Saviour Portelli

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Saviour Portelli twieled il-Gżira fit-2 ta’ Lulju 1959 bin Francis Portelli u Carmela nee’ Abdilla.

Ta’14 il-sena beda l-istudju tal-mużika fil-każin tagħna taħt is-Surmast Carmelo G.Borg u aktar tard kompla l-istudju tiegħu fil-klarinett. Ħareġ idoqq mal-Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira fil-festa titulari ta’ l-1965.

Nkorraġġut mis-Surmast Carmelo G. Borg kompla bl-istudju bil-klarinett u anke bis-Sax Alto. Baqa jdoqqq bħala bandist tal-post għal 18-il sena sal-1983.

Fl-1970 ġie ellett, għal lewwel darba, membru tal-Kumitat fil-kariga ta’ Assistent Segretarju u Delegat tal-Banda, ħattra li baqa jzommaha sal-1974 minħabba li f’dik is-sena ġie maħtur Assistent Surmast.

Fl-1980 l-Assistent Surmast Portelli mexxa għall-ewwel darba il-Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira fil-Ġimgħa l-kbira u l-festa ta’ San Ġorġ ġewwa Ħal-Qormi minħabba vistu fil-familja tas-Surmast Carmelo G. Borg. F’dik l-istess sena ġie mitlub biex ikompli jieħu ħsieb il-banda minħabba lis-Surmast Borg kien irtira mix-xogħol.

Fl-1983 ħalla din il-kariga biex ikompli l-istudji tiegħu fil-mużika l-Ingilterra. Huwa studja: fir-Royal School of Music– Londra u f’Lancashire School of Music – Blackpool. Wara kompla bl-istudju tal-Armonija, Strumentazzjoni u Direzzjoni taħt is-Surmast Charle E. Zammit. Fl-1984 ġie magħżul biex iddoqq mal-Banda Nazzjonali ta’ Malta.

Bejn l-1986 u 1992 inħattar Surmast Direttur ta’ l-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura). Bejn l-1987 u 1993 il-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata Ħal Tarxien A.D. 1862 ħatritu Surmast Direttur tal-Banda tagħha.

Nhar it-2 ta’ Ġunju, 1994, Mro. Saviour Portelli inħatar bħala l-ewwel Surmast Direttur Gżirjan mal-Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira. Kariga li baqa jżomm sas-sena 1991.

Mro Saviour Portelli serva bħala l-ewwel surmast tas-Soċjeta Mużikali San Girgor (Sliema), mis-sena 1987 sas-sena 1996.

Fost uħud mix-xogħlijiet ta’ Mro. Saviour Portelli insibu, Mount Carmel 1968, Charmaine, u Luglio. Ikkompona wkoll żewġ innijiet tal-Banda, wieħed lil-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Fgura u lieħor lil Banda San Girgor ta’ Tas-Sliema.

Mro. Saviour Portelli kien tilef ħajtu f'incident tat-traffiku f'lejlet il-Milied tas-sena 2009 fl-eta' ta' 59 sena. Il-quddiesa præsente cadavere saret fil-Knisja Parrokkjali tal-Gżira.