Soċjeta Filarmonika Stella Maris

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Lis-Storja tas-Soċjeta Filarmonika Stella Maris

Lura lejn is-sena 1914 aktar minn mitt sena ilu, kienet bdiet tagħmel l-ewwel passi tagħha s-Soċjeta Filarmonika Stella Maris li twaqqfet uffiċjalment fis-16 ta' Marzu 1914. Bl-ewwel Surmast tagħha kien il-magħruf Prof. Ferdinando Camilleri. Biss il-kunċett ta' Banda f' tas-Sliema ma kienx wieħed ġdid. Insibu li bejn 1-1885 u 1-1912 f'tas-Sliema f'perjodi differenti kien hemm erba' baned, I Cavalieri di Malta, Mannarino, Melita u Queen Victoria.

Il-baned Cavalieri di Malta u Queen Victoria kienu kisbu ċertu popolarita f'Malta tant li kienu jiġu mistiedna jieħdu sehem f'bosta festi parrokkjali kif ukoll f' dawk nazzjonali. Mentri l-baned Mannarino u Melita kellhom ħajja qasira ħafna. Bniedem sinonimu ma' dawn il-baned kien Mro. Camilleri, iżda b'xorti ħażina dawn il-baned spiċċaw fix-xejn b' l-aħħar waħda tieqaf fl-1912. Ċara li fil-Festa ta' Stella Maris ta' l-1913 il-fatt li ma kienx hemm banda tal-post ma nizilx tajjeb mall-partitarji tal-Festa. Banda tal-post dak iż-żmien kienet meqjusa ħaġa ta' prestigju kbir. Kienu dawn il-partitarji li bdew it-triq biex titwaqqaf banda ġdida, wara li ħajru lil Mro. Camilleri huma kienu avviċinaw lill-iktar bniedem importanti f'tas-Sliema dak iż-żmien, il-Kappillan ta' Stella Maris li kienet l-unika parroċċa, Dun Vinċenz Manche.

Dan il-Kappillan aċċetta li jagħti l-patroċinju tiegħu bil-kundizzjoni li l-Banda jkollha l-istess isem tat-titular tal-Parroċċa. Ovvjament kundizzjoni li għall-partitarji tal-Festa kienet ferm aċċettabli. Fi ftit ġimgħat fetħu l-ewwel Każin imma l-mira tagħhom kienet li fil-festa ta' dik is-sena tieħu sehem il-Banda Stella Maris għall-ewwel darba. Is-Surmast Camilleri ġabar il-bandisti tal-baned l-antiki u f'Awwissu ta' l-1914 għall ewwel darba instemgħet iddoqq il-Banda Stella Maris. Ta' min jgħid lis-soċjeta l-ġdida fl-ewwel snin tagħha kienet magħrufa bħala Circolo Musicale Stella Maris u minbarra l-bandisti tal-baned l-antiki hija kompliet id-drawwiet li kienu bdew huma fejn jidħlu festi oħrajn f'tas-Sliema bħal dawk taċ-ċelebrazzjoni tal-Festa Nazzjonali tat-8 ta' Settembru. Biex b'hekk il-banda Stella Maris hija l-kontinwazzjoni tal-kultura mużikali f'Tas-Sliema li bdiet fl-1885 . Inqas minn sena wara, mall-Banda daqqew għall ewwel darba l-ewwel aljevi tagħha fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu ta' Il-Gżira ta' 1-1915, li kienet ukoll l-ewwel okkażjoni fejn il-banda daqqet barra minn Tas-Sliema. F' dik l-istess sena l-banda ħadet sehem fil-Festa ta' San Duminku tal-Belt Valletta.

l-ewwel servizz li ta' bidu għar-rabta mill-qrib ħafna ma' din il-Festa. Is Soċjeta ġdida tant bdiet tikber li kellha tibdel il każin tlett darbiet fl-ewwel tlett snin ta' ħajja, tant kien żdied in-numru ta' l-imsħieba . Fl-1918 insibu l-Banda Stella Maris tieħu sehem fil-Belt Valletta fejn għamlet Programm Mużikali fl okkażjoni ta' tmien l-ewwel gwerra dinijija mentri f'tas-Sliema kienet ħarġet iddoqq marċi brijużi fil-11 ta' Novembru, Jum l-Armistizju. Il każin u l-Banda kienu għamlu passi kbar il-quddiem tant li l-banda kienet tiġi mistiedna tieħu sehem f'bosta festi madwar Malta u Għawdex. F'tas-Sliema minbarra l-festa Titulari l-banda kienet magħrufa għas serjeta kbira li kienet tieħu biex tagħmel il-Programmi Mużikali ta' L-Epifanija, Għid il-Kbir, Lapsi, Korpus, il-Vitorja u l-Milied. Is-Soċjeta tant kibret li t-tielet Każin kien sar żgħir ukoll, f'Mejju ta' 1-1922 infetaħ il-Każin preżenti. F' għeluq l-10 anniversarju żżanżnet uniformi ġdida għall bandisti.Fl 1925 il-Banda Stella Maris saret l-ewwel banda Slimiża li qatt siefret barra minn xtutna, insibu li wara l-Festa ta' dik is-sena l-Banda kienet marret iddoqq ġewwa Noto fl-Italja, f' dik il-mawra mall-Banda u l-kumitat fuq il-vapur Ljublijana marru 400 partitarju. Is-suċċess miksub f'Noto joħroġ biċ-ċar mill-fatt li l-banda reġgħet ġiet mistiedna s-sena ta' wara. Mawra oħra dejjem f'Noto kienet dik ta' l-1928. Sadanitant id-direzzjoni tal-banda għaddiet minn idejn Ferdinando Camilleri għal dik ta' ibnu Mro. Giuseppe Camilleri. Fl-1930 il-Banda Stella Maris kienet fuq quddiem fiċ-ċelebrazzjonijiet kbar li saru fl-1930 fl-okkażjoni tal--50 Sena tal Parroċċa ta' Stella Maris. Fis-snin tletin il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta' Mro. Antonio Darmanin u fi żmienu n-numru tal-bandisti tal-post laħaq fuq il-mitt wieħed, tant lis soċjeta ma kelliex biżżejjed strumenti.

Fl-1933 kienet inġiebet strumentatura ġdida għall-banda kollha, biex b'hekk il-banda jkollha uniformita anke fl-istrumentatura. Fis-1939 is-Soċjeta fakkret il-25 Sena mit-twaqqif tagħha, f' dawn il-25 il-Banda kienet saret waħda mill-baned ewlenin ta' pajjiżna.

F' dik is-sena id-direzzjoni mużikali għaddiet f'idejn Mro. Anton Muscat Azzopardi. Minkejja li l-Banda kienet ferm popolari qatt ma tkabbret iżejjed u insibuha matul is-snin iddoqq b'xejn biex tiġbor il-finanzi biex jinbnew il-Knejjes li aktar tard saru parroċċi jiġifiri dawk ta' San Girgor, Ġesu Nazzarenu u tal-Madonna tal-Karmnu tal-Gżira. Żmien il-gwerra kien żmien iebes u saħansitra anke il-Każin ġarrab ħsarat imma l-membri u l-bandisti bi qlubija għamlu l-almu tagħhom kollu biex jibqaw attivi, nsibu li minkejja l-bosta diffikultajiet u b'ħafna limitazzjoni l-banda kienet toħroġ iddoqq għall-Festa titulari minkejja li ma kienetx tinżamm il-parti esterna. Imma l-kumitat u soċji kienu determinati li jibqaw issellmu lil Patruna tagħhom kif jistgħu. Fi tmiem il-Gwerra l-banda kienet għamlet marċ tar-rebħa madwar divsrsi toroq f'Tas-Sliema. Wara tħarbit tal-gwerra laħaq Surmast, Mro. Joseph Darmanin, li kien iben Mro. Antonio Darmanin, flimkien mall-kumitat stinka kemm felaħ biex jerġa jpoġġi l-banda fuq il-livell li kienet fi żmien missieru.

Darmanin kien magħruf għas serjeta u dixxiplina tiegħu fid-direzzjoni u fid-19 il-sena li għamel Surmast, il-banda kienet ferm imfittxija u f' okkażjonijiet importanti bħal Festi ta' l-inkoronazzjoni f'Ħaż-Żabbar, iċ ċinkwantenarju tal-Kunċizzjoni ta' Bormla, iċ-ċentinarju Pawlin, L-Indipendenza etc, il-Banda Stella Maris kienet għażla naturali mill-organizzaturi ta' dawn il-Festi.

Fl-1964 wara l-festi tal-50 Sena tas-soċjeta bħal bosta għaqdiet oħra Maltin soffriet l effettta'l-immigrazzjoni ta' bosta soċji, kien perjodu ta' tiġdid fejn il-każin beda jaġġorna ruħu maż-żminijiet. Minkejja dan xorta s-serjeta fil-banda baqgħet importanti u wara Darmanin is-surmastrijiet li ġew warajh Mro. Michael Zammit, Mro. Anthony Abela, Mro. Paul Arnaud, Mro. Andrew Coleiro, Mro. Michael Anġelo Chircop, Mro. Nazzareno Mifsud, u Mro. John J. Pace komplew fuq il-passi tiegħu.

Insibu l-banda tibqa tiġi mistiedna f' diversi okkażjonijiet importanti bħal fiż żjara tar-Reġina, il-Festi ta' Jum il-Ħelsien, il-Festi Ċentinarji tas-Salesjani etc, ma dawn is-sehem f' okkażjoni kbar bħaċ-ċentinarju ta' Stella Maris fl-1978, il-75 Anniversarju tas-Soċjeta, il-Mitt sena tal-vara ta' Stella Maris. Okkażjonijiet li komplew iżejnu l-istorja tas-Soċjeta flimkien ma żjarat ta' persuni distinti fil-każin matul is-snin, fosthom gvernaturi, Presidenti, Kardinali, Isqfijiet Ambaxxaturi etc.

Illum il-Banda Stella Maris baqgħet tgħożż is-serjeta li dejjem kienet magħrufa għalija, il-ħabrieki Surmast attwali Mro. Michael Pulis żgur li kompla fuq ta' qablu. L-impenn tal-Kumitat ukoll baqa' għaqli u determinat tant li fl-aħħar snin insibu l-banda ddoqq ġewwa Londra fil-Malta Day, torganizza Music fest bis-sehem ta' baned barranin, Kunċerti ta' kull tip, proġetti ta' tisbih artistiku fil każin, imma fuq kollox l-għan ewlieni tilħqu ta' kull sena, b' sehem qawwi fil-festa ta' Stella Maris. Fi ħdan il Każin minbarra l-banda nsibu L-Għaqda ta' L-Armar u Grupp tan-Nar. L-imħabba lejn Stella Maris kienet r-raġuni għalfejn twieldet din il-Band, u kien xieraq li fost l-attivitajiet li fihom qed jitfakkru l-Mitt Sena, telgħet Oratorju ddedikat lil Stella Maris kliem tal-prof Oliver Friggieri u Mużika ta' Mro. Michael Pulis, liema Oratorju huwa xhieda ta' kemm baqgħet tgħożż is Soċjeta l-għanijiet tal-fundaturi tagħha, li wasluha b'suċċess sabiex illum hija l-eqdem banda f' dawn l-inħawi ta' Malta.

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Ferdinando Camilleri 1914 1928
02 Giuseppe Camilleri 1928
03 Antonio Darmanin 1929 1938
04 Anton Muscat Azzopardi 1938 1944
05 Anġelo Pullicino 1945
06 Joseph Darmanin 1945 1964
07 Michael Zammit 1964 1967
08 Anthony Abela 1967 1975
09 Paul Arnaud 1976 1978
10 Andrew Coleiro 1979 1981
11 Michael Anġelo Chircop 1981 1984
12 Nazzareno Mifsud 1984 1994
13 John J. Pace 1994 2005
14 Michael Pulis 2006

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Alfons M. Caruana 1914 1926
02 Capt. John Salomone R.M.A. M.A. 1927 1928
03 Dr. Giuseppe V. Salomone LL.D. 1928
04 Capt. John Salomone R.M.A. M.A. 1928 1929
05 Baron Nicola Trapani Galea 1930
06 Joseph Martin 1930
07 Dr. Giuseppe Bonnici LL.D 1930 1932
08 Carmelo Agius 1933 1944
09 Dr. Ċensu Scerri LL.D 1945 1950
10 Dr. Edwin Bonello LL.D 1950 1963
11 Notary Dr. Joseph R. Grech LL.D 1964 1974
12 Onor. Judge Dr. Ġensu Scerri LL.D 1975 1983
13 Sonny Attard 1983 1992
14 John Bisazza 1992 1994
15 Peter Paul Cassar Parnis 1994

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 [ ]]

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 [ ]]

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Stella Maris 125 Sena Parroċċa - Mis-Soċjeta Filarmonika Stella Maris (2003) (2003) *

Programmes and Publications

Memorials

External links