Cardenio Botti

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Is-Surmast Cardenio Botti, twieled fl-1890 f’Magliano Sabino l-Italja. Ta’ tnax-il sena huwa issieħeb fl-iSchola Cantorum tal-Kulleġġ Gregorjan. ’Il quddiem, imħajjar minn Mons. Lorenzo Perosi, Maestro Perpetuo tal-Cappella Sistina, ssieħeb mal-kor tagħha bħala sopran solista. Kien l-istess Persosi li miċ-ċokon tiegħu għaraf il-kapaċitajiet mużikali tiegħu u bdielu l-istudju tal-armonija.

Aktar tard, Botti avvanza l-istudji tiegħu fir-Reale Conservatorio Musicale di S. Cecilia ta’ Ruma fejn studja ma’ Prof. Cesare Dobici u Prof. Alessandro Vessella. Wara li rebaħ konkors nazzjonali, huwa laħaq Surmast-Direttur tal-Banda Militari ta’ Bologna. Wara l-ewwe; gwerra dinjija, huwa dderieġa diversi kunċerti fl-aktar teatri importanti fl-Italja u kkompona ħafna mużika.

Sadanittant ġewwa Malta, f’Ottubru tal-1921, Il-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette irċeviet ir-riżenja tas-surmast Ettore Mattioli li ma setax ikompli bħala surmast direttur tagħha minħabba raġunijiet ta’ saħħa fejn floku laħaq bħala aġent surmast Francesco Bellizzi. F’Mejju tal-1922 il-kumitat tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette ħasbet biex tirriforma l-istruttura tal-banda La Valette, u għal dan il-għan inġieb f’Malta is-Surmast Prof. Alessandro Vessella.

Vessella aġġorna l-istruttura tal-Banda billi wessa’ l-istrumentazzjoni biex b’hekk issa l-banda setgħet tesegwixxi xogħlijiet kbar b’effett aktar reali. Malli Vessella temm ħidmietu huwa wiegħed li kien ser isib Surmast Direttur addattat għall- Società Filarmonica Nazionale La Valette.

Fis-Seduta tal-Kumitat tas-27 ta’ April 1923 l-Onor. Dr. Ugo P. Mifsud, il-President tas-Soċjetà introduċa lill-membri tal-kumitat is-Surmast il-ġdid Mro. Cardenio Botti. Huwa tenna li huwa kien ċert li fl-aħħar is-soċjetà kienet akkwistat is-Surmast li tant kienet ilha tixtieq. Wara tkellem Mro. Cardenio Botti li rringrazzja lill-Kumitat u qal li kien telaq minn Ruma b’għajnejh magħluqa wara r-rakkomandazzjoni li kien għamillu Mro. Vessella. Huwa qal li ġie Malta bil-ħsieb li jaqdi missjoni – dik li jipprova jmexxi ’l quddiem l-edukazzjoni mużikali.

Il-Funzjonijiet tas-surmast Botti f’Pajjiżna - Promotur tat-Tagħlim tal-Muzika

Mill-bidu tal-ħidma tiegħu fil-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, is-Surmast Botti nsista fuq il-bżonn ta’ dixxiplina u l-istudju metodiku u serju tal-mużika. Huwa kien tal-fehma li l-banda tagħmel progress mhux billi tagħmel bosta programmi biss, iżda bi studju metodiku tal-muzika, li sfortunatament, il-bandisti li kienu neqsin minnu. Huwa għalhekk iddeċieda li jibda jagħti lezzjoni kull ġimgħa tas-solfeġġ u jieħu f’idejh l-allievi żgħażagħ li kienu għadhom jibdew idoqqu.

Ma damx wisq biex għarraf lill-Kumitat bir-rifroma li xtaq jagħmel u talbu biex jiffomula statut ġdid għall-banda. Il-banda akkwistat ukoll is-servizz tal-magħruf kornettista Prof. Reginaldo Caffarelli li beda jgħallem strumenti tar-ram u talab ukoll biex issir riforma finanzjarja tal-banda. Bis-saħħa tiegħu introduca wkoll uniformi ġdida tax-xitwa għall-banda li kienet ilha 22 sena ma tinbidel u l-bandisti bdew jirċievu ħlas tas-servizz bandistiku li jagħmlu. Grazzi għal din is-sistema strutturata ta’ tagħlim, bosta mużiċisti gawdew it-tagħlim avvanzat li wasslilhom is-surmast Botti, fosthom insibu lil Paul Arnaud u Willie Attard.

Min-naħa l-oħra, meta Augusto German ħa f’idejħ it-tmexxija tat-Teatru Rjal, xtaq li jiftaħ Skola tal-mużika fi ħdan l-istess Teatru. Kif jgħidilna l-ġurnal “Malta Tagħna” tat-18 ta’ Awwissu 1923, Ir-regoli ta’ din l-iskola, kif ukoll il-kurrikulu tfasslu mis-surmast Cardenio Botti.

Kompożitur versatili u fin

Kien fl-ewwel xhur tiegħu f’pajjiżna li s-Surmast Botti ħaseb biex jagħti lis-soċjetà L-‘Inno La Valette’. Dan l-innu, bi kliem u mużika ta’ Cardenio Botti, ndaqq għall-ewwel darba fid-9 ta’ Settembru 1923 fejn il-ġurnal Malta Tagħna li tgħid li dan l-innu huwa patrijottiku u jkun jista’ jitkanta mill-poplu kollu.

Botti kien jikteb bi stil fin, differenti minn dawk ta’ kompożituri oħra li ħadmu f’pajjiżna fl-epoka. Għal qalb il-Filarmonica Nazionale La Valette insibu l-marċi Marcia San Paolo No. 3, Marcia San Paolo No.5 u Fior del Carmel. Biss Botti kiteb xogħlijiet oħra, fosthom Marċi Funebri, u biċċiet oħra aktar serji fosthom il-Concerto per Tromba (b’dedika lil Reginaldo Caffarelli) li huma merfugħa b’għożża kbira fl-arkivji tas-soċjetà.

Tul il-karriera mużikali tiegħu, Botti ħadem ma’ diversi djar ta’ pubblikazzjoni fejn ippubblika diversi xogħlijiet minn tiegħu fosthom ma’ Bongiovanni ta’ Bologna kif ukoll Ricordi u Carisch ta’ Milan.

Arranġatur

L-arkivju Mużikali tal-Banda La Valette, huwa mżejjen ukoll b’diversi arranġamenti għall-banda maħduma mis-surmast Cardenio Botti, fost l-oħrajn jispikka l-arranġament Per Solisti, Coro e Grande Banda tar-Requiem ta’ Giuseppe Verdi. Interessanti l-fatt li Botti ħadem diversi arranġamenti ta’ kompożizzjonijiet ta’ kompożituri Maltin fost l-oħrajn, Fantasia dall’Opera l’Alpino di Carlo Diacono, Intermezzo dall’Opera Edith Cavell ta’ Paolino Vassallo, kif ukoll Cendrillon ta’ Nicolo’ Isouard.

Direttur Mużikali ta’ Livell għoli

Tul is-snin li dam bħala Surmast Direttur tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, is-surmast Botti għaddha xogħlijiet kbar. Id-debutt tas-Surmast Botti wasal fl-24 ta’ Ġunju 1923 waqt fiera li saret fl-Argotti. Huwa xtaq li jagħmel id-debutt tiegħu fit-Teatru Rjal iżda minħabba s-sħana l-kumitat ma qabilx. Taħt id-direzzjoni ta’ Mro Botti Il-Banda La Valette flimkien ma’ 400 ruħ, marret Tuneż, Palermo u Messina bejn it-2 u t-30 ta’ Mejju 1926. Tliet xhur wara dan il-vjaġġ il-Kumitat laqa’ stedina li saritlu mill-Kumitat tal-Festi Ċentinarji ta’ S. Agata f’Catania biex il-Banda tieħu sehem f’għeluq it-8 Ċentinarju ta’ S.Agata bejn l-14 u 17 ta’ Awwissu 1926. Fis-sena 1928, il-Banda għal darb’oħra reġgħet marret Catania biex tieħu sehem fil-festa ta’ Sant’Agata.

Biss forsi l-akbar suċċess mużikali li kiseb flimkien mal-Banda La Valette huwa rebaħ il-Konkors Bandistiku Internazzjonali f

Ir-riżultat kien dan: – Konkors tal-lettura a prima vista: L-ewwel premju ma ġie mogħti lil ħadd.

I-tieni premju lill-Filarmonika “La Valette” ta’ Malta pprezentata b’ medalja tad-deheb tal-Gr. Uff. Stucchi.

Konkors ta’ Eżekuzzjoni: L-ewwel premju lill-Filarmonika “La Valette” ta’ Malta.

L-ewwel premju lill-Filarmonika “La Valette” u lill-Banda tas-Soċjeta Filarmonika King's Own, pari merito, u jieħdu 8,000 lira Taljani kull wiehed.

Premju tad-Direzzjoni: Lis-Surmast C. Botti skond l-Art. 26 tar-regolamenti tal-Konkors medalja tad-deheb tad-Dar Editrici Musicali G. Ricordi & Co.

Fid-29 ta’ Awwissu, il-Banda La Valette tat kunċert f’Milan fi Piazza della Scala.

Fil-31 ta’ Awwissu il-Banda “La Valette” ezegwiet programm fil-pjazza tal-Pincio f’Ruma. Malli il-Banda waslet f’Malta sabet folla kbira qed tistenniehom biex tagħtihom merħba. Sena wara minn din ir-rebħa twaħħlet mal-ħajt tal-faċċata ta’ ġewwa tal-Każin lapida.

Ovjament matul is-snin, Botti dderieġa diversi rappreżentazzjonijiet mużikali kemm Operistiċi kif ukoll Orkestrali li ttellgħu fit-Teatru Rjal kif ukoll aktar tard nsibuħ bħala General Manager tal-istess teatru.

Fl-1935 Mro. Cardenio Botti mexxa rappreżentazzjoni ta’ Opra Lirika fit-teatru Muniċipali ta’ Tuneż bis-sehem tal-koristi u mużiċisti tat-teatru Rjal.

Sfortunatament fl-1935 Cardenio Botti kellu jħalli pajjiżna kontra r-riedu tiegħu minħabba l-inċertezza politika li tal-epoka fejn, eventwalment, wasslet għat-tieni gwerra dinjija. Biss ir-rabta dejjiema bejn il-Filarmonica Nazionale La Valette u Cardenio Botti baqgħet b’saħħita u baqgħet f’kuntatt miegħu u talbitu pariri meta kien hemm bżonn. Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mir-rebħa ta’ Como f’Settembru 1947 il-kumitat bagħat lil Maestro Cardenio Botti distintiv tad-deheb tas-Soċjetà bħala turija ta’ gratitudni għas-sehem kbir tiegħu f’din ir-rebħa. Fl-1962 huwa żar Malta u ngħata merħba kbira mill-membri tal-Kumitat u s-Soċi.

L-attivita ta’ Botti barra minn xtutna kompliet b’kollaborazzjoni ma’ diversi djar ta’ pubblikazzjoni fejn ħadem diversi arranġamenti u kkompona kompożizzjonijiet żgħar oħra. F’Ruma huwa dderieġa kemm -il darba, kunċerti mill-Orkestra Santa Ċeċilja fis-Sala Augustea. Aktar tard, Botti ġie maħtur Direttur tat-Teatro Massimo ta’ Palermo kif ukoll Direttur tat-teatru Carlo Felice ta’ Genova. Lis-Surmast Botti insibuħ ukoll ġewwa l-Irlanda fejn ħadem bħala Promotur tal-Opera Lirika fejn fost l-oħrajn ġab lit-Tenur Beniamino Gigli kif ukoll ħadem sabiex jagħti opportunità lil talent emerġenti fost l-oħrajn insibu lil Luciano Pavarotti.

Huwa kien miżżewweġ lil Anna nee’ Bartolo. Cardenio Botti miet f’Ruma f’Ġunju tal-1973 fl-età ta’ 83 sena. Illum is-surmast Botti m’għadux magħna iżda l-impatt li ħallha fix-xena mużikali f’pajjiżna tibqa’ għal dejjem.

50 sena minn mewtu – Kitba ta’ Gilbert Farrugia(2023)