Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq A.D. 1864

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq A.D. 1864

File:Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M.jpg
Soċjeta Mużikali Santa Katarina A.D.1864

140 Sena ta' Suċċessi

• 1864 - Twaqqif tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. bit-thabrik tal-Kappillan Dun Vincenz Schembri u taħt id-direzzjoni tas-Surmast Luigi Carabott.

• 1866 - Mill-Orkestra mwaqqfa fl-1864, twaqqfet il-banda bl-isem "La Filarmonica Del Zurrico" liema banda kienet tieħu sehem fil-festa ta' Santa Katarina taħt it-tmexxija tas-Surmast Francesco Zammit.

• 1883 - "La Filarmonica Del Zurrico" inqassmet fi tnejn fejn waħda mill-baned iffurmati "La Filarmonica Mannarino" taħt it-tmexxija ta' Mro.Ignazio Catania kienet tieħu sehem fil-festa ta' Santa Katarina V.M.

• 1883-It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Zaccaria Roncalli LLD

• 1893 - It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Carmelo Ellul

• 1895 - Ġiet imwaqqfa l-Banda "La Concordia" taħt is-Surmast Carmelo Zammit.

• 1899- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Giuseppe Vella

• 1899 - Is-Sede tal-Kazin tal-Banda kien f' numru 123 Triq Irjali taħt l-isem "Circolo Santa Caterina".

• 1900 - Il-Kumitat tac-"Circolo Santa Caterina" iddelega lis-Surmast Nikola Montebello biex jiehu hsieb l-Orkestra Santa Katarina.

• 1903-It-tmexxija tas-Soċjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Antonio Mangion

• 1905- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Vincenzo Grixti

• 1906 - Is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina VM kellha kemm banda kif ukoll orkestra. Fl-assenza tas-Surmast Nikola Montebello minħabba mpenji tiegħu fin-navy, is-Surmast Francesco Zammit kien jieħu l-inkarigu minn floku.

• 1908 - It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. għaddiet f'idejn il-President Giuzeppe Muscat

• 1909 - Is-Surmast Nikola Montebello kompla l-inkarigu tiegħu bit-tmexxija tal-Banda Santa Katarina VM. Il-membri ħatru lil Francesco Zammit bħala Assistent Surmast.

• 1910 - Il-Banda Santa Katarina V.M. zzanzan l-uniformi il-ġdida.

• 1912 - Is-Sede tal-Kazin mexa għal numru 20 Piazza Maggiore, Zurrieq illum "Palazz Alexandria".

• 1920- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Giovanni Mallia

• 1920 - Minħabba l-emigrazzjoni l-Banda Santa Katarina ġiet mibdula f' Orkestra taħt l-isem "Orkestra Santa Katarina" bit-tmexxija tas-Surmast Ferdinandu Falzon.

• 1920 - F' Settembru l-Orkestra ħadet sehem fil-pjazza ta' Ħal-Safi fl-okkazjoni tal-inawgurazzjoni tal-qniepen.

• 1923-It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-PresidentGiuseppe Saydon P.H.C.

• 1923 - Il-Kumpanija Teatrali "La Pace" bdiet ittella' is-serati tagħha fil-Kazin tas-Soċjeta' u nafu li bejn l-1923 u l-1944, waqt l-intervalli ta' dawn is-serati kienet tieħu sehem l-"Orkestra Santa Katarina".

• 1924 - L-Orkestra Santa Katarina ħadet sehem fiċ-ċerimonja tal-pussess tal-Arċipriet Giovanni Battista Ghigo.

• 1930- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Carmelo Pace

• 1930 - Mill-Minuti tas-Soċjeta' u mill-programmi tal-Kumpanija "Rossini" nafu li l-Orkestra kienet ukoll iddoqq taħt forma ta' Jazz Band.

• 1940 - L-Orkestra Santa Katarina kienet iddoqq fil-mutett tat-Tridu u fil-matutin tal-festa ta' Santa Katarina u baqgħet tieħu sehem sas-sena 1943.

• 1944 - L-Orkestra għaddiet taħt it-tmexxija tas-Surmast Espedito Deguara.

• 1946 - L-Orkestra Santa Katarina regghet giet mibdula f'Banda taħt l-isem "Banda Santa Katarina V.M."

• 1947- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Anthony Zammit

• 1948- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Carmelo Pace

• 1954 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f' Noto, Sqallija. • 1955 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f' Acireale, Sqallija. • 1956 - Jizzanzan il-Planċier Artistiku tal-Banda Santa Katarina V.M. • 1959 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f' Catania, Sqallija. • 1962- Is-Socjeta' Muzikali Santa KatarinaV.M. flimkien mal-Banda taghha taghat l-ahhar tislima lis-Sur Salvu Bugeja wara li tilef hajtu f'incident tan-Nar • 1966- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Salvu Callus

• 1971-Is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. flimkien mal-Banda taghha taghat l-ahhar tislima lil ahwa Sinjuri Guzeppi Sammut u Karmenu Sammut wara li tilfu hajjithom f'incident fil-post tan-Nar

• 1978- Is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. flimkien mal-Banda taghha taghat l-ahhar tislima lis-Sur Anglu Camilleri wara li tilef hajtu f'incident tan-nar • 1979 - Tithabbar il-mewt tal-President tas-Socjeta', is-Sur Salvu Callus fejn imbaghad minfloku gie mahtur il-Preisdent Kamrenu Zerafa. Wara s-Seduta Generali tat- 28 t'Ottubru 1978, is-Socjeta' ghaddiet taht it-tmexxija tal-President Gużeppi Gauci.

• 1980 - Titwaqqaf l-Ewwel Sezzjoni Nisa fiż-Żurrieq fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.

• 1986 - Il-Banda tgħaddi taħt is-Surmast Francis Falzon.

• 1986 - Giet inawgurata is-"St.Catherine Fireworks Factory".

• 1987 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmezzija tal-President David Zerafa.

• 1989 - Is-Socjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. tfakkar il-125 sena mit-twaqqif taghha. FL-istess sena l-Banda Santa Katarina V.M. ddoqq fit-Teatru Manoel.

• 1990 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmexxija temporanja tal-Agent President is-Sur Joseph Saliba, fejn imbaghad gie mahtur bhala President is-Sur Gużeppi Camilleri. F'Novembru ta' din is-sena, il-Banda Santa Katarina V.M. ddoqq fit-Teatru Manoel fl-okkażjoni tal-Festa ta' Santa Cecilja.

• 1991 - Inxtara is-sede tas-Soċjeta' Mużikali Sta. Katarina V.M. A.D. 1864.

• 1992 - Titwaqqaf l-Ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fiż-Żurrieq fi hdan is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M.

• 1993 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmexxija tal-President Charlie Schembri.

• 1997 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f'Bari, l-Italja.

• 1997 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmexxija tal-President Anthony Bonnici.

• 2000 - Jitwaqqaf is-sotto Kumitat Armar

• 2002 - Delegazzjoni tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. f'udjenza mal-Qdusija tieghu il-Papa Gwanni Pawlu II fil-Vatikan.

• 2002 - Beda jixxandar l-ewwel radju tal-komunita' fiz-Zurrieq, Radju Santa Katarina.

• 2004 - Il-Banda Santa Katarina V.M. taghmel Gemellagg muzikali ma' "La Filarmonica Pietro Mascagni" ta' Camporgiano, provincja ta' Lucca, l-Italja.

• 2004 - Izzanzan l-Arkivju tal-Banda Santa Katarina V.M. fPalazz Alexandria'.

• 2005 - Festi Kbar fl-1700 sena mill-Martirju tal-Patruna taghna Santa Katarina V.M.

• 2005 - Ftuh tal-mahzen il-gdid, ‘Mahzen Santa Katarina'

• 2005 - Inawgurazzjoni tal-pedestall il-gdid li fuqu ser jiqieghdu l-istatwa tal-Papa Gwanni Pawlu II flimkien ma' Santa Katarina mdawwar b'4 angli.

• 2006- Imfakkar il-50 Anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Plancir Artistiku tas-Socjeta'. Ghal din l-okkazjoni il-Banda Santa Katarina V.M., taht id-direzzjoni tas-surmast Francis Falzon u l-patrocinju tal-President ta' Malta, esegwiet kuncert muzikali. Wara l-President ta' Malta ipprezenta tifkira lill-erba' mill-imghallmin hajjin li hadmu l-plancier u t-tlett bandisti li daqqew fl-inawgurazzjoni ta'l-istess plancier. Il-President ta' Malta kixef irhama kommemorativa fil-kazin.

• 2007- Fl-okkazjoni tal-festa titulari f'gieh il-Padruna Santa Katarina V.M. inkixfu lapidi fil-kazin li jfakkru l-Presidenti u s-Surmastrijiet tas-Socjeta' sa mit-twaqqif tag]ha fis-sena 1864.

• 2007- Il-Banda Santa Katarina V.M. kompliet tiggedded u tikber fil-popolarita'. Din is-sena l-Banda ghamlet 22 servizz li 11 minnhom saru fiz-Zurrieq u 11 ohra barra z-Zurrieq. Ghall-ewwel darba l-Banda Santa Katarina V.M. giet mistiedna gewwa n-Nadur Ghawdex ghall-festa ta' San Pietru u San Pawl. Il-Banda Mnarja ghamlet servizz gewwa z-Zurrieq fl-okkazjoni tal-festa titulari ta' Santa Katarina V.M. Grazzi ghal hidma tas-Sotto Kumitat Banda 8 bandisti godda, (numru rekord) inghaqdu mal-Banda Santa Katarina V.M. Il-prezenza kbira ta' zghazagh fi hdan il-banda hi garanzija sabiha ghall-futur.

• 2007- Ghall-ewwel darba saret il-Lejla Katarinjana gewwa l-Pjazza Repubblika fiz-Zurrieq fejn trattat temi fuq il-Patruna taghna Sanata Katarina V.M. ta' Lixandra. Fiha jsir kant, recti kif wkoll qari ta' tifhir lil Patruna Lixandrina.

• 2007- Is-Sezzjoni Zghazagh Palmisti fi hdan is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. fakkret gheluq il-15 -il sena mit-twaqqif taghha. Ghal din l-okkazjoni saru hafna attivitajiet kulturali u socjali. Nhar il-Hadd 19 t'Awissu 2007 il-Banda Santa Katarina V.M. ghamlet marc fit-toroq taz-Zurrieq sabiex tfakkar dan l-anniversarju ta' l-ewwel Sezzjoni Zghazagh fiz-Zurrieq. Fi tmiem il-marc is-Sezzjoni Zghazagh Palmisti pprezentaw bandiera gdida li ttellghet ma' l-arblu principali.

• 2007 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmexxija tal-President Charles Schembri.

• 2007-Is-Socjeta Muzikali Santa Katarina V.M.Flimkien mal-ferghat taghha u L-Banda Santa Katarina V.M. tat l-ahhar tislima lis-Sur Nazzareno Barbara u lis-Sur Alfred Cassar wara li tilfu hajjithom f'incident fis-St. Catherine Fireworks Factory.

• 2008 - Thabbret il-mewt tas-Surmast Direttur Mro. Francis Falzon. Is-Socjeta Muzikali Santa Katarina V.M. ippartecipat ghall-funeral tas-Surmast Direttur Falzon flimkien mal-Banda taghha ghall-ahhar tislima lis-surmast taghha.

• 2008 - F'Dicembru il-Banda Santa Katarina V.M. ghaddiet taht idejn is-Surmast Mro. Mario Testa u filwaqt illi Mro. Josef Grech inhatar bhala Assistant Surmast.

• 2009 - Il-Banda Santa Katarina wettqet is-sitt safra fl-istorja taghha gewwa Budapest fl-Ungerija. Il-Banda Santa Katarina V.M. ghamlet Kuncerti Muzikali f'Halaszbastya, f'Balatonfured u quddiem l-Katidral ta' Esztergom.

• 2009 - Is-Soċjeta' tgħaddi taħt it-tmexxija tal-President Philip Schembri.

• 2009 - Jiġu inawgurati studios ġodda għal Radju Santa Katarina

• 2010 – Jiġi inawgurat armar ġdid fi Vjal il-Blue Grotto fiż-Żurrieq b’disinn innovattiv.

• 2011 – Jiġi rrestawrat l-Ark Trijonfali mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti

• 2012 – Jitfakkar l-għeluq tal-100 sena minn meta l-Każin tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. ġie trasferit f’Palazz Alexandria. Il-President ta’ Malta l-E.T. George Abela jżur is-sede tas-Soċjetà u jikxef lapida kommemorattiva

• 2012 – L-Assistent Surmast Josef Grech jinħatar Surmast Direttur tal-Banda Santa Katarina V.M.

• 2013 – Is-Sur Alan Schembri jinħatar Assistent Surmast tal-Banda Santa Katarina V.M.

• 2013 – Inawgurata s-Sala Banda Santa Katarina V.M. fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. li fih jinkonpora wkoll Mużew tal-istess Banda.

• 2014 – Is- Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tiċċelebra l-għeluq il-150 sena mit-twaqqif tagħha. Jiġu organizzati diversi attivitajiet u avvenimenti fosthom Akkademja Mużikali fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M., Wirja Żurrieq Honours Preti fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M., Wirja bl-isem Salvu Bugeja – Il-Mużiċist, id-Disinjatur u l-Iskultur, Blood Donation Day, attività bl-għan filantropiku ”Miż-Żurrieq għall-Istrina”, Kunċert ta’ Mużika Sagra, Serata Mużiko-Letterarja bl-isem 150 sena – Kullana ta’ Tifkiriet u Melodiji re-enactment dwar l-istorja tas-Soċjetà, restawr fuq il-faċċata tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M., jew aħjar; Palazz Alexandria, Festival ta’ Baned, Żurrieq Pop Concert u Christmas Concert ġewwa l-Phoenicia Hotel. Il-Programm Mużikali tal-Festa ta’ dik is-sena kien taħt il-Patronċinju tal-President ta’ Malta E.T. Dr. Marie-Louise Coleiro Preca.

• 2014 – Il-Banda Santa Katarina V.M. taghmel Ġemellaġġ mużikali ma’ The Upper Rhine Youth Wind Band tal-Black Forest fil-Ġermanja. Bejn it-3 u l-10 ta’ Lulju 2014, il-Banda Santa Katarina V.M. daqqet ġewwa l-Black Forest fil-Ġermanja, filwaqt li ”The Upper Rhine Youth Wind Band” daqqet fil-festa ta’ Santa Katarina V.M. bejn it-30 t’Awwissu u t-8 ta’ Settembru 2014.

• 2016 – Jinkiseb rekord nazzjonali permezz ta’ ħruq ta’ ballun kbir. Dan ir-rekord ġie rikonoxxut mil-Malta Records u ġie mxandar u dokumentat ukoll mill-istazzjon internazzjonali Discovery Science

• 2018 – Il-Banda Santa Katarina V.M. tieħu sehem waqt l-avveniment Nazzjonali ’Pageant of the Seas’ li kien organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 18. Is-Soċjetà rċeviet bandalora storika biex tfakkar din il-parteċipazzjoni tal-Banda Santa Katarina V.M. waqt dan l-avveniment storiku.

• 2018 – Il-Banda Santa Katarina V.M. bit-tmien impenn internazzjonali fl-istorja tagħha din id-darba ġewwa Schladming fl-Awstrija permezz tas-sehem tagħha fil-Festival Internazzjonali bl-isem 'Mid Europe'.

• 2018 – Jitfakkar l-għeluq tal-200 sena mill-miġja tal-istatwa Titulari ta’ Santa Katarina V.M. fiż-Żurrieq. Fiż-Żurrieq saru festi kbar li raw il-bidu tagħhom f’Novembru 2017 u ġew fi tmiemhom fil-25 ta’ Novembru 2018. Fost l-avvenimenti li ġew organizzati nsibu li l-Banda Santa Katarina V.M. reġgħet esegwiet l-Oratorju Santa Katarina ta’ Lixandra fil-Knisja Ariċpretali ta’ Santa Katarina V.M., sar re-enactment bl-isem Merħba lill-Gran Mastru, ġiet organizzata Blood Donation Day flimkien mas-Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi, saret wirja fil-Każin bl-isem Xbiehatek Meqjuma fi Djarna,sar double album ta’ innijiet lil Santa Katarina V.M., ġie miktub innu ġdid lil Santa Katarina V.M. bl-isem Saltan Fostna Katarina b’mużika ta’ Mro. Raymond Sciberras u lirika ta’ Fr. John Curmi, sar rekord ta’ 21 servizz minn baned differenti fil-Festa ta’ Santa Katarina V.M. li saret fiż-Żurrieq f’Settembru 2018, sar restawr fuq l-ewwel statwa stradali ta’ Santa Katarina li tinsab fi Triq San Bartilmew fiż-Żurrieq, inħareġ ktieb bl-isem Ftit Paġni Sbieħ minn Storja ta’ Raħal. Saret ukoll Festa Kbira oħra f’Novembru propjament bejn is-16 u l-25 ta’ Novembru fejn ġew organizzati Cantata bl-isem Int l-Għaxqa tagħna O Katarina (mużika tas-Surmast Direttur Josef Grech u lirika tas-Sur Mark Tonna) mill-Banda Santa Katarina V.M. fil-Knisja Arċiipretali, Pellegrinaġġ devozzjonali bl-istatwa ta’ Santa Katarina V.M., marċ brijuż tal-Aħħar Tridu, Festival ta’ Baned u Tislima mill-Banda Santa Katarina V.M. lill-Patruna tar-Raħal f’Jum il-25 ta’ Novembru

• 2019 – Inawgurazzjoni tal-Monument ta’ Santa Katarina V.M. fid-daħla taż-Żurrieq mill-President ta’ Malta E.T. Dr. George Vella u mbierek mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona.

• 2020 – Minkejja li l-Festa ta’ Santa Katarina V.M. saret b’mod ridott ħafna, minħabba l-pandemija COVID-19, il-Banda Santa Katarina V.M. daqqet waqt il-Quddiesa ta’ Ċelebrazzjoni li saret nħar is-Sibt 21 ta’ Novembru kif ukoll sellmet lill-Patruna tagħna b’mod virtwali meta l-Bandisti mid-djar tagħhom daqqew l-Innu Saltan Fostna Katarina li xxandar fuq il-paġna uffiċjali ta’ facebook tas-Soċjetà

• 2021 – Il-Banda Santa Katarina V.M. waqt il-Pandemija COVID-19 iddoqq nhar it-Tlieta 31 t’Awwissu 2021 waqt il-Quddiesa ta’ Jum id-Devoti li saret fil-Knisja ta’ Santa Katarina V.M. fiż-Żurrieq kif ukoll f’nhar il-Festa ta’ Santa Katarina V.M. jiġifieri fil-5 ta’ Settembru fl-istess Knisja Arċipretali meta hemm apparti s-sehem fil-Quddiesa tal-Festa ta’ filgħaxija, daqqet ukoll l-Innu lil Santa Katarina V.M. mużika tas-Surmast Espedito Deguara u versi ta’ Emanuel Pamier Cecy. Lejlet il-Festa, il-Banda Santa Katarina V.M. esegwiet Programm Mużikali storiku f’Misraħ ir-Repubblika. Il-Banda Santa Katarina V.M. kienet l-unika Banda fiż-Żurrieq li fis-sena 2021 wettqet programm fuq barra waqt il-Festa tagħha.

• 2021 – Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. għaddiet taħt it-tmexxija tas-Sur Josef Cachia

• 2022 – Jitwaqqaf il-Kor tat-Tfal bl-isem Vox Coeli fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. Fl-istess sena s-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti kienet l-ewwel sezzjoni żgħażagħ fiż-Żurrieq li wettqet skambju ma’ żgħażagħ oħra fl-Unjoni Ewropea ġewwa Galati fir-Rumanija. Dan seħħ permezz tal-proġett taħt l-isem Sustaining Cultural Heritage through Youth Activism, liema proġett kien finanzjat taħt l-iskema ErasmusPlus.

• 2023 – Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. tirregala lill-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq it-tieqa tal-istained glass bix-xbieha ta’ Santa Katarina V.M., liema tieqa ssostitwixxiet dik li kien hemm preżenti fil-faċċata tal-Knisja Arċipretali.

• 2023 – Il-Banda Santa Katarina V.M. tkun impenjata fi programmi mużikali barra minn xtutna għad-9 darba fl-istorja tagħha. Din id-darba il-Banda Santa Katarina V.M. żaret Lleida ġewwa Spanja fejn hemm hi ħadet sehem fil-FEM Banda International Festival 2023.

• 2024 – Is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. tiġi dikjarata rebbieħa tal-Premju Ġieh l-Artiġjanat Malti 2023 bil-proġett tal-linef li saru biex jintramaw fi Triq San Mikiel fil-Festa Titulari

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Luiġi Carabott 1864 1866
02 Francesco Zammit 1866 1875
03 Carmelo Zammit 1875 1882
04 Ignazio Catania 1883 1894
05 Carmelo Zammit 1894 1900
06 Nikola Montebello 1900 1906
07 Francesco Zammit 1906 1909
08 Nikola Montebello 1909 1920
09 Ferdinandu Falzon 1920 1944
10 Espedito Deguara A.MUS.L.C.M. 1944 1986
11 Francis Falzon L.MUS. L.C.M., L.R.S.M. 1986 2008
12 Mario Testa dip.Mus in B Tuba, F.Mus E.I.H.E.(Hc) 2008 2012
13 Josef J. Grech 2012

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Rev. Fr. Vinċenz Schembri 1864 1882
02 Dr. Zaccaria Roncali LL.D 1883 1893
03 Carmelo Ellul 1893 1899
04 Ġiuseppe Vella 1899 1903
05 Antonio Mangion 1903 1905
06 Vincenzo Grixti 1905 1908
07 Ġiuseppe Muscat 1908 1920
08 Ġiovann Mallia 1920 1923
09 Ġiużeppi Saydon 1923 1930
10 Carmelo Pace 1930 1947
11 Anthony Zammit 1947 1948
12 Carmelo Pace 1948 1966
13 Saviour Callus 1966 1979
14 Carmelo Zerafa 1979
15 Ġużeppi Gauci 1979 1987
16 David Zerafa 1987 1990
17 Ġużeppi Camilleri 1990 1993
18 Charlie Schembri 1993 1997
19 Anthony Bonnici A.C.I.B. 1997 2009
20 Philip Schembri 2009 2021
21 Josef Cachia 2021

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Carmelo Caruana P.A.A. 1899
02 Gannpatist Camilleri 1893 1899
03 Vincenzo Grixti 1899 1903
04 Gaetano Bezzina 1903 1905
05 Spiridione Mallia 1905 1912
06 Emmanuel Mula 1912 1919
07 Carmelo Pace 1919 1929
08 Alfons Gauci 1929 1935
09 Emmanuel Barbara 1935 1943
10 Anthony Zammit 1943 1945
11 Giovanni Camilleri 1945 1949
12 Guzeppi Mula 1949 1951
13 Guzeppi D'Amato 1951 1953
14 Ċensu Caruana 1953 1965
15 Salvu Caruana 1965 1966
16 Guzeppi Camilleri 1966 1980
17 Mikiel Cachia 1980 1981
18 Guzeppi Camilleri 1981 1988
19 Johnnie Polidano 1988 1989
20 Joseph Camilleri 1989 1995
21 Josef Cachia 1995 2007
22 Joseph Darmanin 2007 2009
23 Emanuel Farrugia 2009 2009
24 Kevin Schembri 2009

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Giovanni Mallia
02 Vincenzo Camilleri
03 Vincenzo Vella 1923
04 Guizeppi Gauci 1923 1930
05 Antonio Mamo 1930 1931
06 Guzeppi Gauci 1931 1937
07 Carmelo Grixti 1937 1947
08 Carmelo Pace 1947 1948
09 Carmelo Grixti 1948 1949
10 Giovanni Camilleri 1949 1951
11 Guzeppi Zammit 1951 1959
12 Karmenu Zerafa 1959 1973
13 David Zerafa 1973 1976
14 Joe Mula 1976 1978
15 Martin Schembri 1978 1982
16 Mikiel Cachia 1982 1984
17 Mario Falzon 1984 1985
18 Charlie Shcembri 1985 1990
19 Moses Camilleri 1990 1993
20 Martin Schembri 1993 1994
21 Davis Sciberras 1994 2004
22 Josef Chetcuti 2004 2009
23 Moses Camilleri 2009

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Isem ta' Cassettes - Marċi Brijużi Sena Marċi Brijużi Marċi Funebri Valżi Oħrajn
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Santa Katarina - Banda Santa Katarina Żurrieq (1983) (1983) *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Santa Katarina - Banda Santa Katarina Żurrieq (1985) (1985) *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Santa Katarina - Banda Santa Katarina Żurrieq (1987) (1987) *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Santa Katarina - Banda Santa Katarina Żurrieq (1989) (1989) *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Santa Katarina - Banda Santa Katarina Żurrieq (1991) (1991) *
06 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq A.D. 1864 (1993) (Vol.6) (1993) *
07 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq A.D. 1864 (1995) (Vol.7) (1995) *
08 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq A.D. 1864 (1997) (Vol.8) (1997) *
09 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq A.D. 1864 (1999) (Vol.9) (1999) *
10 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Supremazija Ta' Brijużi - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq A.D. 1864 (2003-2004) (2004) *

Other Cassettes

No Name of Cassettes - Singing Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Singing Marches - Marċi Brijuzi Bil-Kant (Vol.1) (1998) - Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq A.D. 1864 - Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti (1998) *
02 Festive Singing Marches - Marċi Brijuzi Bil-Kant - Palmisti (2002) - 10 Snin (1992 - 2002) - Sezzjoni Żgħażagħ, Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. (2002) *

Cd's

No Name of Cd's - Festives Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Supremazija Marċi Brijużi mill-Arkivju tal-Banda Santa Katarina (2001 - 2002) (2002) *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Supremazija Marċi Brijużi mill-Banda Santa Katarina V.M. (2003 - 2004) (2004) *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Supremazija Marċi Brijużi mill-Banda Santa Katarina V.M. - Festi Ċentinarji Katarinjani A.D. (305 - 2005) - (2005-2006) (2006) *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Supremazija Marċi Brijużi mill-Banda Santa Katarina V.M. (2007-2008) (2008) *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Supremazija Marċi Brijużi mill-Banda Santa Katarina V.M. (2009-2010) - (145 sena (1864-2009) (Cd.16), (Cd.17) (2010) *
06 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Supremazija Marċi Ġodda (2011-2012) Banda Santa Katarina V.M. (2012) *
07 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Supremazija Marċi (2014-2015) Banda Santa Katarina V.M. (2015) *
08 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Supremazija Marċi Brijużi Popolari (2016) Banda Santa Katarina V.M. (2016) *
09 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Supremazija Marċi Brijużi 2022 - Mis-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq A.D. 1864 (2022) (CD. Doppju) (2022) *

Other Cd's

No Name of Cd's - Hymns Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Hymms Marches - Innijiet - Insellmulek Kataraina Festi Ċentinarji Kalarinjani (305-2005) (2005) (2005) *

Programmes and Publications

Memorials

External links