Anthony Cassar

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Anthony Cassar twieled Ħaż-Żebbuġ Malta fil-5 ta` Dicembru 1961 minn Emmanuel u Josephine imwielda Carabott, u ħa l-edukazzjoni tiegħu fis-St Joseph`s Secondary Technical College ta` Raħal Ġdid.

Fl-eta` ta` 9 snin huwa beda jieħu t-tagħlim mużikali tiegħu fis-Sede tas-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) Raħal Ġdid. Huwa studja t-teorija elementari tal-mużika taħt is-Surmast Joseph Psaila u l-Bb Baritone (Althorn), taħt il-ħarsien tas-Surmast Paul Borg.

Ta` 10 snin kien diġa jdoqq mal-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) u wara wkoll ma` diversi soċjetajiet oħra f`Malta u Għawdex fosthom is-[[Soċjeta Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta fejn għal diversi drabi anke daqq bħala solista taħt it-treġija tas-Surmast Carmelo Caruana (bandmaster).

Huwa kompla l-istudju tiegħu fl-armonija u studji oħra mużikali taħt it-tmexxija tas-Surmast Lawrence Borg, tas-Surmast Raymond Sciberras kif ukoll tal-Professur Dr. Charles E.Zammit.

Huwa għadda b`suċċess mill-eżamijiet kollha tat-teorija u tal-prattika tat-Trinity College of London, il-London College of Music u l-Associated Board of the Royal Schools of Music kif ukoll mill-prattika tal-ALCM., u l-LTCL (Teachers` Diploma).

Fl-1985 huwa ġie mogħti l-kariga tal-ewwel Surmast Direttur tal-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) u bejn l-1981 u l-1986 ġie mogħti f`idu l-kariga t`Assistent Surmast u Surmast tal-allievi ma` sitt soċjetajiet oħra mużikali ġewwa pajjiżna fosthom mal-Baned Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq), Soċjeta Filarmonika Lourdes, Paola A.D. 1977, ta’ Raħal Ġdid, Għaqda Mużikali Marija Annunzjata Ħal Tarxien A.D. 1862, Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun, Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal-Qormi u Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re).

Jidħol fil-Korp tal-Puliżija

F`Lulju tal-1986 kien ingaġġajt fil-Korp tal-Pulizija bħala Kuntistabbli u ngħatajt il-kariga ta` Surmast Direttur tal-Banda tal-Pulizija ta` Malta mill-Kummissarju ta` dak iż-żmien Dr. Lawrence Pullicino LL.D.,

F`April 1987 wara eżami kompetittiv kien ġie promoss għar-rank ta` Spettur tal-Pulizija mill-istess Kummissarju u f`April tal-1997 u sar Spettur Anzjan.

Fis-sena1997 ġie mogħti ċertifikat ta` mertu għall-impenn tiegħu favur il-buon ordni u ġiegħ bħala ‘ħaddiem tas-sena’ fil-Higher Management minn Dr. Godfrey Farrugia MD., dak iż-żmien Sindku tal-Kunsill Lokali ta` Ħaż-Żebbuġ.

Fl-2004 ingħatajt il-ġiegħ Għarfien il-Ħila mis-Sur Roderick Galdes, dak iż-żmien Sindku tal-Kunsill Lokali ta` Ħal Qormi, għas-servizz tiegħu fil-komunita`.

F`Lulju tal-2005 ġie iddekorat bil-medalja għal servizz twil u effiċjenti u fis-sena 2008 ġie mogħti ċertifikat ta` mertu mill-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo għad-dedikazzjoni kbira tiegħu lejn il-Banda tal-Pulizija ta`Malta fejn ikkontribwixxa bil-kbir għall-istima u r-reputazzjoni li l-Korp tal-Pulizija jgawdi mal-pubbliku ingenerali.

F`Settembru 2015 ġie promoss għar-rank ta` Supretendent tal-Pulizija mill-Kummissarju ta` dak iż-żmien is-Sur Michael Cassar u f`Settembru tal-2016 sar Supretendent Anzjan.

Fl-2017 ingħtajt ukoll rikonoxximent mis-Sindku is-Sa Joanne Debono Grech tal-Kunsill Lokali ta` Birkirkara għall-ħidma tiegħu fil-komunita`.

F`Settembru tal-2018 ġie mogħti l-kariga t`Assistent Kummissarju fil-Korp tal-Pulizija mill-Kummissarju s-Sur Lawrence Cutajar.

Fi Frar tas-sena 2021 ingħata f`idu l-kariga ta` Assistent Surmast Direttur mas-Soċjeta Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta.

Matul is-snin is-Surmast Cassar ikkompona numru ta` marċi militari, marċi popolari u brijużi Maltin kif ukoll marċi funebri flimkien ma` arranħamenti mużikali oħra.

Anthony Cassar huwa miżżewweġ lil Mary-Lou nee` Axiaq u huwa missier ta` tnejn: Graziabelle-Faye u Gabriel Omar li għal xi żmien kien ukoll mużiċist mas-Soċjeta` Filarmonika King`s Own kif ukoll mal-Malta Youth Orchestra.

Il-Ħadd 8 ta` Jannar 2023, kien ta’ ir-rizenja tiegħu, mill-kariga ta’ Assistent Kummissarju, dan wara mixja ta` 37 sena sħaħ jagħti s-servizz tiegħu lill-poplu, bis-servizz fil-Korp tal-Pulizija u fit-tmexxija tal-Banda tal-Puliżija.

Imma wara interview li sarlu dan l-aħħar reġa, ġie magħżul għal darb`oħra, sabiex jkompli mmexxi din l-Banda tal-Pulizija ta` Malta mill-Kummissarju preżenti s-Sur Angelo Gafa, din id-darba bħala Pulizija ta` Riserva, U b’hekk se ikompli izied aktar snin, ma dawk li diġa għamel f’dawn l-aħħar 37 sħaħ, sa minn Ġunju tal-1986.

Anthony Cassar jgħid ‘Ma jiddispjacini xejn għaż-żmien u l-ħin li ddedikajt għas-servizz li tajt fil-Korp u li kelli nerġa` nibda mill-bidu nerġa` nagħmel kollox l-istess mill-ġdid’.

‘Nirringrazzja minn qalbi lil kull minn kien ta` kuraġġ, għajnuna u sostenn għalija tul din il-mixja twila ħajja ta` bniedem, speċjalment lill-familjari tiegħi li dejjem sibthom hemm bħala spalla għalija u li mieghi għaddew kull sodisfazzjon, ferħ u niket li għaddejt minnu’.