Difference between revisions of "Peter Cini"
(Arranged Page: Peter Cini) |
(Arranged Page: Peter Cini) |
||
(2 intermediate revisions by the same user not shown) | |||
Line 11: | Line 11: | ||
Wara snin ta studju intensiv, kien f’Lulju, 2014, meta Peter rċieva l-ewwel diploma tiegħu mill-Kulleġġ tal-Mużika ta’ Londra, A. Mus. LCM, b’kummenti ferm prestiġjuzi. L-ewwel ħatra mużikali ta’ Cini ħaditu fir-raħal ta' [[il-Kalkara]], fejn ġie magħżul biex ikun għalliem ta’ l-istrumenti tar-ramm fi hdan [[Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja]]. Din is-Soċjeta’ ezegwiet diversi kompożiżżjonijiet ta’ Peter li dejjem intlaqgħu b’entużjażmu u b’mod pozittiv fosthom '''Divertimento for Solo Clarinet and Band''', marċi brijużi, marċi funebri, u arranġamenti mużikali fosthom '''Friday night Fantasy'''. Cini dam jokupa din il-kariga sas sena 2018. Sa dan iż-żmien, Peter kompla jixtabbilixxi ismu bħala kompożitur b’iktar xogħlijiet mill pinna tiegħu, bħal '''Fanfare and Theme''', '''Fantasy Dreams''', is-silta ferm popolari '''Honour and Glory''' miktuba għal banda u bagpipes, strument maħbub ħafna magħna il-Maltin, kif ukoll arranġamenti mużikali għal banda bħal '''The Lonely Sheperd'''. | Wara snin ta studju intensiv, kien f’Lulju, 2014, meta Peter rċieva l-ewwel diploma tiegħu mill-Kulleġġ tal-Mużika ta’ Londra, A. Mus. LCM, b’kummenti ferm prestiġjuzi. L-ewwel ħatra mużikali ta’ Cini ħaditu fir-raħal ta' [[il-Kalkara]], fejn ġie magħżul biex ikun għalliem ta’ l-istrumenti tar-ramm fi hdan [[Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja]]. Din is-Soċjeta’ ezegwiet diversi kompożiżżjonijiet ta’ Peter li dejjem intlaqgħu b’entużjażmu u b’mod pozittiv fosthom '''Divertimento for Solo Clarinet and Band''', marċi brijużi, marċi funebri, u arranġamenti mużikali fosthom '''Friday night Fantasy'''. Cini dam jokupa din il-kariga sas sena 2018. Sa dan iż-żmien, Peter kompla jixtabbilixxi ismu bħala kompożitur b’iktar xogħlijiet mill pinna tiegħu, bħal '''Fanfare and Theme''', '''Fantasy Dreams''', is-silta ferm popolari '''Honour and Glory''' miktuba għal banda u bagpipes, strument maħbub ħafna magħna il-Maltin, kif ukoll arranġamenti mużikali għal banda bħal '''The Lonely Sheperd'''. | ||
Is-sena 2014 kompliet tkun waħda speċjali għal Peter meta f’Diċembru, il-kompożiżżjoni tiegħu '''Song for Peace''' għal sopran u sestett, ġiet magħżula biex tindaqq waqt Kunċert b’risq id-[[Dar tal-Providenza]] mtella’ mill-[[Banda tal-Forzi Armati ta Malta]], taħt il patronċinju ta’ l-E.T. il- | Is-sena 2014 kompliet tkun waħda speċjali għal Peter meta f’Diċembru, il-kompożiżżjoni tiegħu '''Song for Peace''' għal sopran u sestett, ġiet magħżula biex tindaqq waqt Kunċert b’risq id-[[Dar tal-Providenza]] mtella’ mill-[[Banda tal-Forzi Armati ta Malta]], taħt il patronċinju ta’ l-E.T. il-President ta’ Malta, [[Marie Louise Coleiro Preca]], ġewwa il-'''Kon-Katidral ta’ San Ġwann'''. Kien unur kbir għal Cini mhux biss li indaqqet din il-kompożiżżjoni tiegħu, iżda wisq iktar li saret taħt id-direżżjoni tiegħu stess. Fis-sena 2015, l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, fejn trawwem hu stess, sejħitlu uffiċċjalment biex ikun għalliem ta’ l-istrumenti tar-ramm u assistent surmast, u dam jokupa din il-kariga sas sena 2019. | ||
F'Awwissu 2022, Peter kompla bl-istudji tiegħu għand is-Surmast [[Hermann Farrugia Frantz]] fejn rċieva t-tieni diploma tiegħu mill-Kulleġġ tal-Mużika ta' Londra, L. Mus. LCM. Fil-preżent, Cini qed jaħdem bla heda fl-istudji tiegħu fit-teorija tal-mużika, u jħaddan il-mużika b’mod prattiku ta’ kuljum permezz tar-rwol tiegħu bħala mużiċist mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. | F'Awwissu 2022, Peter kompla bl-istudji tiegħu għand is-Surmast [[Hermann Farrugia Frantz]] fejn rċieva t-tieni diploma tiegħu mill-Kulleġġ tal-Mużika ta' Londra, L. Mus. LCM. Fil-preżent, Cini qed jaħdem bla heda fl-istudji tiegħu fit-teorija tal-mużika, u jħaddan il-mużika b’mod prattiku ta’ kuljum permezz tar-rwol tiegħu bħala mużiċist mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. |
Latest revision as of 06:35, 21 October 2024
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

This page is a stub
Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.
Peter Cini A Mus LCM, LMusLCM twieled fit-23 ta’ Novembru, 1979, ġewwa il-belt ta’ Ħal Qormi. Huwa beda listudji mużikali tiegħu fl-1992 mal-Għaqda Mużikali San Ġorg Martri taħt is-Surmast Archibald Mizzi, fejn beda jistudja l-ewwel strument tiegħu, it-trumpet. Fis-sena 1995, beda l-istudji tiegħu fit-teorija tal-mużika taħt is-Surmast Vincent Farrugia, kif ukoll fil-qasam tal-prattika fuq l-istrument Bb Baritone.
Wara qasir żmien, Peter ingħata ir-rwol impenjattiv bħala solista fuq dan l-istrument ma l-istess Soċjeta’ Mużikali, taħt l-abbli Surmast Abel J. Mizzi fejn esegwixxa diversi solijiet li kien jafdalu s-Surmast. Matul dan iż-żmien, Peter kien diġa’ kiseb l-ewwel ċertifikati tiegħu fit-teorija tal-mużika kif ukoll fil-prattika mir-Royal Schools of Music.
Fis-sena 2008, l-istudji fil-prattika tal-mużika tiegħu ħaduh għhand is-Surmast Paul Borg fejn beda jistudja it-tielet strument tiegħu, il-euphonium, u għand is-Surmast Raymond Sciberras għal iktar studju mużikali fit-teorija, armonija u storja tal-mużika.
Hawnhekk Peter kien diġa’ beda jmidd idejh fil-qasam tal-kompożiżżjoni, fejn kkompona diversi marċi brijuzi, marċi funebri, sensiela ta’ arranġamenti mużikali, kif ukoll l-ewwel xogħol oriġinali tiegħu għal banda, ‘Presidio’. L-imħabba tiegħu lejn l-armonija u l-istorja tal-mużika ħadet lil Cini għand is-Surmast Ronnie Debattista, fejn mhux biss kompla jistudja dawn iż-żewġt oqsma tal-mużika, iżda ukoll orkestrazzjoni, kontrapunt u fuga.
Wara snin ta studju intensiv, kien f’Lulju, 2014, meta Peter rċieva l-ewwel diploma tiegħu mill-Kulleġġ tal-Mużika ta’ Londra, A. Mus. LCM, b’kummenti ferm prestiġjuzi. L-ewwel ħatra mużikali ta’ Cini ħaditu fir-raħal ta' il-Kalkara, fejn ġie magħżul biex ikun għalliem ta’ l-istrumenti tar-ramm fi hdan Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja. Din is-Soċjeta’ ezegwiet diversi kompożiżżjonijiet ta’ Peter li dejjem intlaqgħu b’entużjażmu u b’mod pozittiv fosthom Divertimento for Solo Clarinet and Band, marċi brijużi, marċi funebri, u arranġamenti mużikali fosthom Friday night Fantasy. Cini dam jokupa din il-kariga sas sena 2018. Sa dan iż-żmien, Peter kompla jixtabbilixxi ismu bħala kompożitur b’iktar xogħlijiet mill pinna tiegħu, bħal Fanfare and Theme, Fantasy Dreams, is-silta ferm popolari Honour and Glory miktuba għal banda u bagpipes, strument maħbub ħafna magħna il-Maltin, kif ukoll arranġamenti mużikali għal banda bħal The Lonely Sheperd.
Is-sena 2014 kompliet tkun waħda speċjali għal Peter meta f’Diċembru, il-kompożiżżjoni tiegħu Song for Peace għal sopran u sestett, ġiet magħżula biex tindaqq waqt Kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza mtella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta Malta, taħt il patronċinju ta’ l-E.T. il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, ġewwa il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Kien unur kbir għal Cini mhux biss li indaqqet din il-kompożiżżjoni tiegħu, iżda wisq iktar li saret taħt id-direżżjoni tiegħu stess. Fis-sena 2015, l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, fejn trawwem hu stess, sejħitlu uffiċċjalment biex ikun għalliem ta’ l-istrumenti tar-ramm u assistent surmast, u dam jokupa din il-kariga sas sena 2019.
F'Awwissu 2022, Peter kompla bl-istudji tiegħu għand is-Surmast Hermann Farrugia Frantz fejn rċieva t-tieni diploma tiegħu mill-Kulleġġ tal-Mużika ta' Londra, L. Mus. LCM. Fil-preżent, Cini qed jaħdem bla heda fl-istudji tiegħu fit-teorija tal-mużika, u jħaddan il-mużika b’mod prattiku ta’ kuljum permezz tar-rwol tiegħu bħala mużiċist mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Ir-rwol tiegħu bħala għalliem mużikali hu tassew għal qalb Cini, fejn determinat li jaħdem bla heda biex joħroġ il-potenżjal u it-talent ta’ l allievi. Ħidma intensiva tkompli ukoll fIl-kompożiżżjoni, waħda mill-iktar oqsma għal qalb Peter, fejn il-pinna tiegħu tkompli tistabbilixxi l-istil tagħha, u iktar kompożiżżjonijiet u arranġamenti melodjużi minn taħt il-pinna tiegħu ma jonqsux.
F’ Ġunju 2024 beda bhala għalliem tal-Brass mal banda tal-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal-Luqa.