Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira

Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira A.D 1948

Għal kemm naraw is-sena 1948 bħala s-sena tal-fondazzjoni tal-każin, nistgħu ngħidu mingħajr tlaqliq li, sa mis-sena 1945, grupp ta’ bandisti kienu jiltaqgħu l-Empire Stadium biex jagħaqqdu banda ħalli ddoqq fil-Festa Titulari tal-Gżira. Fin-naħa tal-Floriana side, kien hemm bħal palk li kien jservi bħala planċier biex jdoqqu l-bandisti fuqu. Dan in-nukleju ta’ mużiċisti kien imexxi mis-Sur Gerald Cristiano.

Dan il-grupp kienu mwaqqaf bhala fergħa ta’ l-Ażżjoni Kattolika tal-Gżira, bil-President tagħha jkun is-Sur Carmelo Grixti. Is-Sur Emanuel Spiteri kien offra dar, 32 Triq Stuart, għall-użu tal-kumitat. Dan il-każin dam bejn is-snin 1945-1947.

Id-determinazzjoni tal-mibki Kappillan Dun Karlu Manche' u tas-Sur Carmelo Meme' Scicluna waqqfu Kumitat lajk li kellu l-għan li jwaqqaf Soċjeta' Mużikali. Il-Kappillan Manche' kien joffri d-dar Parrokkjali biex fiha jiltaqa' l-Kumitat. Bdew trattattivi biex jinkera 208 Triq ix-Xatt. Dan kien Rest House għall-baħrin tan-Navy Ngliża li kienet ntlaqtet matul il-ħbit mill-ajru fi żmien il-Gwerra. Li kieku ma kellniex nies ġenerużi u determinati bħas-Sur Meme' Scicluna, mgħejjun mill-Kappillan Dun Carlo Manche' u l-Onor Dr. Arturo Colombo, Ministru tal-Finanzi, żgur li l-Kazin li ngawdu llum mhux qiegħed għall-użu tas-Soċjeta' Mużikali tagħna.

Jidher li ma tantx damu fil-Każin. Nħar l-14 ta' Ottubru 1949 is-saqaf tas-Sala sfronda pero ma weġġa’ ħadd. Il-Kazin irċieva ċekk ta' £ 900 u id-differenza ta' £ 258. Il-każin reġa fetaħ nħar il-Ħamis 18 ta' Mejju 1950. Il-każin ġie mbierek mill-Kappillan Manche' s-Sibt 3 ta' Ġunju 1950 fis-7.00 ta' filgħaxija.

Il-Banda Mount Carmel ħarġet iddoqq għall-ewwel darba fil-Festa ta’ l-1947.

L-ewwel Surmast Direttur kien Maestro Anton Muscat Azzopardi (1948 - 1952)

Mro George Martin beda jgħallem l-ewwel Aljevi Gżirjani bħala Assistant Band Master.

Wara kien Mro Michael A. Zammit (1951 – 1953).

Fl-1 ta' Marzu 1953 laħaq Mro Carmelo G. Borg (1953-81) li mela l-Arkivju b' tant mużika minn tiegħu. Kien hu li ħareg il-Banda ddoqq barra mill-Gżira. L-Innu Grandjuż ta’ Mro. Borg b’ kitba ta’ Patri Mattew Sultana OGM Cap, indaqq l-ewwel darba is-Sibt, 7 ta' Lulju 1956. Fost il- kompożizzjonijiet tieghu insibu il-famuż marċ Up the Maroons li nkiteb fl-1964 meta t-tim tal-Gżira United ġie promoss għall-Ewwel Diviżjoni (Premiere tal-lum). Avvenimenti prominent fil-hajja tal-Ghaqda Muzikali Mount Carmel jinkludu:

10 ta' Ġunju 1973, tifkira tal-Ġublew tal-Fidda mit-twaqqif tal-Banda. Ftit qabel inbeda' l-Kunċert fi Triq Stuart, biswiet l-każin tal-Futbol tal-Gżira United, waslu s-supporters tat-Tim Gżirjan ferħana bit-F.A. Trophy magħhom. Dan il-Kunċert Sinfoniku kien idderiġieh Mro. Carmelo G.Borg. Mistiednin kellna fostna lill-Arcisqof E.T. Mikiel Gonzi, lill-Gvernatur Ġenerali E.T. Sir Anthony Mamo lill-Vici Prim ministru Dr. Anton Buttigieg u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Dr. George Borg Olivier. Il-President ta' dak iż-żmien Dr. Michael A.Refalo irregala Bandalora għall-Okkażjoni. Wara ġiet mikxufa rħama li tfakkar dan l-avveniment fil-każin.

Grajja oħra seħħet eżattament 25 sena wara jiġifieri f'Mejju 1998, meta' fakkarna l-ħamsin sena mit-twaqqif tal-Banda, b’kunċert ġewwa Triq Manoel imexxi Mro. Saviour Portelli bil-presenza tal-President Dr. Ugo Mifsud Bonnici. Wara l-Kunċert ġiet mtella’ l-bandiera l-ġdida tal-każin li din id-darba ma baqatx b'żewġ sulari iżda bi tlieta.

Fis-sena tal-Millenju tfakkar l-ħamsin sena mill-mewt tal-Fundatur tal-Banda il-mibki u qatt minsi Dun Karlu Manche'. Sar kunċert b'tifkira tiegħu u saret irħama bilbust tiegħu biex ma ninsewh qatt.

Fl-10 ta' Lulju 2002 il-Banda Mount Carmel fakkret għeluq il-mitt sena mit-tfiegħ tal-ġebla b’kunċert varjat fi Triq Stuart taħt it-tmexxija ta' Mro. George Debono fejn spikka l-aspett storiku tal-Parroċċa tagħna.

Ġewwa s-Sala spazjuża ta’ l-iskola Antonio Bosio tal-Gżira tfakkar il-50 sena mill-mewt tas-Sur Meme' Scicluna, l-ewwel President tal-Banda f’Jannar 2003. F' dan il-kunċert ħriġna ħajjet is-Sur Meme'.

F' Ottubru 2004 tlajna l-ewwel darba fis-Sala ta’ l-Universita' tal-Qroqq sabiex ċċelebrajna għeluq l-10 snin mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ (1994). Mro George Debono għażel bċejjeċ mużikali varji li jgħoġbu lil kull ġenerazzjoni.

F'Ottubru 2006 rġajna tlajna l-Universita' biex infakkru l-ħamsin sena ta’ l-Innu Grandjuż lill-Madonna tal-Karmnu. Fi tmiem il-Kunċert Maestro Carmel G. Borg offra partituri lill-każin tal-Banda filwaqt li l-Kavallier Kelinu Vella Haber irregala ddokument oriġinali ta’ meta l-lokalita' ġiet mgħotija l-istemma mid-Dar Rjali ta' Aragona fi Frar 1970.

Fil-60 sena mit-twelid tas-Soċjeta' saru żewġ lapidi fl-intrata tal-każin li jfakru il-Presidenti u s-Surmastrjiet Diretturi kollha kemm ilha mwaqfa din is-Soċjeta’ sal-lum. Dawn iż-żewġ lapidi inkixfu mill-President ta’Malta Dr. Edward Fenech Adami u tbirku mir-Rev. Kappillan Dun Karm Tanti.

Fl-4 ta' Nivembru 2012 ghal-ewwel darba Kuncert Sinfoniku mill-Banda Mount Carmel fit-Teatru Manoel. L-okkazzjoni l-Festa ta Sta Cecilja organizzata mil-Għaqda Każini tal-Banda taħt il-patroċinju tal-Actin President Anton Tabone. Idderieġi Mro. George Debono.

Propju mħar il-Ħadd 5 ta' Marzu, 2023 is-Surmast George Debono nehda Cd Album ġdid, b'sett ta' disa marċi funebri kollha kompożizzjoni tiegħu, it-tnedija saret fil-każin tal-Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira fejn anki wkoll kienet ikkommomerata l-okkazzjoni tal-75 sena Anniversarju mit-twaqqief tas-Soċjeta. Din ic-cd kienet mogħtija bħala rigal mis-Surmast Debono lis-Soċjeta fiċ-ċelebrazzjoni ta' dan l-Anniversarju.

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Anton Muscat Azzopardi 1948 1950
02 Carmelo Zammit 1950 1953
03 Carmelo G.Borg 1953 1981
04 Carmelo Schembri 1981 1986
05 Archibald Mizzi 1986 1990
06 Carmelo G.Borg 1990 1994
07 Saviour Portelli 1994 2001
08 George Debono 2001

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Carmelo Meme' Scicluna 1948 1952
02 Iro Vella 1953 1955
03 Oscar Pulis 1955 1957
04 Carmelo G.Borg 1958 1958
05 Oscar Pulis 1959 1971
06 Onor. Dr.Michael A.Refalo B.A.(Hons). LL.D., M.P. 1971 1978
07 Oscar Pulis 1978 1979
08 Onor. Dr.Michael A.Refalo B.A.(Hons). LL.D., M.P. 1979 2004
09 Joseph Spiteri 2004

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Joseph Degovanni 1947 1949
02 Paul Borg 1950 1951
03 Joseph Degovanni 1952 1954
04 Serafin Borg 1955 1961
05 Antonio Farrugia 1962 1963
06 Carmelo Portelli 1963 1964
07 G. Cutjar 1965 1966
08 Serafin Borg 1967 1970
09 Oscar Pulis 1971 1974
10 Edwin Schembri 1981
11 Joseph Farrugia 1982 1983
12 Reno Desira 1983 1984
13 Paul Grech Mallia 1985
14 Raymond Allison 1987 1989
15 Paul Grech Mallia 1990 1991
16 Oscar Pulis 1992
17 Dominic Chircop 1993
18 Anthony Cini 1994 1999
19 Daniel Borg 2001 2001
20 Dominic Chircop 2002 2004
21 Gilbert Grima 2005 2008
22 Stephen Spiteri 2009 2012
23 Gilbert Grima 2012 2013
24 Anthony Cini 2014 2019
25 Stephen Spiteri 2020

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Oresta Zammit 1947 1949
02 John Borg 1949 1951
03 C.Zammit 1951
04 J.Farrugia 1952
05 Geraldu Cristiano 1953
06 O.Caruana 1954
07 Joseph Rizzo 1955 1960
08 Carmelo Muscat 1961
09 William Apap 1962
10 John Gatt 1963 1985
11 Dominic Chircop 1986 1991
12 Mark A. Borg 1992 1993
13 Dominic Chircop 1994 2001
14 Conrad B. Manche' 2002 2002
15 Dominic Chircop 2003 2004
16 Conrad B. Manche' 2005 2005
17 Dominic Chircop 2006 2007
18 Naville Chetcuti 2008 2014
19 Joshua Chircop 2015
20 Reno Desira 2016 2019
21 Lawrence Attard 2020

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira (2002) 2002 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Tifħira li Tixraq - Mill-Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira (2016) 2016 *
No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Min-Niket Għas-Sliem (2023) - 75 Sena Anniversaju - Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira 2023 *

Programmes and Publications

Memorials

External links