | Antonio Miruzzi | 1919 | 1932 |
06 | Carmelo Scicluna | 1932 | 1946 |
07 | Carmelo Baldacchino | 1946 | 1954 |
08 | Hector H. Dalli | 1954 | 1980 |
09 | Orazio Cachia | 1980 | 1990 |
10 | Frank Mercieca | 1990 | 2012 |
11 | Raymond Sciberras FLCM | 2012 | 2021 |
12 | Gordon Baldacchino | 2022 |
Presidenti
No | Presidenti | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Mro. Orazio Diacono | 1861 | 1868 |
02 | Mro. Angelo Mifsud | 1868 | 1887 |
03 | Sculptor Ġiużeppi Baldacchino | 1887 | 1898 |
04 | Mro. Paolino Vassallo | 1898 | 1900 |
05 | Michelle Farrugia | 1900 | 1915 |
06 | Alfons M. Caruana | 1915 | 1926 |
07 | Chev. Alfred Cachia Zammit | 1926 | 1960 |
08 | Dr. Alexander Cachia Zammit M.D. | 1960 | 2014 |
09 | Dr. Joe M. Buttigieg | 2014 |
Segretarji
No | Segretarji | Minn | Sa |
---|---|---|---|
00 | Robert Abela |
Teżoriera
No | Teżoriera | Minn | Sa |
---|---|---|---|
00 | Anthony Aquilina |
Band Commissions
Band Activities Overseas
Historical Events in which the Band participated
Song Festivals, Events or Drama Activies
Annual Concerts
Annual Musical Activities
Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)
Cassettes
No | Name of Cd's | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Marċi Brijużi - ta' Mro. Hector H. Dalli (1984) - Mill-Għaqda Mużikali Beland | 1984 | * | |||
02 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Festa Santa Katarina (1992) Mill-Għaqda Mużikali Beland | 1992 | * | |||
03 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Mill-Għaqda Mużikali Beland (1994) | 1994 | * | |||
04 | Festive Marches - Marċi Brijużi - Mill-Għaqda Mużikali Beland (1996) | 1996 | * |
Cd's
Others
No | Name of Cd's | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Marċi Brijużi - The Valiant - Marċi ta' Mro. Hector H. Dalli - Għaqda Mużikali Beland | 2005 | * | |||
02 | Concert - Kunċert - Kunċert 50 Sena President (2010) - Għaqda Mużikali Beland (Double Cd) | 2010 | * |