Difference between revisions of "Richard Bugeja"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Line 75: Line 75:
| 02 || We Are The Champions || 1995 || [[Għaqda Mużikali Sant' Elena]]
| 02 || We Are The Champions || 1995 || [[Għaqda Mużikali Sant' Elena]]
|-
|-
| 03 || Ta' L-Istilla || 1994 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 03 || Ta' L-Istilla || 1994 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 04 || Piccola Grande Rosaria || 2000 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 04 || Piccola Grande Rosaria || 2000 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 05 || Palazzo Xara || 1996 || [[Soċjeta Mużikali Sant' Antnin]]
| 05 || Palazzo Xara || 1996 || [[Soċjeta Mużikali Sant' Antnin]]
|-
|-
| 06 || Guzeppini || 1995 u 1997 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 06 || Guzeppini || 1995 u 1997 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 07 || Fil-Festa tal-Banda 2010 || 1996 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 07 || Fil-Festa tal-Banda 2010 || 1996 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 08 || Faithful || 2010 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 08 || Faithful || 2010 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 09 || Michael || 1998 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 09 || Michael || 1998 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 10 || Matthew || 2005 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 10 || Matthew || 2005 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 11 || Toddler's Suite || 2000 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 11 || Toddler's Suite || 2000 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 12 || Wenzu U Sħabu tan-Nar  / Is-Sebħ || 2003 || [[Għaqda Każin Banda San Filep]]
| 12 || Wenzu U Sħabu tan-Nar  / Is-Sebħ || 2003 || [[Għaqda Każin Banda San Filep]]
Line 97: Line 97:
| 13 || Sur Manwel || 2005 || [[Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)]]
| 13 || Sur Manwel || 2005 || [[Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)]]
|-
|-
| 14 || Chakotay & Thorin || 2003 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 14 || Chakotay & Thorin || 2003 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 15 || 25 Sena Bandist || 2005 || Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
| 15 || 25 Sena Bandist || 2005 || Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
Line 103: Line 103:
| 16 || Kemm Aħna Kbar || 2008 || Għaqda Każin Banda San Filep
| 16 || Kemm Aħna Kbar || 2008 || Għaqda Każin Banda San Filep
|-
|-
| 17 || Golden Lion || 2007 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 17 || Golden Lion || 2007 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 18 || Il-Landier || 2010 || Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
| 18 || Il-Landier || 2010 || Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
Line 115: Line 115:
| 22 || Innu Marċ - Ġieħ Lil San Filep T'Aggira || 2013 || Għaqda Każin Banda San Filep
| 22 || Innu Marċ - Ġieħ Lil San Filep T'Aggira || 2013 || Għaqda Każin Banda San Filep
|-
|-
| 23 || Stilla Orjentali || 2016 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 23 || Stilla Orjentali || 2016 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 24 || Champions Tal-Kulur || 2016 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 24 || Champions Tal-Kulur || 2016 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 25 || L-Aqwa Banda || 2016 || [[Soċjetà Mużikali San Pawl]]
| 25 || L-Aqwa Banda || 2016 || [[Soċjetà Mużikali San Pawl]]
Line 128: Line 128:
! No !! Marċi Funebri !! Sena !! Baned
! No !! Marċi Funebri !! Sena !! Baned
|-
|-
| 01 || In Loving Memory Of My Grandfathers || 2000 || "[[ || Għaqda Mużikali L'Isle Adam]]"
| 01 || In Loving Memory Of My Grandfathers || 2000 ||[[Għaqda Mużikali L'Isle Adam]]
|-
|-
| 02 || September 11, 2001 || 2002 || [[Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)]]
| 02 || September 11, 2001 || 2002 || [[Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)]]
Line 136: Line 136:
| 04 || B'Tifkira tan-Nanna Pawla || 2002 || Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
| 04 || B'Tifkira tan-Nanna Pawla || 2002 || Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
|-
|-
| 05 || B'Tifkira Tal-Bandisti Mejtin || 1997 || " || Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 05 || B'Tifkira Tal-Bandisti Mejtin || 1997 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
| 06 || In Memory Of Michael Busuttil || 2015 || " || Għaqda Mużikali L'Isle Adam"
| 06 || In Memory Of Michael Busuttil || 2015 ||Għaqda Mużikali L'Isle Adam
|-
|-
|}
|}

Revision as of 06:48, 9 June 2023

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Richard Bugeja twieled fis-16 t’April, 1968 u joqgħod Ħad-Dingli. Huwa ħareġ idoqq għall-ewwel darba bil-klarinett mal-Banda tal-Għaqda Mużikali L'Isle Adam fil-festa ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina f’Marzu 1981.

Huwa studja s-solveġġ ma’ Guzeppi Falzon (il-Pajs), beda jistudja l-klarinett ma’ Joseph Falzon imbagħad kompla ma’ Ġużeppi Debono (Il-Mannar), Mro. Twanny Galea li lkoll kienu jdoqqu fl-Army. Imbagħad kompla għand Mro. Orazio Cachia.

Daqq ma’ diversi baned u surmastijiet fosthom Mro. Philip Gatt, Mro. Anthony Aquilina (Il-Maġġur), Mro.Emmanuel Bugeja, Mro.Joseph Sammut, Mro. Carmelo Caruana (bandmaster), Dott. Charles E. Zammit u diversi oħrajn.

Fl-1992 huwa beda l-istudju tiegħu fit-teorija tal-Mużika għand Mro. Raymond Fenech FLCM. Taħt id-direzzjoni tiegħu huwa għadda b’suċċess mill-gradi kollha tar-Royal Schools of Music. Fejn kiseb Grade 5 Theory Certificate – Royal School of Music, fis-stess sena kiseb wkoll Diploma of Associate of The Chartered Institute of Bankers (A.C.I.B.).

L-ewwel marċ li ikkompona kien iddedikat lil martu Jacqueline u ndaqq mill-Banda tal- Għaqda Mużikali L’Isle Adam fis-sett ta’ marċi ġodda maħruġa f’1993. Waqt li l-ewwel marċ funebri li kiteb kien 'In Loving Memory Of My Grandfathers li kitbu fis-16 ta' Mejju, 1994. Dan il-marċ kien indaqq għall-ewwel darba mill-Għaqda Mużikali L'Isle Adam fuq ic-cd li ħarġu ta' Marċi Funebri 2000.

Wara dan kompla b’oħrajn fosthom dawk iddedikati lit-tfal tiegħu Matthew u Demetria li llum, huma stess wkoll idoqqu ma’ diversi baned.

F’1993 huwa kiseb il-Grade 6 u Grade 7 f’Theory Certificate – Royal School of Music. Fl-1994 huwa kiseb il-Grade 8 f’Theory Certificate – Royal School of Music. Wara li f’Diċembru, 1994 kiseb id-Diplomaof Associate in Music – London College of Music A(Mus)LCM. Waqt li f’2003 kiseb Diploma of Licentiateship in Music – London College of Music FLCM.

Fl-2004 huwa kiseb il-Fellowship tal-London College of Music bis-Suite Malta. Matul iż-Żminijiet. Din indaqqet għal-ewwel darba fil-programm ta’Santa Cecilja fit-Tejatru Manoel fl-2004.

Fl- 2005 ġie mogħti l-Unur Ġieħ Ħad-Dingli, mill-Kunsill Lokali tal-lokal.

Fl-2006 huwa kiseb il-Fellowship tal-Victoria College of Music flimkien mad-Diploma of Gold Medalist bil-Cantata Marija, Mbierka fost in-Nisa. Din ndaqqet għal-ewwel darba fil-knisja parrokjali ta’ Ħad Dingli fit-30 ta’ April 2010.

Karriera Muzikali

Snin Kariga Banda
1990 – 2018 Assistent Surmast Għaqda Mużikali L'Isle Adam, Rabat
1992 – 1996 Assistent Surmast Għaqda Mużikali Sant' Elena, Birkirkara
1997 Assistent Surmast Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
1998 – 2019 Surmast Direttur Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
1999 Assistent Surmast Għaqda Każin Banda San Filep, Ħaż-Żebbuġ
2002 sal-llum Surmast Direttur Għaqda Każin Banda San Filep, Ħaż-Żebbuġ
2016 sal-llum Surmast Direttur Soċjetà Mużikali San Pawl, San Pawl il-Baħar
2020 sal-llum Surmast Direttur Soċjeta Mużikali La Stella Levantina A.D. 1984 Ħ'Attard

Kien Surmast tal-Banda Santa Marija ta’ Ħad-Dingli għal-21 sena. Għadu jgħallem l-istrumenti tal-qasba ma’ diversi każini.

Prezentament huwa Surmast ta’ tlett baned: tal-Għaqda Każin Banda San Filep, tas- Soċjetà Mużikali San Pawl, kif ukoll Surmast tas-Soċjeta Mużikali La Stella Levantina A.D. 1984 ta’ Ħ’Attard.

Mro. Richard Bugeja ilu Surmast Direttur tal- Għaqda Każin Banda San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ sa mill-2002. Fl-2016 huwa nħatar Surmast tas-Soċjetà Mużikali San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar. Filwaqt li fl-2020 nħatar Surmast Direttur tas-Soċjeta Mużikali La Stella Levantina A.D. 1984 ta’ Ħ’Attard.

Matul dan iż-żmien Mro. Richard Bugeja ikkompona madwar 100 kompożiżżjoni li jvarjaw minn Oratorji, Cantata, Suites, Concert Pieces, Mużika Sagra, innijiet, valzi, diversi marċi brijjuzi kif ukoll funebri. Dan barra bosta arranġamenti mużikali oħra.

Fosthom insibu l-Oratorju San Filep Sebħ Aggira li ndaqq għall-ewwel darba f’Ħal–Farruġ, Montekristo Estates fil-5 ta’ Novembru. 2011 f’għeluq il-160 Sena Anniversarju tal-Għaqda Każin Banda San Filep.

Kiteb ukoll l-Oratorju ‘Il-Ħolma taż-Żebbuġin’ bi kliem ta’ Imħallef Emeritus Dr. Philip Sciberras. Dan ix-xogħol indaqq għal-ewwel darba ġewwa it-tejatru tal-Universita tal-Qroqq fit-18 ta’ Mejju, 2013 biex titfakkar il-150 sena mill-istatwa ta’ ta’ San Filep.

Fi Frar ta’ 2019 huwa ikkompona l-Oratorju Paulus biex jikkommemora il-mitt sena anniverarju mill miġja tal-istatwa ta’ San Pawl ġewwa San Pawl il-Baħar.

Fi 2019 kiteb is-suite Bergamo li ndaqqet mill-Banda tal-Għaqda Każin Banda San Filep fil-mawra tagħha ġewwa Bergamo.

Fl-2021 huwa kiteb il-mużika għal proġett kreattiv bl-isem ta’ Emmna, liema proġett ġie fl-ewwel post fil-Konkors Kwarta Tajba li sar ġewwa Ħaż-Żebbuġ.

F’Marzu tal-2022, Richard attenda għal-“Job Sharing” ġewwa l-Konservatorju Profesional de Musica Adolfo Salazar, f’Madrid. Dan kien miftuħ għal surmastrijiet Maltin taħt il-programm “Erasmus Plus-Strengthening the cultural ties through music” organizzat mill-Għaqda Każini tal-Banda.

Matul il-Covid-19 huwa kiteb diversi kompozzijonijiet ġodda fosthom insibu l-Ave Maria iddedikata lil dawk kollha milquta mill-Covid-19, kif ukoll il-Banda Opening ‘A New Beginning’, u Sinfonietta li ndaqqet għal-ewwel darba ġewwa Gela’ fil-mawra li Soċjeta Mużikali La Stella Levantina A.D. 1984 ta’ Ħ’Attard għamlet fl-2022 fis-Sqallija.

Xogħlijiet tas-Surmast Richard Bugeja

No Marċi Brijużi Sena Baned
01 Jacqueline 1993 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
02 We Are The Champions 1995 Għaqda Mużikali Sant' Elena
03 Ta' L-Istilla 1994 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
04 Piccola Grande Rosaria 2000 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
05 Palazzo Xara 1996 Soċjeta Mużikali Sant' Antnin
06 Guzeppini 1995 u 1997 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
07 Fil-Festa tal-Banda 2010 1996 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
08 Faithful 2010 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
09 Michael 1998 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
10 Matthew 2005 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
11 Toddler's Suite 2000 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
12 Wenzu U Sħabu tan-Nar / Is-Sebħ 2003 Għaqda Każin Banda San Filep
13 Sur Manwel 2005 Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
14 Chakotay & Thorin 2003 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
15 25 Sena Bandist 2005 Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
16 Kemm Aħna Kbar 2008 Għaqda Każin Banda San Filep
17 Golden Lion 2007 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
18 Il-Landier 2010 Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
19 25 Sena Banda 2010 Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
20 Marċ Proċessjonali 1t ta' Mejju 2023 2013 Għaqda Każin Banda San Filep
21 Marċ Proċessjonali Int L-Għaxqa Tagħna 2013 Għaqda Każin Banda San Filep
22 Innu Marċ - Ġieħ Lil San Filep T'Aggira 2013 Għaqda Każin Banda San Filep
23 Stilla Orjentali 2016 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
24 Champions Tal-Kulur 2016 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
25 L-Aqwa Banda 2016 Soċjetà Mużikali San Pawl
26 Ruby Ann 2016 Soċjetà Mużikali San Pawl
No Marċi Funebri Sena Baned
01 In Loving Memory Of My Grandfathers 2000 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
02 September 11, 2001 2002 Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
03 Pieta' 2002 Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
04 B'Tifkira tan-Nanna Pawla 2002 Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)
05 B'Tifkira Tal-Bandisti Mejtin 1997 Għaqda Mużikali L'Isle Adam
06 In Memory Of Michael Busuttil 2015 Għaqda Mużikali L'Isle Adam