Adrian Sciberras
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
This page is a stub
Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.
Adrian Sciberras DipMusLCM huwa mużiċist u kompożitur ta’ diversi marċi brijużi, marċi funebri, innijiet, arranġamenti u mużika oriġinali. Imwieled fl-25 ta’ Mejju, 1985 u mgħammed fil-Knisja l-Antika u Matriċi ta’ Santa Venera V.M. Beda l-istudji mużikali tiegħu mal-Banda tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun fl-1993 ma’ Mro. Joe Camilleri, assistent Surmast tal-istess banda f’ dak iż-żmien. Fil-Festa ta’ San Gejtanu tal-1997 ħareġ idoqq id-drums mal-istess banda taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Raymond Sciberras fl-eta’ ta’ 12 -il sena, fejn minn hemm beda jattendi wkoll għall-kunċerti ta’ kull ġimgħa fis-sala prinċipali tal-każin, kif ukoll beda xi lezzjonijiet primarji tat-tejorija ma’ Mro. George Debono li kien għalliem fl-istess Għaqda Mużikali.
Bejn l-2002 u l-2012 kien hemm waqfa ta’ madwar 10 snin mill-baned u l-istudju mużikali. Reġa’ beda l-istudji tiegħu mal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun fl-2012, fejn wara 10 snin reġa’ sab lil Mro. Joe Camilleri li miegħu tgħallem is-solveġġ, iżda eventwalment meta għażel il-kurunetta bħala strument kompla l-istudji tiegħu ma’ Mro. Jonathan Borg, Surmast tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun. Bil-kurunetta beda jdoqq mal-banda fl-2018, iżda l-imħabba u l-ġibda lejn il-perkussjoni qatt ma naqqset u għalhekk dejjem pprefera li jdoqq l-istrumenti tal-perkussjoni b’mod speċjali il-katuba, li hu dejjem irrefera għaliha bħala il-qalb tal-banda u kull forma ta’ grupp mużikali’.
Fl-2015 beda l-istudji tiegħu fit-tejorija ma’ Mro. Etienne Spiteri u Ms. Rita Micallef rispettivament fejn irnexxielu jikseb il-gradi kollha fit-tejorija tal-mużika tal-University of West London College of Music. Eventwalment kif kienet ix-xewqa dejjiema ta’ Adrian Sciberras kompla l-istudji avvanzati fit-tejorija, kompożiżżjoni, kontrapunt, armonija u orkestrazzjoni taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Raymond Sciberras, fejn għadu jistudja sal-lum u sa issa kiseb id-diploma mill-istess Universita ta’ Londra. (Dip.MusLCM).
Adrian Sciberras minn dejjem xtaq li jipperfezzjona fil-kompożizzjoni, u kien għalhekk li resaq ‘il quddiem biex jistudja it-tejorija, għax ħafna mill-ħin liberu tiegħu iqattgħu jistudja, jaqra kotba ta’ kompożituri klassiċi, barokki, romantiki u kontemporanji, kif ukoll kotba differenti li jikkonsistu il-kompożizzjoni, b’ mod speċjali fl-armonija. Iħobb ukoll janalizza mużika antika u jisma din it-tip ta’ mużika, speċjalment lil kompożituri favoriti tiegħu Bach, Mozart u Beethoven fost oħrajn. Adrian Sciberras attenda wkoll masterclasses online li jirrigwardjaw id-direzzjoni mużikali, kif ukoll direzzjoni ta’ korijiet u orkestri ma’ Dr. John Zastoupil kif ukoll Ma’ Mr. Ben-Lewis Smith rispettivament.
L-ewwel marċ brijuż li kkompona Mro. Adrian Sciberras kien ġie rrekordjat bl-isem ta’ Blue Blood (Great Saint isem oriġinali) mill-banda tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar fl-2012. Minn dakinhar qatt ma’ ħares lura u dejjem ra kif jipperfezzjona l-kompożizzjoni kif ukoll dejjem ra li jibni l-istil uniku tiegħu. Minn wara l-2016, propju is-sena li kien irrekordja it-tieni marċ tiegħu mal-Banda Anici Band and Social Club ta’ Ħal-Qormi bl-isem ta’ Supremazija Stilliera (La Vecchia Signora isem oriġinali), tista’ tgħid li rrekordja diversi marċi ma’ diversi baned Maltin u Għawdxin b’ mod regolari kif ukoll kiteb diversi marċi brijużi, funebri, innijiet devozzjonali u innijiet proċessjonali, kif ukoll valzi, arranġamenti u mużika oħra. Il-pinna ta’ Adrian Sciberras ħarġet ukoll mill-gżejjer Maltin, fejn marċi funebri u brijużi ġew mitluba lilu biex jindaqqu ġewwa l-Italja u l-Awstralja.
Fl-2022 rebaħ konkors nazzjonali ta’ marċi proċessjonali organiżżat mis-Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema, tal-Mġarr, bl-ewwel marċ proċessjonali li qatt ikkompona, bl-isem ta’ In Assumptione Beatae Maria Virginis.
Adrian Sciberras jaħdem fi-amministrazzjoni ta’ waħda mill-entitajiet governattivi. Huwa jgħix is-Siġġiewi, miżewweġ lil Sarah u għandu tifel.
Xogħlijiet ta' Adrian Sciberras
No | Marċi Funebri | Sena | Indaqq l-ewwel darba | Sena | Irrekordjat - Baned | Sena: |
---|---|---|---|---|---|---|
01 | Hora Christi | 2017 | Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija | 2024 | ||
02 | In Memoria Del Mio Amico Justin Saliba | 2017 | Anici Band and Social Club | 2018 | Anici Band and Social Club | 2019 |
03 | Memoriae | 2018 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun | 2018 | ||
04 | Ecce Homo | 2019 | Għaqda Banda Żejtun | 2024 | ||
05 | Lill-Familjari Qatt Minisija | 2016 | Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun | 2019 | ||
06 | Qasir il-Għomor (Tislima lil Dun Rene' A. Cilia) | 2019 | Anici Band and Social Club | 2023 | ||
07 | Venerdi Santo (Tislima lil Fr. Robert Farrugia) | 2020 | Għaqda Mużikali Santa Marija A.D. 1873 | 2024 | ||
08 | Ad Extremum Spiritum (Tislima Lil Edward Mallia) | 2020 | Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba | 2022 | ||
09 | In Memorai Di Gina e Piu Zammit | 2023 | Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri | 2024 |
No | Innijiet Brijjuzi u Devozzjonali | Sena | Indaqq l-ewwel darba | Sena | Irrekordjat - Baned | Sena: |
---|---|---|---|---|---|---|
01 | Tħeġġeġ il-Qalb (Innu Marċ għall Santu Wistin) | 2017 | Soċjeta Filarmonika King's Own (mistiedna mill-Parroċċa ta' Santu Wistin Valletta) | 2017 | ||
02 | 100 Sena Fostna (Innu Devozzjonali) | 2019 | Orchestra Privata Knisja Parrokkjali Santa Venera | 2019 | ||
03 | Innu Lil Santa Venera (Arrangament) | 2020 | Soċjeta Filarmonika Santa Venera | 2020 | ||
04 | 50 Sena Kumitat 1971-2021 | 2020 | Soċjeta Filarmonika Santa Venera | 2021 |
No | Marċi Proċessjonali / Valzi | Sena | Indaqq l-ewwel darba | Sena | Irrekordjat - Baned | Sena: |
---|---|---|---|---|---|---|
01 | L-Għodwa tal-Għid | 2017 | Soċjeta Mużikali Spinola | |||
02 | In Assumption Beatie Mariae Virginis | 2022 |
No | Siltiet u Arranġametiali | Sena | Indaqq l-ewwel darba | Sena | Irrekordjat - Baned | Sena: |
---|---|---|---|---|---|---|
01 | Conquest O Paradise (Arrnġament) | 2019 | Soċjeta Filarmonika Santa Venera |