Zecchino D'Oro

From M3P
Revision as of 22:00, 22 August 2017 by Joejulian (talk | contribs) (broken link)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Is-Sehem tal-Kantanti Maltin fil-Festival taz-Zecchino d’Oro tul is-snin.

Zecchino d’Oro huwa Festival Internazzjonali tat-tfal li ra l-bidu tiegħu fis-sena 1959.

Kien orginah Cino Tortorella, li matul is-snin kien sar magħruf bħala ‘Mago Zurli’, kien hu wkoll li kien intoduċa l-famuż Topo Giglio fil-festival f’1965. Fl-ewwel żewġ ediżżjonijiet tal-Festival, kienu saru fil-belt ta’ Milan. F’sena 1961 il-Festival kien ġie meħud mill-Institut Antoniano u beda jsir mill-belt ta’ Bologna u dejjem jkun trassmess minn RAI 1. Fl-1963 kien beda jieħu sehem għall-ewwel darba fil-festival il-kor magħruf bħala Piccolo Coro Dell’ Antoniano immexxi mil-kondatrici u direttriċi Mariele Ventre.

Mis-sena 1976 il-festival kien anki ha dehra internazzjonali fejn beda ikun hemm seba’kanzunetti Taljani u seba kanzunetti minn pajjizi barranin jitkantaw bil-lingwa tal-pajjiz, u jkun hemm votażżjoni ta’ Ġurija tat-tfal, apparti dan, f’din is-sena 1976 il-festival kien organizzat wkoll għall-darbtejn.

Il-kanzunetta rebbieħa kienet tirbaħ Zecchino D’Oro. Ta’ kull sena il-festival kien jinfetaħ mir-rebbieħa tas-sena ta’ qabel, l-Unur ta’ Zecchino D’Argento kien jingħata lill-Awturi u Kompożituri tal-kanzunetti. Sadanitant f’Malta kien beda jkun organiżat Festival tat-tfal b’isem ta’ ‘Kanarin tad-Deheb’, u kien hawn li ħarġet l-idejha mill-organizaturi, biex ir-rebbieħ ta’ dan il-Festival jmur jieħu sehem f’dan il-festival tat-tfal Zecchino D’Oro li issa beda jkun stabilit wara li kien beda fl-1959.

L-Ewwel Festivals tat-Tfal Maltin

Fl-1961 grupp ta nies kienu ingħaqdu flimkien biex jorganizzaw Song Festival tat-tfal, dawn kienu Johnny Catania, Victor Aquilina, Charles Cassano u s-Sur Gejtu Abela taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, kienu semmewh Lo Zecchino a Malta 1961.

Il-Festival kien sar fir-Radio City il-Ħamrun u kien ġie għalih Cino Tortorella fejn kien qal li l-ewwel wieħed li jiġi jitla Bologna bħala rigal u jieħu sehem fiz-Zecchino ta’ dik is-sena. Kien sar il-festival u l-ewwel ġiet Gina Spiteri (oħt Mary Spiteri), it-tieni ġiet tifla oħra, u t-tielet kien ġie John Sultana. Biss ġara li ħadd ma seta' jmur Bologna f'dik is-sena.

Fl-1962 Cino Tortorella reġa ġie u Lo Zecchino a Malta 1962 reġa sar din id-darba fl-Istitut Kattoliku. Tortorella kien tenna li min jiġi l-ewwel jitla’ Bologna u jieħu sehem fiz-Zecchino d’Oro hemmhekk. Dik is-sena kien rebaħ il-Festival John Sultana, waqt li fit-tieni post kien ġie Raymond Debono.

Jieħdu Sehem l-Ewwel Maltin f'1962

Raymond Debono mat-tfal ikantaw ‘La Stella Di Latta’

,

Il-Festival kien sar bejn 6 u 8 t’April, 1962 f’Cinema Teatro dell Antoniano u kien trasmess bħal dejjem min fuq RAI 1. Dik is-sena kienet l-ewwel darba li xi ħadd minn Malta mar jieħu sehem f’dan il-Festival. Dik is-sena il-festival kien fir-Raba Ediżżjoni tiegħu, u t-tfajjel Raymond Debono.

Raymond Debono jkanta ‘La Giacca Rotta’

kien se jkanta fiż-żewġ kanżunetti ma’ kantanti oħrajn taljani, La Stella Di Latta ta’ Luciano Beretta u Enzo Di Paola. Raymond Debono kien se ikanta flimkien ma’ Giuseppe Marica, Marco Civoloni, Lorenzo Bedogni u Antonio Camino, u kanzunetta oħra ‘Vola ...non Vola’ ta’ Castellani u Latini mal-kantanti Antonio, Anna Maria Meo, Lorenzo Bedogni, Maria Angela Silva, Caris Colegari, Sandra Panen u Marco Civolani,

Iżda ġara lill-kantant Salvatore Cocciolo li kien se jkanta il-kanzunetta b’lirika ta’ Paola Pitagora (aktar tard saret Attriċi famuża u mużika ta’ Pario Pagaro ‘La Giacca Rotta’ kien marad u l-organiżżaturi, kienu qalu lill Raymond Debono biex hu, jkanta din il-kanżunetta, għaliex dan kien wkoll ġibet ċerta simpatija w attenżjoni fuq il-palk. Tgħallimha f’qasir żmien u spiċċa wkoll anki rebaħ il-Festival biha.

John Sultana jkanta ‘Luna Park’

Kienu ħadu sehem tnax il-kanzunetta ‘La Stella di Latta’ kienet ġiet f’sitt post waqt li ‘Vola...non Vola’ ġiet fit-tnax il-post. Illum Raymond Debono li kien l-ewwel kantant li rebaħ il-Festival mhux taljan, ma għadux magħna, għaliex kien miet fl-1984, f’dik is-sena wkoll kien ħa sehem tfajjel ieħor Malti b’isem ta’ John Sultana, li kien kanta l-kanzunetta b’isem ta’ ‘Luna Park’ ta’ Augusto Quieto u Aldo Rossi u biha kien spiċċa fit-tmien post, waqt il-kanzunetta, oħra ‘Il Cavallino Del Far West’ interpretata minn Paolo Olmi b’kliem u mużika ta’ John B. Cassar kienet spiċċat fit-tielet post.

Lura f'Malta minkejja li kien hemm dan is-suċċess għal Malta, kien hemm bosta polemiċi u kritika fil-ġurnali lejn minn kien responsabbli fl-għażla tal-kantanti.

Nerġu nieħdu sehem fl-1963

Vincent Cutajar jkanta ‘Penna Nera’
Mary Rose Darmanin tkanta ‘La Piuma Rossa’

Inkoraġieti minm dan is-suċċess, Malta riedet tiddefendi wkoll dan it-titlu, u propju għall-Ħames Ediżżjoni ta’ 1963. Kien mar l-kantant rebbieħ tal-‘Kanarin tad-Deheb’ Vincent Cutajar, kantant promettenti mill-lokal ta’ l-Isla. Din l-Ediżżjoni kienet saret bejn 1 u 3 ta’ Marżu, 1963 f’Cinema Teatro dell Antoniano, għal darba oħra kien ippreżenta ‘Mago Zurlí, u ħadu sehem tnax il-kanzunetta, u ġie trasmess wkoll fuq RAI 1. F’din l-Ediżżjoni għall-ewwel darba kien ħa sehem i-Kor Piccolo Coro Dell’ Antoniano taħt id-direżżjoni ta’ Mariele Ventre. Intant Vincent Cutajar kien kanta ‘Penna Nera’ u kien spiċċa fil-ħdax il-post.

Malta terġa tidħol fis-sena 1965

Fis-sitt Ediżżjoni li kienet saret bejn it-28 ta’Frar u 1 ta’Marżu, 1964 Malta għal darba oħra reġgħet ħadet sehem, permess tal-kantanta minn Ħaż-Żabbar Mary Rose Darmanin, li kienet interpretat il-kanzunetta ta‘Sandro Tuminelli u Aldo Rossi ‘La Piuma Rossa’ li spiċċat fit-tnax il-post. Malta ma kienetx rappreżentatta fil-Ediżżjoni li saret bejn 19 u 21 ta’ Marżu, 1965.


Vinny Vella Jr. jkanta flimkien ma Loretta Losi ‘Extramusicale-Giromagitondo’

Dwett bejn kantant Malti u kantanta Taljana fis-sena 1966

Imma Malta reġat ħadet sehem fit-tmien Ediżżjoni li saret bejn it-18 u l-20 ta’ Marżu, 1966 għal darba ħadu sehem tnax il-kanzunetta, ir-rappreżentant ta’ Malta kien Vincent Vella, aktar tard kiber u kellu karriera sabiħa bħala pjanista, mużikalment magħruf bħala Vinny Vella Jr. Huwa kien kanta dwett ma’ kantanta taljana Lorella Losi meta kantaw il-kompożijoni ta’ Tony Martucci u Piero Carlo Rolla, Riccardo Zappa ‘Extramusicale-Giromagitondo’. Huwa kienu spiċċaw fit-tieni post, wara l-kanżunetta ‘I fratelli del Far-West’.

Malta tieħu sehem wara Ħmistax il-Sena

Stefan Galea jkanta ‘Il-Merill Tweet Tweet’

Bejn 1967 u 1981 Malta ma’ ħaditx sehem f’dan il-Festival, biss fis-sena 1982 propju fil-25 Ediżżjoni tal-Festival li kien sar bejn 18 u 20 ta’ Novembru, 1982. Kienu ħadu sehem bħal soltu tnax il-kanzunetta , u Festival kien wkoll trasmess fuq RAI 1. Il-Kanzunetta Maltija kellha kliem u mużika ta’ Alfred C. Sant ‘Il-Merill Tweet Tweet’ u kellha kliem bit-taljan ta’ Alberto Testa, il-kantant Malti kien Stefan Galea mill-Mosta u kien spiċċa fis-sitt post. Stefan wara kellu xi kanzunetti oħra fil-karriera tiegħu, w illum jingħaqad li Stefan Galea huwa Saċerdot.

Hawn ta’ minn wieħed jgħid li fis-sena 1976 propju fit-tmientax il-ediżżjoni tiegħu, l-festival għall-ewwel u l-unika darba kien sar fiż-żewġ ediżżjonijiet, bl-ewwel waħda tkun bejn 17 u 19 ta’Marżu, 1976 u kienu ħadu sehem 14 il-kanzunetta, Waqt lit-tieni Ediżżjoni li ħija meqjusa bħala id-dastax il-waħda, kienet saret bejn 25 u 27 ta’Novembru, 1976 u kienu ħadu sehem fiha 13 il-kanzunetta. Minn din l-Ediżżjoni l-festival kien ħa xejra Internażżjonali wkoll, u beda jkun hemm 14 il-kanzunetta, seba tal-taljani w seba’ barranin. U b’hekk wkoll li f’dan il-festival, kenet bdiet kollaborazzjoni wkoll fil-kampanja mal-Unicef.

Nerġgħu Nidħlu wara Għaxar Snin

Jacqueline Spiteri tkanta ‘Minnie’ (Pejxa)
Mariele Ventre

Biss għal darba oħra bejn 1983 u 1993 reġa ma’ kien hemm nuqqas ta’ parteċipanti Maltin f’dan il-Festival, imma fl-1993 propju fis-36 Ediżżjoni kienet ħadet sehem kantanta Maltija Jacqueline Spiteri bil-kanzunetta Minnie (Pejxa) kliem bit-taljan kien ta’ Alessandra Valeri Manera, l-mużika kienet ta’ Sammy Galea, 14 il-kanzunetta kienu ħadu sehem, u l-Festival kien sar bejn 25 u 28 ta’Novembru, 1993. u kien ipprezentat minn Ciro Tortorella għas 36 sena konsekuttiva b’għajnuna ta’ Maria Teresa Ruta.

Propju 38 Ediżżjoni ta’ dan il-Festival, tibqa imfakkra għat-telfa tad-direttriċi tal-Piccolo Coro Dell’Antoniano Mariele Ventre wara 31 sena tieħu ħsieb dan il-kor ta’ simpatija, din kienet propju l-aħħar ediżżjoni lid-direġit, għaliex propju għoxrin ġurnata wara l-Festival, fis-16 ta’ Diċembru, 1995 f’eta’ ta’ 56 sena, kienet mietet, wara marda li kienet qed jsofri, konxja mis-sitważżjoni tagħha Ventre ridet lil-kor jkompli jiffużżjona, u kienet diġa bdiet taħseb għas-suċċessura tagħha, Sabrina Simoni li f’dik l-ediżżjoni, kienet wkoll idderiġiet xi kanzunetti, imħabba il-kundiżżjoni tas-saħħa ta’ Ventre. Sabrina Simoni issa ilha tieħu ħsieb dan il-kor li wara kien anki bidel ismu għal dak ta’ Piccolo Coro ‘Mariele Ventre’ dell’Antoniano, mill-1996 sal-illum.


Christian Grech Jkanta ‘Violinio Mio’ (II-Ġugarell)

Lura fil-45 Edizzjoni bl-Ewwel kantant min Għawdex

Il-45 Edizzjoni tal-Festival reġgħet rat irritorn ta’ Malta f’dan l-Festival, wara nuqqas ta’ disa snin, ir-rapprezentant Malti, din id-darba kien ġie mill-Ġżira ta’ bGħawdex, eżattament mill-lokal żgħir tal-Munxar. L-uniku wieħed sa issa li ħa sehem, dan kien Christian Grech, u kien kanta ‘Violinio Mio’ (II-Ġugarell ta’ Qalbi) b’kliem ta’ Salvatore De Pasquale. Il-Festival kien sar bejn 19 u 23 ta’ Novembru, 2002.

Malta terġa tieħu sehem fl-2006

Nicole Azzopardi tkanta La Dottoressa Lulu’ (Il-Kor ta’ l-Annimali)

Reġa kien hemm nuqqas ta’ erba’ snin, biex fl-2006 Malta reġgħat ħadet sehem premess ta’ Nicole Azzopardi, kantanta oħra mill-Mosta, bil-kanzunetta ‘La Dottoressa Lulu’ (Il-Kor ta’ l-Annimali) b’kliem b’taljan ta’ Giovanni Cristiani, u kienet spiċċat fir-raba’ post. Nicole erba’ snin wara kienet irrapprezentat lill Malta wkoll f’Junior Eurovision Song Contest 2010, propju f’aħħar darba, lir-rapprezentanti Maltin kienu ikunu magħzula permess ta’ Festival. Illum Nicole hija wkoll kantanta w Attriċi wkoll.

Propju f’din is-sena 2006 Ciro Tortorella kien imniżel fil-Guinness Book Of Records bħala l-aktar preżentatur li dam jippreżenta l-istess programm 48 sena, wara kompla tas-sena 2008 għal total ta’ 51 Ediżżjoni.

Enya Magri l-aħħar kantanta Maltija li ħadet sehem sa issa

Enya Magri tkanta ‘Castelli di Sabbia’

Reġgħu għaddew tlett snin u Malta reġgħet ħadet sehem f’ 2009 propju fit-52 Ediżżjoni ta’ dan il-Festival tatt-tfal permess tal-kantanta Enya Magri, il-festival kien sar bejn 17 u 19 ta’ Novembru, 2009. F’din l-Ediżżjoni għall-Ewwel darba Cino Tortorella ma kienx ipprezenta, għaliex kien daħal l-isptar u minfloku kienu ipprezentaw Veronica Maya u Paolo Conticini. Enya Magri kienet kantat kanzunetta ta’ Christopher Azzopardi b’mużika ta’ Andrew Zammit b’kliem bit-taljan ta’ Alessandra Betuzzi ‘Castelli di Sabbia’ u kienet spiċċat fil-ħames post.

F’Marżu, ta’ 2011 uffiċċjalment Ciro Tortorella, imwieled f’Ventimiglia fis-27 ta’Ġunju, 1927 kien irtira mill-prezentażżjoni ta’ dan il-festival li kien jagħmel b’tant karisima mat-tfal. U minflokhu kienet daħlet tippreżenta Veronica Maya.

Ciro Tortorella miet fit-23 ta' Marzu, 2017 f'għomor ta' 90 sena.

Lista tal-Kantanti Maltin li marru jkantaw f'Festival ta' Zecchino D'Oro

Sena Kantanti Kanzunetta Awturi Kompozituri Kif Gew Video - Youtube
1962 Raymond Debono La Giacca Rotta Paola Pitagora Mario Pagano 1st (click for Video)
1962 John Sultana Luna Park Augusto Quieto Aldo Rossi 8th (click for Video)
1963 Vincent Cutajar Penna Nera 11th (click for Video)
1964 Mary Rose Darmanin La Piuma Rossa Sandro Tuminelli Aldo Rossi 12th (click for Video)
1966 Lorella Losi u Vincent Vella Extramusicale-Giromagitondo Tony Martucci Piero carlo Rolla, Riccardo Zappa 2nd (click for Video)
1982 Stefan Galea Il Merill Tweet Tweet Alfred C.Sant / Alberto Testa Alfred C.Sant 6th (click for Video)
1993 Jacqueline Spiteri Minnie (Pejxa) Alessandrar Valeri Manera Sammy Galea 12th (click for Video)
2002 Christian Grech Violino Mio (Il-Ġugarell ta’ Qalbi) Salvatore De Pasquale 14th (click for Video)
2006 Nicole Azzopardi La Dottoressa Lulu (Il-Kor ta’ Animali) Giovanni Cristiani 4th (click for Video)
2009 Enya Magri Castelli Di Sabbia Chirstopher Azzopardi / Alessandra Betuzzi Andrew Zammit 5th (click for Video)