Silvan Abdilla

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. Silvan Abdilla

Mro. Silvan Abdilla Twieled il-Pieta fit-12 ta’ Lulju 1974 fl-isptar San Luqa. Fl-ewwel sni ta' ħajtu fil-Qrendi, u wara flimkien mal-ġenituri tiegħu mar joqgħod iż-Żejtun. Huwa miżżewweġ lill Diane nee’ Galea u jogħqod il-Mosta. Huwa Kompożitur u Direttur Mużikali.

Silvan beda l-istudji mużikali tiegħu fis-sena 1983, fl-eta’ ta’ 9 snin. Fl-1986, ħareġ idoqq għall-ewwel darba l-klarinet ma’ banda lokali dik tas-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 Fl-1988 ingħaqad mal-Għaqda Banda Żejtun fejn il-karriera tiegħu bdiet tieħu xejra oħra. Huwa beda jgħin u jieħu interess fil-partijiet mużikali u anke ta’ xi lezzjonijiet. Fl-1990 Silvan beda jistudja professjonalment l-armonija mużikali taħt il-Professur Charles E. Zammit li kompla jinkoraġġih f’dan il-qasam. Wara, Silvan kompla l-istudju tiegħu għand surmastrijiet oħra fosthom Mro. Paul Buttigieg, Mro. Alfred Farrugia (bandmaster) u Mro. Raymond Sciberras. Ma’ dan ta’ l-aħħar ġab id-Diploma A Mus. L.C.M. Silvan kompla l-istudju tiegħu fil-pjanu ma’ żijuh Paul Quirolo. Silvan għamel kors ta’ erba’ snin fid-direżżjoni mużikali ma’ Mro. Joseph Sammut – Ex-Surmast tal-Orkestra Nazzjonali u tal-Società Filarmonica Nazionale La Valette fost l-oħrajn. Silvan għamel korsijiet oħra ma’ Mro. Alan Chircop u l-Għaqda Każini tal-Banda. Silvan Kien assistant Surmast ma’ tlett Baned Maltin, li kienu Soċjeta Filarmonika Qrendi A.D. 1895, Soċjeta Filarmonika Lourdes, Paola A.D. 1977 u Soċjeta Filarmonika La Stella Il-Gudja.

Mro. Silvan Abdilla

Silvan ikkompona kemm Marċi brijużi kif ukoll Marċi Funebri u xogħolijiet mużikali oħra għall-Banda, għall-Brass Band, Orchestra Chamber Music, Duets kif ukoll għall-Solo instruments u anke għall-Korijiet SATB. Huwa ikkompona ukoll xogħoljiet ta’ mużika sagra. Ikompona ukoll l-Innu tal-Madonna taċ-Ċiċri taż-Żebbuġ Għawdex fuq Kliem ta’ Dun Ġorġ Mercieca. Għandu xogħlijet ma’ awturi oħra bħal Sitio – Kollox Mitmum, Warda Mistika silta mużikali għall-Banda, dies natalis Innu Reġina Coeli u Belle Epouque ma’ Wayne Farrugia u qed jaħdem ma’ awturi oħra fuq kompożiżjonijiet oħra ma’ Chev. Carmel Bianchi u Karmenu Borg. Għandu ukoll xogħlijiet oħra li ndaqqu barra minn Malta bħall xogħol għall-Flawt li ndaqq minn Jaqueline Martell u xogħol ieħor għall-Cello li ndaqq minn mużiċisti Amerikani. Huwa ħa sehem f’kompetiżżjonijiet kemm f’Malta kif ukoll barra, fejn kiseb riżultati tajbin ukoll. Ix-xogħolijiet tiegħu ġew esegwiti fl-Amerka, l-Ingilterra, l-Israel, l-Italja, il-Kroazja, Franza, Svizzera, l-Polonja u l-Awstralja. Huwa ħareġ żewġ Cd’s tal-Marċi il-Ġimgħa Imqadsa 2002 marċi Funebri u ic-cd Festa li tinsab biss fuq l-Internet bi Produzzjoni ta’ Sinclair Mallia fejn intużat għall-ewwel darba banda diġitali. U qiegħda għall-bejgh min Cd baby .com Amzon ect. Għandu ukoll xi xogħlijiet tiegħu fuq You tube.

Illum Silvan huwa wieħed mill-erba’ diretturi taċ-Chamber Muzik. Chamber Muzik li fiha tinkorpora diversi modulse Mużikali fiha li permezz tagħhom inkunu nistgħu nagħtu servizzi mużikali f’kull okkazzjoni inkluzi tiġiejiet u Funerali u anke Kunċerti. Silvan għamel diversi kunċerti b’modules mużikali differenti ġewwa Malta. Barra min hekk huwa jippresenta xi pogrammi mużikali klassika fuq stazzjonijiet tar-Radju fl-Komunita bħal BKR Radio, Ippresenta wkoll, programm varjat ta’ Marċi Maltin fuq ir-radju ta’ Leħen il-Belt Ġorġjana ta’ Ħal-Qormi San Ġorġ, ieħor ta’ mużika varjata fuq Radju8SanFilep tal-Għaqda Każin Banda San Filep li se jerġa jibda fis-sajf 2021.