Soċjeta Filarmonika San Bartilmew

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Soċjeta Filarmonika San Bartilmew

Soċjeta Filarmonika San Bartilmew

Mal-wasla fil-pjazza tar-raħal żgħir u pittoresk ta’ Ħal Għargħur, wieħed isib il-Knisja Parrokkjali ddedikata lill-Appostlu San Bartilmew. Fuq il-lemin tat-Tempju ta’ dan ir-raħal, wieħed jilmaħ binja kbira b’faċċata mill-isbaħ, il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika San Bartilmew, li fiħ insibu is-Sedja tal-Kumitat tas-Soċjetà.

Il-Bidu tas-Soċjeta Filarmonika San Bartilmew

Fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tax-xogħol li sar fuq il-faċċata tal-Każin tal-Banda tul dawn l-aħħar sentejn, il-Kumitat bl-għajnuna tal-voluntieri li għandhom għal qalbhom il-Banda ħejjew feature fuq il-bini tal-każin, ix-xogħol li sar matul is-snin li għaddew, il-mużika u l-ħajja tal-Banda matul is-snin.

Id-disinn tal-arma uffiċjali ta’ din is-Soċjetà Filarmonika San Bartilmew huma ta’ Louis Xuereb.

Kien Kumitat żgħir immexxi mill-mibki Bertu Spiteri li fis-Seduta Ġenerali tal-1982 beda jwitti t-triq biex xi darba fir-raħal tal-Għargħur tiġi mwaqqfa Soċjetà Mużikali. Fis-sena 1985 is-Soċjetà kellha l-ewwel President tal-Banda Denis Lyons

Kien il-Ħadd 15 ta’ Settembru tal-1985, meta s-Surmast Euchararist Muscat kien iltaqa’ l-ewwel darba mal-Kumitat u aktar tard mat-tfal li kienu se jibdew jitgħallmu l-Banda.

Nħar il-Ħadd, 20 t’Ottubru tal-1985, kienet ġurnata speċjali għaliex, kien sar it-tberik tal-ewwel strumenti li kienu: katuba, tamborlin, sett platti u aċċessorji oħra. Dawn ġew imbierka mill-Kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Anton Cassar.

Il-Ħadd 9 ta’ Marzu 1986 kien sar it-tberik tal-ewwel standard minn Dun Karm Bezzina, id-Direttur Spiritwali tas-Soċjeta.

Biex nħar Ħadd il-Palm 23 ta’ Marzu 1986, l-Banda daqqet għall-ewwel darba fuq iż-żuntier tal-Knisja, sfortunatament, dak inħar, minħabba li bdiet nieżla x-xita il-programm kellu jieqaf ħesrem.

U kellu jkun il-Ħadd ta’ wara meta l-Banda reġgħet daqqet fil-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Fejn dak in-nħar fis-sena 1987, kien ħareġ idoqq għall-ewwel grupp ta’ allievi ġodda.

L-ewwel serviżżi tal-Banda kienu dawn:- Parteċipażżjoni fil-festi sbieħ tal-Milied fl-iskola tar-raħal. Fil-Purċissjoni tat-tfal tal-Preċett, u fil-Marċ ta’ filgħodu fil-festa tal-1991.

Jibda Jitwaqqa l-Każin

Kien fi Frar tas-sena 1990, meta kien twaqqa’ l-każin il-Qadim u minfloku beda jinbena il-Każin il-Ġdid.

Kien nħar id-9 ta’ Marzu tal-1990 meta tpoġġiet l-ewwel ġebla mill-Kumitat u imbierka mill-Kappillan Dun Karm Mercieca. U hekk nistgħu ngħidu li bdiet titwettaq il-ħolma ta’ bosta l-Għargħurin li jkollhom każin isbaħ u akbar. Il-bini beda miexi ġmielu fuq il-pjanta tal-Perit Carm Lino Spiteri.

Dan ix-xogħol beda jsir b’mod volontarju minn ħafna soċi Għargħurin. Tliet membri tal-Kumitat is-Sinjuri Salvu Fenech, Karmnu Sant u Ninu Gauci ħadmu fuq ix-xogħol tal-planċier li ntuża għall-ewwel darba fil-Kunċert tal-lejlet il-festa, nħar is-Sibt 29 t’Awwissu tal-1992.

Wara li tlesta l-Bini tal-Każin beda xogħol ieħor fosthom, il-Fontispizju, xogħol mill-isbaħ maħdum mill-iskultur minn Louis Xuereb bl-għajnuna ta’ Franco Mifsud. Bertu Camilleri ta’ Lunzjat offra l-ġebel kollu meħtieġ mill-barriera limiti tal-Għargħur.

L-arblu tal-pine maħdum Ħaż-Żebbuġ, b’tul ta’ 53 pied, kien mogħti mill-aħwa is-Sinjuri Andrew Sullivan u Joe Sullivan.

Il-bandiera l-kbira tal-festa, xogħol ta’ J M Cassar mir-Rabat, Għawdex u mbierka minn Dun Bert Sammut u mtellgħa mill-pjazza ta’ quddiem il-Każin nħar il-Ġimgħa, 23 t’Awwissu 1991. Dehra tal-Każin armat għall-okkażjoni tal-ftuħ u tal-festa tas-sena 1991.

Jitlesta u jinfetaħ il-Każin il-Ġdid

Waslet id-data tal-ftuħ uffiċjali tal-Każin mill-President ta’ Malta Dr.Ċensu Tabone u mbierka mill-Vigarju Emeritus Monsinjur Carmelo Xuereb fl-20 t’Awwissu 1991. Dan wara li saret Akkademja Mużikali mill-Banda u l-Kor fil-Knisja Parrokkjali.

Fl-1991 il-magħruf Pawlu Mifsud kien mistiedan biex jagħti esebizzjoni tas-snooker fil-Każin il-Ġdid tas-Soċjetà.

Iż-żmien jgħaddi u fl-1992, f’Seduta Ġenerali nħatar Manuel Bezzina bħala President tas-Soċjetà, u wara ftit kellna l-ħatra Raymond Zammit bħala is-Surmast il-ġdid mgħejjun mill-Assistent Surmast is-Sinjorina Julie Bezzina.

Il-Banda kellha l-opportunità li tipparteċipa fi programm fuq it-televiżjoni “Il-Ħadd mal-Maltin” li kien trasmess minn quddiem il-Każin nħar Ħadd il-Palm, 27 ta’ Marzu 1994.

Il-President Manuel Bezzina ħadem ferm biex għall-ewwel darba l-Banda tmur jddoqq ukoll barra minn xtutna, u bejn it-12 u 19 t’April tal-1996, il-Banda żaret l-Olanda u l-Belġju biex tagħti servizz hemmhekk. Mal-bandisti telgħu wkoll numru kbir ta’ partitarji Għargħurin biex b’hekk taw is-support tagħhom u ħadu vaganza kulturali wkoll.

Fuq stedina tal-President fil-festa tar-raħal tal-1996, ingħaqdet magħna Brass Band Olandiza bl-isem Hildergardis li kompliet allegrat il-festa tagħna.

Waqt il-funeral ta’ Monsinjur Stiefnu Borg, Direttur Spiritwali tas-Soċjetà, il-Banda akkumpanjat il-funeral tiegħu nħar 8 ta’ Frar 1998. Fl-1999 il-faċċata tal-Każin kienet lesta bl-armar kollu tal-injam għall-festa.

Il-Banda akkumpanjat il-funeral ta’ Dun Bartilmew Sammut, saċerdot mir-raħal, nħar it-12 ta’ Lulju 1999.

25 Sena Banda

Kienet is-sena 2000 meta fis-Soċjetà ġiet iffurmata s-Sezzjoni Żgħażagħ, Kompla għaddej iż-żmien u f’Seduta Ġenerali tal-2000 inħatar Jesmond Aquilina bħala President tas-Soċjetà. Wara ftit inħatar Surmast ġdid Jonathan Borg.

B’iniżjattiva tal-President il-Ġdid is-Soċjetà bdiet ittella’ Kunċert Annwali ta’ livell għoli u li kienu jattendu għalihom ħafna nies. Dan il-Kunċert sar l-ewwel darba f’Marzu 2001.

Kienet is-sena 2007, meta is-Soċjetà kellha wkoll, r-radju tagħha, bl-isem Radju Bartilmew li kien jitrassmetti mill-Każin stess u jwassal programmi sbieħ fid-djar tar-raħal tagħna.

Fit-21 ta’ Settembru 2007, il-Kumitat permezz tal-President Jesmond Aquilina u l-istatwarju Michael Camilleri Cauchi fil-preżenza tal-Kappillan Dun Albert Schembri għamlu l-kuntratt ta’ ftehim iffirmat sabiex sas-sena 2010 titlesta statwa ta’ San Bert lifesize biex iżejjen l-Każin.

Il-Banda akkumpanjat il-funeral ta’ Monsinjur Dun Bartilmew Bezzina, qassis Għargħuri u Benefattur tas-Soċjetà, nħar it-tlieta, 31 ta’ Marzu 2009. Il-funeral ġie trasmess minn fuq ir-radju tas-Soċjetà.

Kienet is-sena 2010 meta l-Kumitat ried li jittimbra din is-sena waħda speċjali f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Banda. Il-Logo uffiċjali tal-25 sena fuq disinn tal-eks Segretarju Mario Aquilina.

F’20 ta’ Ġunju 2010 saret quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Knisja Parrokkjali mill-Kanonku Dun Mikiel Zammit u wara tbierket il-pittura tal-Qalb ta’ Ġesù sabiex titpoġġa fil-Kappella tas-Soċjetà. Din il-kappella saret b’inizjattiva tal-Kumitat u tinsab fis-sular ta’ fuq tal-Każin.

Saret purċissjoni bl-inkwatru akkumpanjat mill-Banda San Bartilmew fejn fiha attendew nies distinti fosthom il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dr. Lawrence Gonzi. Wara sar reċiviment kbir fis-sala tas-Soċjetà.

Saret żjara lill-President ta’ Malta Dr. George Abela fil-Palazz ta’ San Anton, Żjara lill-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi ġewwa Kastilja, Żjara lill-Kap tal-Opożizzjoni Dr. Joseph Muscat fil-Kwartieri tal-Partit Laburista, Żjara lil Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona fid-dar ġewwa Ħ'Attard, Għal l-okkażjoni saret wirja ta’ standardi tal-Baned kollha fis-Sala tal-Każin. Ittellgħet Akkademja kbira fil-Knisja Parrokkjali tal-lokal, mis-Soċjetà fil-25 t’April 2010.

L-istatwa ta’ San Bert tal-Każin fostna

Fit-28 t’Awwissu 2010, lejlet il-festa, membri tal-Kumitat u partitarji erħewlha lejn il-gżira t’Għawdex biex iġibu l-istatwa li tant kien ilhom jistennew, statwa lifesize tal-qaddis patrun San Bert. Għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinħar l-istatwa waslet fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin fost ferħ kbir u filgħaxija tpoġġiet fil-pjazza tar-raħal għal-lejlet il-festa. Il-Ħadd filgħodu, nħar il-festa wara l-quddiesa pontifikali, din l-istatwa tbierket mill-Eċċellenza tiegħu Mons Yannis Spiteri, Arċisqof ta’ Korfu u wara beda l-marċ ta’ filgħodu.

Xogħol ta’ tisbiħ fil-Każin

Is-sena 2011 rat inbeda ix-xogħol tat-tneħħija ta’ ħnejja kbira u flokha tpoġġa travu kbir. Wara beda x-xogħol fuq il-bażi tan-niċċa tal-ġebel, xogħol maħdum Jason Vella li tpoġġiet Charlie Muscat b’għajnuna ta’ xi membri tal-Kumitat. Il-Kumitat b’qalb kbira ried li ssir renovazzjoni tal-Każin u bdiet ħidma kbira u kulħadd medd idu għal dan ix-xogħol.

Fis-sena 2012

Matul is-sena inbeda ix-xogħol biex il-każin jieħu dehra aktar sabiħa w moderna, beda jinqala l-madum u ngħata l-konkoss fl-art. Saret sistema ta’ dawl u ilma ġdida, infetħu bibien ġodda, sar tikħil tan-niċċa, brix, kisi u tibjid ta’ ħitan, tpoġġew twieqi u bibien ġodda tal-eroko, sar is-saqaf bil-gypsum. Dan ix-xogħol sar f’xahar, grazzi għall-ħidma ta’ dawk li middew idejhom f’dan ix-xogħol b’qalb kbira. It-Tnejn, 20 t’Awwissu tal-2012 saret l-inawgurazzjoni tax-xogħol u bdejna ngawdu u napprezzaw il-ħidma kollha li saret.

L-Erbgħa, fl-ewwel jum tat-Tridu, 22 t’Awwissu 2012, il-Banda akkumpanjat il-funeral ta’ Dun Karm Bezzina, saċerdot mir-raħal u Direttur tal-Kor Pax Christi. Meta fir-raħal l-Kappillan jinbidel u l-Kappillan il-ġdid jibda uffiċjalment il-ħidma pastorali fir-raħal, il-Banda San Bartilmew twassal lill-Kappillan mid-Dar Parrokkjali għall-Knisja Parrokkjali. U din id-drawwa kompliet meta, Dun Christopher Galea kien ħa l-pussess tiegħu bħala Kappillan tar-raħal tagħna nħar il-Ħamis, 8 t’Awwissu 2013.

Nħar it-30 ta’ Mejju 2014, kienet saret ħarġa kulturali organizzata għall-Palazz t’San Anton fejn il-grupp kien intaqqa mal-Eċċellenza President ta’ Malta s-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca.

Il-Kummissjonjiet fi ħdan is-Soċjetà

Il-Kummissjoni Ċena ittella’ wirja fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa fil-maħżen tal-Każin stess. Waqt li l-Kummissjoni Presepju itella’ wirja fil-ġranet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena fil-maħżen tal-Każin. Il-Kummissjoni Briju ta’ kull sena, ma’ tonqos li tieħhu ħsieb itellgħa umbrella kbira fil-ġranet tal-festa għall-marċ tal-Ġimgħa u l-Ħadd filgħodu. Il-Grupp Kids Club 24 jorganizzaw attivitajiet, ħarġiet u parties għat-tfal tul is-sena kollha.

Bl-għajnuna tas-Segretarju Mario Abela, il-Kumitat ta’ kull sena jorganizza xi ġita għal Sqallija fejn fiha nżuru postijiet relatati ma’ San Bert. Kif ukoll jorganizza grupp tal-armar biex iżejjen il-pjazza u t-triq ta’ quddiem il-Knisja għal żmien il-Milied.

Fl-okkazjoni tal-Ewwel tas-Sena tal-2015, il-banda daqqet marċi brijużi fis-sala tal-bar tal-Każin tal-Banda u saret preżentazzjoni lis-Surmast Direttur Mro. Jonathan Borg fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Surmast tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. Il-Kumitat u s-soċi ferħulu u awgurawlu ta' din il-ħatra.

Il-Proġett tal-lift u affarijiet oħra

Wara li nġabru formoli tal-applikazzjoni sabiex jittieħdu xi fondi mill-Unjoni Ewropeja u diskussjonijiet ingħata l-kariga Anthony Mifsud Bonnici sabiex jieħu ħsieb jimla l-applikazzjoni meħtieġa u jissottomettiha sad-data mitluba għand il-Majjistral Action Group. Ġiet risposta li din l-applikazzjoni ġiet milqugħa u s-Soċjetà se tibbenifika mill-fondi ta’ €35,000 sabiex jiġi installat lift li jkun ta’ użu minn kulħadd u xiri ta’ mitt siġġu ġdid u erba’ air conditions għas-Sala u li jsir il-bieb tal-kewba għall-isfel.

Fit-3 t’Ottubru 2015, meta l-Kumitat u voluntieri oħra bdew xogħol ta’ ħidma fuq il-bażi tal-lift sakemm fit-13 ta’ Diċembru saret l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-lift u s-Sala ta’ fuq mis-Segretarju Parlamentari Dr. Ian Borg. Wara sar reċiviment għal dawk mistiedna. Fit-28 ta’ Diċembru 2016 ġiet organizzat festin tat-tfal tal-membri fl-Milied fis-Sala u kellna fostna il-President ta’ Malta, is-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca. Din l-attività ġiet organizzata mill-Kids Club 24 tas-Soċjetà.

Il-Proġett tal-faċċata

Fit-30 ta’ Ġunju 2017 beda x-xogħol fuq l-ewwel parti tal-faċċata tal-Każin fi Triq Karmnu Zarb mill-Kuntrattur. Fis-17 ta’ Lulju tal-istess sena kompla x-xogħol fuq it-tieni parti tal-faċċata tal-Każin fi Triq l-Oratorju. Żjara mill-Eċċellenża tiegħu l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles J. Scicluna nħar it-Tlieta, 22 t’Awwissu 2017 fl-okkażjoni tal-festa tar-raħal tal-Patrun għażież San Bert. Membri tal-Kumitat tas-Soċjetà, il-President, is-Segretarju u Delegat attendew għall-Konferenza Nazzjonali bl-isem “Il-Każini tal-Baned, il-bieraħ, illum u għada” li saret fil-11 ta’ Novembru 2017.

It-Tnejn, 3 ta’ Settembru 2018 tkompla x-xogħol fuq il-faċċata ta’ quddiem u beda x-xogħol ta’ restawr fuq il-fontispizju mill-iskultur Franco Mifsud. Fl-istess żmien sar ħafna xogħol ieħor. Saret id-dawra taż-żokklatura bl-irħam trevertin u b’hekk il-Każin ħa dehra mill-isbaħ.

It-Tagħlim tal-Banda u s-Servizzi

Il-Kumitat jieħu ħsieb joffri tagħlim tal-mużika lil dawk li jixtiequ jitgħallmu xi strument. Dan isir kull nħar t’Erbgħa minn żewġ Surmastrijiet Mro. Jonathan Borg u Mro. Joseph Belli. It-tagħlim jingħata bla ħlas u ġieli jkun il-każ li jingħataw xi strumenti lil dawk li jkunu qed jitgħallmu.

Il-Banda tagħti dawn is-servizi ta’ kull sena fir-raħal tagħna:

  • Servizz f’Ħadd il-Palm u l-Irxoxt.
  • Servizz ta’ Kunċert ta’ livell għoli fil-ġimgħa tal-festa.
  • Servizz ta’ marċ brijuż fl-aħħar tridu tal-festa.
  • Servizz ta’ marċ brijuż nhar il-festa filgħodu.
  • U ħafna servizzi oħra żgħar matul is-sena.

Il-Banda tagħti servizzi ukoll ta’ kull sena barra mir-raħal

  • Fil-festa ta’ San Filep f’ Ħaż-Żebbuġ.
  • Fil-festa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara.

Ta’ min isemmi u jiftakar f’Bandist mir-raħal tagħna, Carmelo Sant, ilu jagħti s-servizz tiegħu minn mindu ġiet imwaqqfa l-Banda fl-1985, u għadu attiv fil-Banda sal-ġurnata tal-lum, voldieri aktar minn 35 sena.

Il-Kumitat isellem ukoll lid-Diretturi Spiritwali, lill-membri tal-Kumitat, lis-soċi, benefatturi u helpers li llum m’għadhomx magħna imma li taw kontribut kbir lis-Soċjetà Mużikali tagħna u żgur li qatt m’huma minsija minna.

Il-Kumitat huwa ffurmat mill-President Jesmond Aquilina, Segretarju Mario Abela, Kaxxier Bertu Aquilina, Assistent Kaxxier Abraham Aquilina, Delegata tal-Banda is-Sinjura Joanne Abela, Membri is-sinjuri Omar Aquilina, Gianluca Abela u s-Sinjorina Maria Galea, ftit tax-xhur wara ingħaqas magħhom fil-Kumitat Pierre Triganza.

Bl-għajnuna ta’ voluntiera oħra li jħobbu l-Banda u l-Każin, il-Kumitat imexxi s-Soċjetà ‘l quddiem u jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex iżommu Każin attiv u l-Banda ħajja.

Talba

Talba li l-Għargħurin iħobbu jegħdu spiss hija din:- O Kbir Appostlu San Bartilmew, Missier u Patrun tagħna fis-Sema, Bierek, qaddes u żomm ħarstek dejjem fuq is-Soċjetà tagħna.

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Eucharist Muscat 1985 1995
02 Raymond Zammit 1995 2000
03 Jonathan Borg 2000

Presidents

No Presidents From Until
01 Dennis Lyons 1985 1992
02 Manwel Bezzina 1992 1999
03 Jesmond Aquilina 2000

Secretaries

No Secretaries From Until
01 Mario Abela 2016

Treasurers

No Treasurers From Until
01 Bertu Aquilina 2016

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - Minn St Bartolomeo Band Club (1988) (Vol. 01) 1988 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - Minn St Bartolomeo Band Club (1990) (Vol. 02) 1990 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi - Minn St Bartolomeo Band Club (1992) (Vol. 03) 1992 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi - 10 Snin Anniversarju Minn St Bartolomeo Band Club (1995) (Vol. 04) 1995 *
05 Festive Marches - Marċi Brijużi - Minn St Bartolomeo Band Club (1997) 1997 *
06 Festive Marches - Marċi Brijużi - Minn St Bartolomeo Band Club (2001) 2001 *
No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Minn St Bartolomeo Band Club (1989) (Vol.1) 1989 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri - Minn St Bartolomeo Band Club (1994) (Vol.2) 1994 *
03 Funeral Marches - Marċi Funebri - Minn St Bartolomeo Band Club (2000) (Vol.3) 2000 *

Cd's

No Name of Cd's Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi Minn St Bartolomeo Band Club (2006) 2006 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi Minn St Bartolomeo Band Club (2018) 2018 *
No Name of Cd's Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - mill-Banda St Bartolomeo Band Club (2010) 2010 *

Programmes and Publications

Memorials

External links