George Debono

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. George Debono

Mro. George Debono twieled il-Furjana nħar is-17 ta’ Awwissu, 1976. Huwa beda jistudja t-teorija ma’ Mro.Frank Galea FLCM ġewwa l-iskola tal-Mużika Johann Strauss fl-1987. Sentejn wara beda jistudja l-klarinett taħt Mro. Charles Monreal ġewwa l-istess skola. Fi Frar tal-1989 George ingħaqad mas-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun u f’Awwissu tal-istess sena ħareġ idoqq għall-ewwel darba. F’Novembru tal-1991 huwa daqq għall-ewwel darba bħala solista mal-istess banda f’Akkademja Mużiko-Letterarja li kienet saret ġewwa l-Knisja Parrokkjali. Fl-1995 ġie maħtur bħala Assistent Surmast Direttur tal-istess Għaqda, kariga li dam fiha għal 14 il-sena.

Fl-1993 huwa ltaqa wkoll mal-professur tal-klarinett Mro. Freddie Mizzi MWSO u taħt it-tagħlim siewi tiegħu kiseb Associateship of the London College of Music (A.L.C.M.) f’Diċembru tal-1994 u L-“Licentiateship of the London College of Music” (L.L.C.M.) f’April tal-1997. Fl-1995 huwa rrappreżenta lill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun f’konkors nazzjonali organizzat mill-Malta Band Clubs Association (MBCA) u rebaħ dan il-konkors magħruf aħjar bħala Konkors Bandist tas-Sena. Huwa daqq ma diversi baned bħala solista kif ukoll mal-Freddie Mizzi Clarinet Choir, u s-saxaphone mal-Freddie Mizzi Big Band. Ħa sehem ukoll f’Lunchtime Concerts fosthom bi trio tiegħu stess fejn esegwixxa xogholijiet tal-ewwel surmast l-mibki Mro. Frank Galea.

George baqa’ jistudja it-teorija, l-armonija, l-kuntrapunt u l-istorja tal-mużika taħt Mro. Raymond Sciberras FLCM fejn kiseb id-diploma A(Mus)LCM fl-2002. Huwa ikkompona diversi marċi brijużi u funebri, mużika inċidentali, arranġamenti għall-banda kif ukoll kanzunetti. Huwa wkoll jiġi msejjaħ spiss bħala ġurija f’festivals tal-kant.

Mro. George Debono

George ġie maħtur Surmast Direttur tal-Għaqda tal-Mużika Mount Carmel Gżira, Nħar l-10 ta’ April 2001. F’Novembru tas-sena 2001 ġie mistieden sabiex jirrappreżenta lil Malta fil-Konvenzjoni tal-Akkademji tal-Mużika tal-Mediterran li saret ġewwa Istambul t-Turkija fejn ta kunċert ta’ xogħlijiet għall-klarinett ta’ Mro. Joseph Vella.

F’Ottubru tas-sena 2004 huwa ħa f’idejh it-tagħlim tal-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni ġewwa l-Għarb u taħt id-direzzjoni tiegħu il-banda għamlet l-ewwel dehra tagħha nħar it-23 ta’ Diċembru tal-istess sena. Huwa nħatar surmast direttur nħar it-3 ta’ Jannar 2005 u wassal il-banda għall-ewwel dehriet tagħha fil-festa titulari nħar it-2 ta’ Lulju 2005. Taħt it-tmexxija tiegħu din il-banda sabet pedament sod fejn anki daqqet f’Ruma u l-Vatikan ftit wara l-ħatra tal-papa Bendittu XVI. Temm din il-kariga fl-wara l-festa tal-2010 u nħatar Surmast Onorarju. Huwa agħmel xi żmien ukoll assistent surmast tal-banda Għaqda Mużikali Marija Annunzjata Ħal-Tarxien A.D. 1862

F'Frar ta' sena 2020 inħatar Surmast mal-banda ta' belt tweliedu l-Furjana il-Banda b'istorja Vilhena Band Club.

George huwa miżżewweġ lil Veronica u għandhom żewġ subien, Nicholai u Nathan. Huwa jaħdem bħala Chief Commercial Officer mal-BNF Bank plc.