Difference between revisions of "Nazzareno Mifsud"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: Nazzareno Mifsud)
(Arranged Page: Nazzareno Mifsud)
Line 9: Line 9:
Fis-sena 1958 Mro. Nazzareno Mifsud beda bħala Ass. Surmast tal-[[Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun]]. Fl-1973 huwa ġie maħtur Surmast Direttur ta' din il-Banda fejn baqa' sas-sena 1985. Ma’ Għaqda Mużikali San Gejtanu Ħamrun kellu bosta kompożizzjonijiet li indaqqu taħt id-direzzjoni tiegħu.  
Fis-sena 1958 Mro. Nazzareno Mifsud beda bħala Ass. Surmast tal-[[Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun]]. Fl-1973 huwa ġie maħtur Surmast Direttur ta' din il-Banda fejn baqa' sas-sena 1985. Ma’ Għaqda Mużikali San Gejtanu Ħamrun kellu bosta kompożizzjonijiet li indaqqu taħt id-direzzjoni tiegħu.  


== Inħatar Surmast ta’ Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 ==                                                                                     F'Awwissu 1964 Mro. [[Carmelo Scicluna]], li kien ilu jokkupa l-kariga ta' Surmast Direttur tas-[[Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895]] għal madwar sbatax-il sena, irriżenja minn Surmast Direttur, u l-Kumitat, f'Seduta li nżammet il-Ħamis 13 ta' Awwissu 1964 Il-Kumitat kien ħatru Surmast Onorarju tal-Banda. Peress li dak iż-żmien l-Assistent Surmast tal-Banda Lourdes kien Nazzareno Mifsud, il-Kumitat kien offra l-kariga ta' Surmast Direttur lilu u ġie konfermat fis-Seduta li nżammet il-Ġimgħa 21 ta' Awwissu 1964. L-ewwel dehra pubblika tas-Surmast Nazzareno Mifsud kien eżatt xahar wara fil-Festi ta' l-Indipendenza meta l-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 esegwiet marċ mat-toroq prinċipali tal-Qrendi, il-Ħadd 20 ta' Settembru 1964.  
== Inħatar Surmast ta’ Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 ==
 
== Festi Ċentinarji tal-Fratellanza tal-Madonna ta' Lourdes ==                                                                                   
F'Awwissu 1964 Mro. [[Carmelo Scicluna]], li kien ilu jokkupa l-kariga ta' Surmast Direttur tas-[[Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895]] għal madwar sbatax-il sena, irriżenja minn Surmast Direttur, u l-Kumitat, f'Seduta li nżammet il-Ħamis 13 ta' Awwissu 1964 Il-Kumitat kien ħatru Surmast Onorarju tal-Banda. Peress li dak iż-żmien l-Assistent Surmast tal-Banda Lourdes kien Nazzareno Mifsud, il-Kumitat kien offra l-kariga ta' Surmast Direttur lilu u ġie konfermat fis-Seduta li nżammet il-Ġimgħa 21 ta' Awwissu 1964. L-ewwel dehra pubblika tas-Surmast Nazzareno Mifsud kien eżatt xahar wara fil-Festi ta' l-Indipendenza meta l-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 esegwiet marċ mat-toroq prinċipali tal-Qrendi, il-Ħadd 20 ta' Settembru 1964.  


Għal din il-banda huwa ikkompona bosta marċi brijużi, fosthom ta' min isemmi '''Focker''', '''Mancy,''' '''John''', '''Il-Festa tal-Qrendin''', '''Sandro''', '''Il-Festa Tagħna''', u l-'''Innu Marċ''' li għadu jindaqq sa llum. Fl-1968 fil-Qrendi kienu saru festi kbar sabiex jitfakkar għeluq it-350 Anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Qrendi. Is-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Nazzareno Mifsud, kienet esegwiet Programm Vokali / Strumentali mill-isbaħ, nħar il-Ħadd 11 ta' Frar 1968. Dak inħar għall-ewwel darba ndaqq l-'''Innu tal-Qrendi''', kompożizzjoni ta' Mro. Nazzareno Mifsud innifsu, fuq versi tas-Sur [[Paul Zammit]].
Għal din il-banda huwa ikkompona bosta marċi brijużi, fosthom ta' min isemmi '''Focker''', '''Mancy,''' '''John''', '''Il-Festa tal-Qrendin''', '''Sandro''', '''Il-Festa Tagħna''', u l-'''Innu Marċ''' li għadu jindaqq sa llum. Fl-1968 fil-Qrendi kienu saru festi kbar sabiex jitfakkar għeluq it-350 Anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Qrendi. Is-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Nazzareno Mifsud, kienet esegwiet Programm Vokali / Strumentali mill-isbaħ, nħar il-Ħadd 11 ta' Frar 1968. Dak inħar għall-ewwel darba ndaqq l-'''Innu tal-Qrendi''', kompożizzjoni ta' Mro. Nazzareno Mifsud innifsu, fuq versi tas-Sur [[Paul Zammit]].

Revision as of 17:13, 14 July 2023

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Nazzareno Mifsud L. (MUS.) L.C.M., F .L.C.M. Twieled iż-Żurrieq fil-15 ta' Awwissu 1928 minn Ġiovanni u Ursola nee’ Polidano. Huwa ġie mgħammed fil-Knisja Matriċi u Arċipretali ta' Santa Katarina mill-Arċipriet Ġiovanni Battista Ghigo fid-19 ta' Awwissu 1928 u mogħti l-ismijiet ta' Nazzareno, Carmelo u Andrea. Huwa kien ir-raba' wieħed fost sebat aħwa.

Nazzareno ħa l-edukazzjoni reliġjuża tiegħu mill-M.U.S.E.U.M. Huwa attenda l-Iskola Primarja tal-Gvern ta' raħal twelidu u kompla jistudja fil-Kulleġġ De La Salle, il-Kottonera. Nazzareno beda jitgħallem il-mużika fil-Każin tal-Banda Santa Katarina illum magħrufa bħala Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq A.D. 1864, għand is-Surmast Espedito Deguara A. (Mus.) L.C.M. u ħareġ idoqq il-klarinett ma' l-istess banda. Huwa kien il-klarinett solista għal xi żmien, u bejn is-snin 1949 u 1952 ġie magħżul bħala Ass. Surmast ta’ l-istess banda.

Fil-31 ta' Lulju 1949 Nazzareno żżewweġ lil Carmela nee’ Callus mill-Qrendi u kellhom ħames ulied li huma Dr. Joe Mifsud, Sally, Miriam, John u Annette. Huwa kompla jipperfezzjona l-istudju tal-klarinett għand is-Sur Manwel Debattista, u beda l-istudju tal-pjanu, teorija u armonija għand is-Surmast Joseph Casa Pinta L. (Mus.) L.C.M., F.L.C.M. fejn ħa l-ewwel Diploma ta' A. Mus. L.C.M. fil-31 ta' Diċembru 1955. Peress li Mro. Casa Pinta kien emigra lejn il-Kanada, Nazzareno kompla l-istudju fil-kontra punt u fuga għand is-Surmast Carmelo Pace L.R.S.M., F.L.C.M. fejn ħa d-Diplomi ta' L. (Mus.)L.C.M. fis-17 ta' Lulju 1965 u F.L.C.M. fl-4 ta' Awissu 1967.

Fis-sena 1958 Mro. Nazzareno Mifsud beda bħala Ass. Surmast tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun. Fl-1973 huwa ġie maħtur Surmast Direttur ta' din il-Banda fejn baqa' sas-sena 1985. Ma’ Għaqda Mużikali San Gejtanu Ħamrun kellu bosta kompożizzjonijiet li indaqqu taħt id-direzzjoni tiegħu.

Inħatar Surmast ta’ Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895

Festi Ċentinarji tal-Fratellanza tal-Madonna ta' Lourdes

F'Awwissu 1964 Mro. Carmelo Scicluna, li kien ilu jokkupa l-kariga ta' Surmast Direttur tas-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 għal madwar sbatax-il sena, irriżenja minn Surmast Direttur, u l-Kumitat, f'Seduta li nżammet il-Ħamis 13 ta' Awwissu 1964 Il-Kumitat kien ħatru Surmast Onorarju tal-Banda. Peress li dak iż-żmien l-Assistent Surmast tal-Banda Lourdes kien Nazzareno Mifsud, il-Kumitat kien offra l-kariga ta' Surmast Direttur lilu u ġie konfermat fis-Seduta li nżammet il-Ġimgħa 21 ta' Awwissu 1964. L-ewwel dehra pubblika tas-Surmast Nazzareno Mifsud kien eżatt xahar wara fil-Festi ta' l-Indipendenza meta l-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 esegwiet marċ mat-toroq prinċipali tal-Qrendi, il-Ħadd 20 ta' Settembru 1964.

Għal din il-banda huwa ikkompona bosta marċi brijużi, fosthom ta' min isemmi Focker, Mancy, John, Il-Festa tal-Qrendin, Sandro, Il-Festa Tagħna, u l-Innu Marċ li għadu jindaqq sa llum. Fl-1968 fil-Qrendi kienu saru festi kbar sabiex jitfakkar għeluq it-350 Anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Qrendi. Is-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Nazzareno Mifsud, kienet esegwiet Programm Vokali / Strumentali mill-isbaħ, nħar il-Ħadd 11 ta' Frar 1968. Dak inħar għall-ewwel darba ndaqq l-Innu tal-Qrendi, kompożizzjoni ta' Mro. Nazzareno Mifsud innifsu, fuq versi tas-Sur Paul Zammit.

Ta' min isemmi wkoll li l-Ħadd 18 ta' Frar 1968, bħala għeluq ta' dawn il-festi, kienet inżammet Akkademja Mużiko Letterarja, taħt il-presidenza ta' E.T. Mons. Emanuel Gerada fis-sala ta' l-iskola. Il-Kor tal-Qrendi kien taħt it-tmexxija ta' Mro. Nazzareno Mifsud. Fost il-mużika li ġiet esegwita f’din l-Akkademja nsibu tliet kanzunetti, kompożizzjoni ta' Mro. Nazzareno Mifsud: Amore Mio, Questo Mio Ouor u Se tu Vieni Con Me.

Festi Ċentinarji tal-Fratellanza tal-Madonna ta' Lourdes

Fil-Festi Ċentinarji tal-Fratellanza tal-Madonna ta' Lourdes, fl-1978, il-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895, taħt id-direzzjoni ta' Mro. Nazzareno Mifsud, kienet esegwiet Programm Vokali/Strumentali mill-aqwa, fejn kienu pparteċipaw is-Sopran Miriam Gauci u t-Tenur Joe Farrugia. Għall-ewwel darba f’dan il-Programm Vokali/Strumentali ndaqqet Rondo Solo għall-Flawt u l-Banda, li Mro. Nazzareno Mifsud ikkompona għal din l-okkażjoni speċjali, fejn is-solista tal-flawt kienet Laura Falzon, illum flawtista internazzjonali. Fost in-nies distinti li attendew għal din is-serata kommemorattiva, kienu preżenti l-E.T. Dr. Anton Buttigieg, President ta' Malta u l-E.T. Mons. Arċisqof Giuseppe Mercieca.

Bejn is-snin 1981u 1986 Mro. Nazzareno Mifsud idderieġa lill-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Santa Venera. Għal din l-banda kiteb wkoll diversi marċi brijużi li ġew esegwiti taħt it-tmexxija tiegħu bħal Luisann, Santa Venera 1985, Carmen u Pax. Mro. Nazzareno Mifsud kien wkoll Surmast Direttur tal-Banda Soċjeta Filarmonika Stella Maris ta’ Tas-Sliema mill-1984 sa 1-1994. Matul dawn is-snin huwa kkompona l-parti l-kbira ta' dawn il-kompożizzjonijiet, u ndaqqu mill-istess Banda diretta minnhu.

Meta s-Surmast Nazzareno Mifsud lesta l-Overture Alpha fit-3 ta' Ottubru 1963, huwa kiteb fuq l-ispartit introduzzjoni fejn iddeskriva din il-kompożizzjoni. Huwa qal li l-istil huwa tradizzjonali tad-19-il seklu, u li kienet l-ewwel xogħol importanti tiegħu bħala kompożitur.

Is-Surmast Nazzareno Mifsud baqa' dejjem marbut mal-Banda tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina, fejn kien beda bħala Ass.Surmast. Dawn li qed jidhru hawn taħt, huma marċi brijużi li ġew miktuba minnhu u li ndaqqu minn din il-Banda taħt id-direzzjoni tas-Surmastrijiet Espedito Deguara A.(Mus.) L.C.M., u Francis Falzon L.(Mus.) L.C.M., L.R.S.M.

Mro. Mifsud ikkompona wkoll l-Innu Uffiċjali tal-General Workers' Union f'għeluq l-40 sena mit-twaqqif tagħha, u ġie mogħti Diploma. Huwa kien jgħallem il-pjanu lil ħafna studenti.

Kien is-Sibt, 28 ta' Frar 1998 meta tħabbret il-mewt tas-Surmast Nazzareno Mifsud li ġrat fl-Isptar Zammit Clapp, San Ġiljan fl-età ta' 69 sena.

Il-funeral sar il-Ħadd l ta' Marzu, 1998 għall-Parroċċa ta' Santa Katarina taż-Żurrieq. Wara l-katavru mxew il-familjari, ħbieb u rappreżentanza mill-Każini li huwa kien Surmast tal-baned tagħhom matul il-karriera tiegħu ta' Surmast Direttur. Il-Baned kienu dik tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina taż-Żurrieq, is-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895, Għaqda Mużikali San Gejtanu Ħamrun, Soċjeta Filarmonika Stella Maris ta' Tas-Sliema u s-Soċjeta Filarmonika Santa Venera.

Fil-knisja ġiet iċċelebrata Quddiesa kantata bil-vuċijiet immexxija mill-organista Dun Mikiel D' Amato A. (Mus.) L.C.M., L.R.S.M. Il-konċelebranti kienu l-Arċipriet Dun Karm Farrugia li għamel Omelija, il-Kappillan Dun Karm Camilleri, Dun Manwel Agius, Dun Noel Camilleri, Dun Manwel Caruana u Patri Albert Micallef O.F.M.

Kif intemmet il-Quddiesa, il-katavru twassal saċ-ċimiterju ta' San Nikola tal-Qrendi u ġie midfun fil-qabar tal-familja.