Lesley Tabone

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Lesley Tabone beda' l-karriera mużikali tiegħu fl-eta' ta' 11-il sena bħala alliev u wara bandist tal-post fuq il-klarinett mas-Soċjeta Filarmonika Sliema taħt Mro. James Chappell li dak iż-żmien kien Assistent Surmast tal-Banda Sliema.

Mro Tabone kien kompla l-istudju tiegħu bil-klarinett għand il-Profs Freddie Mizzi kif ukoll studju ta' teorija u armonija taħt Mro. Lawrence Borg.

Fis-sena 2003 kien ġie magħżul bħala l-Bandist tas-sena tas-Soċjeta' u ppreżentat bit-Trofew Mro. Cardenio Botti.

Fis-sena 2006 beda' jgħallem it-teorija kif ukoll beda' jidderieġi kunċerti tal-allievi u bandisti tal-post tal-Banda Sliema.

Fis-sena 2008 Mro. Tabone ingħaqad mal-Banda tal-Forzi Armata ta' Malta u kompla fl-istudji tiegħu taħt Mro. Ronnie Debattista li kien ukoll Surmast Direttur tal-Banda Sliema.

Mro. Lesley Tabone

Fis-sena 2011 ġie maħtur bħala Assistent Surmast tal-Banda Sliema.

Fost diversi programmi li Mro. Lesley Tabone idderieġa lill-Banda Ċittadina Sliema jispikkaw :

Il-Programm Vokali u Mużikali Sliema Band Goes Classic programm speċjali mill-Banda Sliema fil-Palazz Presidenzjali l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-100 sena anniversarju mit-twelid tal-Ex President Emeritus l-Ecc Tiegħu Dr. Ċensu Tabone u 90 sena anniversarju mit-Twaqqif tas-Soċjeta - is-Sibt 28 ta' Settembru 2013 ( meta kien għadu Assistent Surmast ) ;

L-esekuzzjoni mill-Banda Ċittadina Sliema tal-Oratorju Marjan lis-Sultana Tagħna tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesu' ta' Mro. Joseph Magri bis-sehem tas-sopran Claire Caruana, it-tenur Charles Vincenti u l-baritonu Ivan Vellal u l-Coro Bel Canto fis-Santwarju Marjan tal-Madonna tas-Sacro Cuor f'Tas-Sliema fl-okkażjoni speċjali tal-Inkurunazzjoni Solenni tal-Istatwa Titulari tal-Madonna tas-Sacro Cuor - Il-Ġimgħa 28 ta' Settembru 2018.