Claire Caruana

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Claire Caruana twieldet il-Fgura nħar id-19 ta’ Ġunju, 1978. Hija miżżewġa u tgħix ir-Rabat, Malta.

Bdiet l-istudji mużikali tagħha ddoqq il-pjanu, fejn ġabet diploma ALCM. Hi studjat it-teknika u l-interpretazzjoni tal-vuċi taħt id-direzzjoni tal-mezzo-sopran Marie Therese Vassallo, u akkwistat diploma LLCM fil-kant. Wara li ggradwat mill-Universita` ta’ Malta fil-Baċellerat tal-Edukazzjoni fil-Mużika u l-Edukazzjoni Elementari, Claire għamlet parti kbira mill-karriera tagħha fl-edukazzjoni tgħallem il-mużika fi skejjel primarji. Fil-preżent Claire hija Assistenta Kap ta’ skola. Hija tgħallem ukoll il-kant u l-mużika fi skola tal-arti performattiva Hoi Polloi Academy.

Claire tieħu sehem regolari f’diversi kunċerti u recordings. Ir-repertorju tagħha jinkludi oratorji u mużika sagra, opri, kanzunetti Franċiżi, Taljani, Ġermaniżi u Naplitani, kif ukoll operetti u musicals.

Fl-2006 Claire kienet mistiedna tkanta fin-Notte Bianca ta’ Napli. Hi interpretat kanzunetti popolari Naplitani, kif ukoll kanzunetti klassiċi Taljani u kanzunetti minn musicals.

Apparti l-imħabba lejn il-mużika klassika u sagra, Claire ħadet sehem ukoll f’diversi konkorsi tal-kanzunetti Maltin. Fl-2008 kienet ikklassifikat fit-tielet post fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta X’inhu l-Mewġ?, bi kliem u mużika ta’ Augusto Cardinali. Fi snin oħra kienet ħadet sehem fl-istess konkors bi tliet kanzunetti oħra: Għanjet il-Malti (2006) flimkien ma’ Janvil u Isabelle Zammit; Arpeġġ (2007); u Mhux l-Ewwel Darba (2012) flimkien ma’ Neville Refalo u Ivan Debattista.

Sopran

Fi Frar 2009 Claire kantat il-parti solista tas-sopran f’The Armed Man: A Mass for Peace ta’ Karl Jenkins, li ttellgħet f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

F’Marzu 2009 interpretat l-irwol tal-First Lady fl-opra The Magic Flute matul il-BOV Opera Festival, fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta.

Claire ħadet sehem f’żewġ edizzjonijiet ta’ ROCKESTRA (2009 u 2010) u f’żewġ edizzjonijiet ta’ CLASSICS UNDER THE STARS (2013 and 2015) fejn kantat mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

F’Diċembru 2011, Claire ipparteċipat fl-APS Bank Annual Concert, fejn interpretat Liturgical Works for St. John’s ta’ Nicolo` Isouard, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta.

F’Mejju 2013 Claire kantat il-parti solista tas-sopran f’The Peacemakers ta’ Karl Jenkins, flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, taħt id-direzzjoni ta’ Jenkins innifsu.

F’Jannar 2015 Claire ħadet sehem, flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, fix-show awdjo-viżiv The Everlink, fuq kompożizzjoni ta’ Reuben Pace.

Fl-2016 Claire ġiet mistiedna tkanta fi Vjenna waqt kunċert li fakkar it-52 Anniversarju tal-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta.

Claire ħadet sehem ukoll fil-kunċert Christmas Classics, kunċert tal-Milied flimkien mal-Malta Youth Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Robert Hodge.

Sal-lum Claire għamlet il-parti solista f’numru ta’ xogħolijiet sagri: Messa a Due Cori in D Major (B. Zerafa), Messa a Due Cori in F Major (F. Azzopardi), Coronation Mass (Mozart), Requiem (Mozart), l-Oratorji Dun Gorġ u Pawlu ta’ Malta (Charles. Camilleri), l-Oratorio Messiah (Handel), PaukenMesse (Haydn), Magnificat (Brixi), l-Oratorio The Beautiful Lady of Shunnem (Sammut), l-Oratorio Kristu Sultan (Dion Buhagiar), l-Oratorio Demm fuq il-Verna (J. Vella), l-Oratorio Santa Katarina ta’ Lixandra (Falzon), il-Cantata Tislima lil San Gejtanu (Raymond Sciberras), il-Cantata Insellmulek Omm Tagħna Marija (Hermann Farrugia Frantz), l-Innu Lil San Gejtanu (J. Abela Scolaro), kif ukoll il-premieres ta’ erba’ xogħolijiet: l-Oratorio San Ġiljan (E. Spiteri - 2016), l-Innu l-Kbir Mbierka s-Sema (Raymond Sciberras – 2021), l-Innu l-Kbir Kuruni lis-Sagra Familja (T. Borg – 2022) u l-Oratorio Kewkba Mbierka (John Galea – 2024).