Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja - A.D. 1897

Introduzzjoni

Dan aħħar bdiet ħieġa bil-mod l-istorja tal-Banda Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja. Dan u il-bidu tal-passat tagħha, snin għaddew u s-Soċjata kellha diversi episodji sbieħ li saru lill in-nies tal-jum hemm bżonn li jkunu jafuhom. Il-passat huma il-mera tal-futur u jinspirana biex inkomplu naħdmu. Diversi proġetti differenti qegħdin jintisġu u jitwettqu min jum għal jum. Inħarsu lura b’ nostalġija, iżda inħarsu l’ quddiem b’ ħeġġa.

1897

Kien lura lejn is-sena 1897, fiż-żmien meta l-ewwel Knisja Parrokkjali kienet lesta mill-bini, erba’ parruċċani ddeċidew li jwaqqfu l-ewwel Soċjetà f’ dan ir-raħal. Il-ħsieb nibet mingħand is-Sur Karmenu Psaila, li aktar tard inħatar bħala l-ewwel President. It-tliet persuni l-oħra li daħlu għal din il-ħidma sabiex titwaqqaf din is-Soċjetà kienu s-Sur Nikola Cachia, is-Sur Franġisku Xuereb u s-Sur Patist Borda. Fl-1 ta’ Ġunju 1897, huma ħarġu £ 5 kull wieħed u fit-tielet jum tal-istess xahar, xtraw l-affarijiet kollha neċessarji sabiex tibda’ l-ħidma. Inkriet dar fi Triq is-Salvatur, il-Kalkara, sabiex isservi bħala mgħodija taż-żmien għall-membri. Ġie deċiż li s-Soċjetà tiġi msemmija Circolo San Giuseppe, wara l-Patrun tal-Kalkara, il-Glorjuż San Ġużepp.

Fl-ewwel snin tat-twaqqif, is-Soċjetà uriet għaqda sħiħa ma’ San Ġużepp u l-Kalkara, li kienet dikjarata solennement bħala Parroċċa awtonoma nhar l-10 ta’ Diċembru 1897. Għaldaqstant, kien nħar is-6 ta’ Jannar 1898 li s-Soċjetà ċċelebrat dan l-avveniment waqt li ħadet parti fil-pussess tal-ewwel Kappillan, Dun Ġużepp Ciangura.

1900’s

Madankollu, matul l-ewwel żewġ diċenji tas-seklu għoxrin, il-festa ad unur ta’ San Ġużepp kien prinċipalment organizzata mill-Knisja Parrokkjali matul it-tieni ġimgħa ta’ Lulju. Circolo San Giuseppe kien jagħti l-għajnuna kollha tiegħu speċjalment fl-armar ta’ dekorazzjonijiet elaborati, u fil-fatt, il-Kalkara kienet l-ewwel raħal Malti li uża l-bozoz elettriċi (dak iż-żmien permezz tal-gass) fil-festuni tad-dawl madwar ir-raħal. Barra minn hekk, l-entużjażmu lejn il-mużika fis-Soċjetà beda kmieni sa mis-sena 1914, meta wara inizjattiva tal-Kappillan sabiex jorganizza festa tal-Via Sacra, l-Orcestra San Giuseppe, l-orkestra mużikali tas-Soċjetà, eżegwiet l-ewwel kunċert fil-pubbliku. Din l-orkestra kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, li kien jgħix il-Kalkara, u li dak iż-żmien kien għadu żgħażugħ.

L-istruttura taċ-Circolo San Giuseppe inbidlet fis-sena 1919, meta Mro. Lorenzo Gonzi nħatar President.

1920’s

Fl-1921 il-Kumitat iddeċieda li jordna statwa ġdida tal-qaddis Patrun sabiex tiġi rregalata lill-Parroċċa. L-għażla waqgħet fuq l-iskultur Għawdxi Wistin Camilleri. Kif sar dan il-pass, xi Kalkariżi ffurmaw Soċjetà oħra fil-Kalkara bl-isem ta’ Circolo Nazionale u dawn ordnaw statwa ta’ Malta Trionfale sabiex tkun tista’ tintrefa’ fuq l-ispalla mill-partitarji matul il-marċ bil-banda lejlet il-festa titulari.

Il-membri ta’ Circolo San Giuseppe raw dan il-pass bħala wieħed insensat, u għalhekk iddeċidew li jordnaw statwa oħra, din id-darba tas-Sagra Familja, sabiex din ukoll tkun tista’ tintrefa’ waqt il-marċ. Għażlu li jerġgħu jkellmu lil Wistin Camilleri, iżda dan irrifjuta minħabba x-xogħol li kien qed jagħmel fuq l-istatwa titulari, u għalhekk il-Kumitat kellu jinqeda’ b’ Alfred Azzopardi, skultur mingħajr esperjenza.

Fl-1921 kemm il-vara titulari ta’ San Ġużepp kif ukoll iż-żewġ statwi ta’ barra kienu lesti, u lejlet il-festa titulari huma ġew merfugħa fuq l-ispalla flimkien, madwar it-toroq prinċipali tal-Kalkara. Sfortunatament, in-nuqqas ta’ esperjenza ta’ Azzopardi deher fl-istatwa li għamel, li ma kienetx għall-qalb il-membri. Għaldaqstant, il-Kumitat iddeċieda li jordna statwa oħra, din id-darba għand Wistin Camilleri, li issa kien lesta dik titulari. B’ hekk, mill-1922’ il quddiem, il-festi ta’ barra bl-istatwa tas-Sagra Familja bdew isiru l-Ġimgħa, l-aħħar jum tat-Tridu Mqaddes.

Għal din l-okkażjoni, Mro. Lorenzo Gonzi kkompona l-kapolavur tiegħu, il-famuż “Inno Marcia La Sacra Famiglia” nħar it-22 ta’ Lulju 1922.

Wara Mro. Lorenzo Gonzi

Għaddew is-snin, u n-numru ta’ membri fis-Soċjetà beda dejjem jikber tant li dejjem baqgħet l-akbar Soċjetà fil-Kalkara. Sfortunatament, fl-1934 Mro. Lorenzo Gonzi miet f’ età żgħira ferm. Dan kien ifisser li kellu jinstab President ieħor u l-għażla waqgħet fuq is-Sur Angelo Vella li kellu jkun ukoll il-pijunier tas-Saint Joseph Cricket Club, wieħed mill-ftit klabbs tal-cricket f’ Malta, li ġie ffurmat ġewwa Circolo San Giuseppe. Ta’ min isemmi wkoll li sa mill-bidu tas-seklu 20 mis-Soċjetà twieled ukoll is-Saint Joseph Football Team li kiseb diversi unur madwar il-gżira.

1930 ’s

Wara s-Sur Angelo Vella fl-1938 inħatar s-Sur Joseph Darmanin bħala President ġdid, iżda l-karriera tiegħu damet biss ftit xhur, għaliex fl-1939 is-Sur Antonio Barbara inħatar f’ din il-kariga. Matul dawn is-snin, Circolo San Giuseppe baqa’ jistgħana b’ xogħlijiet tal-arti relatati mal-armar tat-toroq għall-festa titular. Fil-bidu tas-snin 30, l-istess Soċjetà rregalat lill-Knisja Parrokkjali l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, li għadha tissemma’ għad-devozzjoni li kellha mall-poplu tal-Kalkara. Dawn is-snin fissru wkoll il-mewt naturali taċ-Circolo Nazionale, li fissret ukoll li Circolo San Giuseppe kienet baqgħet waħidha bħala Soċjetà direttament relatata mal-festa titular.

L-1939 kienet is-sena li fiha faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa. Malta soffriet ħafna mill-attakki tal-għadu, speċjalment bil-bumbardamenti tat-Taljani u l-Ġermaniżi wara s-sena 1940. Il-Kalkara, li tinsab fil-bokka tal-Port il-Kbir, soffriet bil-qawwa minħabba dawn il-bumbardamenti. Ħafna Kalkariżi marru jgħixu f’irħula mbiegħda, u minn dawk li baqgħu fil-Kalkara diversi ġew midruba u anki spiċċaw mejta fl-attakki.

1940’s

Fl-10 ta’ April 1942, diversi bombi waqgħu fuq il-Knisja Parrokkjali, tant li din iġġarfet kompletament. Dan fisser li kemm l-istatwa titulari kif ukoll dik tas-Sagra Familja ħaddnu l-istess destin. Il-Kalkara ġarrbet telfa kbira, mingħajr ma wieħed isemmi xi ħsarat li sofra Circolo San Giuseppe fis-sede tiegħu.

Ċertament, matul dawn is-snin tal-gwerra, Circolo San Giuseppe kellu diversi diffikultajiet amministrattivi. Il-każin għamel xi xhur magħluq tant li anki kien hemm perjodu fejn ma kienx elett Kumitat. Madankollu, il-Kaxxier is-Sur Karmenu Fava kompla jamministra s-Soċjetà matul dawn is-snin. Fl-1944 is-Sur Antonio Barbara reġa’ inħatar bħala President, u peress li f’dan iż-żmien l-effett tal-gwerra kien spiċċa minn Malta, fil-Kalkara nħoloq spirtu ta’ ħolqien ġdid. Kellha tinbena Knisja Parrokkjali ġdida, u bħala President taċ-Circolo San Giuseppe, is-Sur Barbara kien involut mal-Kappillan fid-deċiżjoni tal-post fejn din kellha tiġi mibnija. Kien imbagħad fl-1945 li waslet statwa ġdida tas-Sagra Familja, bl-iskultur tagħha jkun is-Sur Wistin Camilleri.

Fl-1949 is-Sur Victor Kent sar President tas-Soċjetà, filwaqt li fl-1953, b’diversi intervalli, it-titlu ta’ President ingħata lis-Sur Lorenzo Brincat. Matul dawn is-snin, saru diversi opri tal-armar ġodda, fosthom ta’ min isemmi sett bandalori għal Triq ir-Rnella bil-pitturi fuqhom tal-Patrijarki tat-Testment il-Qadim.

1950’s

Matul is-snin 50 u 60, is-sede tas-Soċjetà rat il-preżenza ta’ diversi personalitajiet distinti, fosthom lill-Arċisqof ta’ Malta, l-Eċċ. Mons. Mikiel Gonzi (ħu l-mejjet Lorenzo), u tal-Ammiralli Ingliżi li kienu jservu f’ Malta. Circolo San Giuseppe kellu relazzjoni ta’ ħbieberija mal-Imperu Ingliż (peress li Malta dak iż-żmien kienet kolonja tiegħu). Filfatt, fis-sede tas-Soċjetà insibu ittra ta’ ringrazzjament lill-Kumitat mill-Prim Ministru tar-Renju Unit ta’ dak iż-żmien Sir Winston Churchill u anki korrispondenza mal-Majestà tagħha ir-Reġina Eliżabetta II.

Fl-1959 is-Sur Vincent Pulè inħatar President tas-Soċjetà, warajh, fl-1965 inħatar is-Sur Joseph Gauci Snr. u fl-1971 ngħata l-istess kariga is-Sur Joseph S. Camilleri. Matul dawn is-snin, ġew imżanżna diversi opri tal-armar, tant li fis-sena 1980 saret statwa ġdida ta’ San Ġużepp, kopja ta’ dik titulari li nqerdet fil-gwerra, minn idejn l-artist Michael Camilleri Cauchi. Sena qabel, ħuh, Alfred Camilleri Cauchi ġie kkummisjonat biex jagħmel sett ta’ Patrijarki li għadhom jintramaw sal-lum fi Triq ir-Rinella.

1980’s

Fl-1980, is-Sur Joseph Gauci Jnr. inħatar President, u matul dik is-sena, minħabba diffikultajiet interni, is-Soċjetà ngħatat l-isem ta’ Każin Sagra Familja. Sadanittant, fl-1986, il-Kav. Anthony Ventura ġie elett bħala l-President il-ġdid. Diversi proġetti ġew imżanżna, fosthom dawk relatati fl-armar bħal bandalori u pavaljuni ġodda.

Madankollu, l-ikbar kisba tal-Kav. Ventura kien it-twaqqif ta’ banda ġdida, wara li din il-ħolma ma seħħietx fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-banda, bl-isem ta’ Banda Sagra Familja, ġiet uffiċjalment inawgurata fis-26 ta’ Diċembru 1987. Is-Soċjetà reġgħet bidlet isimha, din id-darba għal Soċjetà Filarmonika Sagra Familja. Is-sede tas-Soċjetà kisbu popolarità kbira f’dan iż-żmien.

1990’s

Fl-1995 is-Sur Joseph Gauci Jnr. reġa’ nħatar President tas-Soċjetà. F’din is-sena ġie inawgurat monument ad unur Mro. Lorenzo Gonzi ġewwa Pjazza Sagra Familja fil-Kalkara.

Fl-1996 ġiet imwaqqfa l-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja filwaqt li fl-1999 inħatar l-ewwel kumitat uffiċjali tal-Kummissjoni Nisa Sagra Familja. Aktar tard inħatru gruppi tal-armar u tan-nar.

Matul l-1997, is-Soċjetà reġgħet bidlet l-isem għal dak oriġinali, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, li kien il-bidu ta’ ċelebrazzjonijiet kbar li saru biex jiġi ċċelebrat l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tas-Soċjetà. Is-sede tas-Soċjetà tkabbret, saru ġimgħa u nofs ta’ festi speċjali matul il-festa titulari, il-banda esegwiet akkademja ta’ mużika sagra ġewwa l-Knisja Parrokkjali, filwaqt li ġiet mistiedna biex tagħti servizzi mużikali ġewwa r-Renju Unit. Ċertament sena memorabbli! Il-banda, apparti l-mawra fl-Ingilterra, ġiet mistiedna wkoll ġewwa Barċellona fi Spanja fis-sena 1999.

2000’ s

Matul is-sena 2001 is-Sur Mario Stivala nħatar President tas-Soċjetà filwaqt li f’din il-kariga nħatar is-Sur Mario Attard fis-sena 2006. Matul is-sena 2003 ġiet inawgurata s-Sagra Familja Brass Band flimkien ma’ standard tal-banda irrakmat bid-deheb jirrapreżenta l-emblem uffiċjali tas-Soċjetà: IMI li jfissru Iosef Mariæ Iesus, jiġifieri s-Sagra Familja.

Matul dawn l-aħħar snin, saru diveri proġetti ġodda, fosthom it-tisbiħ estensiv li sar fi-sede preżenti tas-Soċjetà. Saru numru kbir ta’ opri tal-armar ġodda matul l-aħħar diċenju, fosthom pedestal ġdid għall-istatwa ta’ San Ġużepp, filwaqt li l-grupp tan-nar ħa sehem f’diversi festi oħra madwar Malta kif ukoll fil-festival nazzjonali tan-nar tal-art.

Waqt li Ottubru 2009 ra l-bidu tal-presidenza tas-Sur Noel Mallan.

2010’s

F’Settembru 2012 inħatar Mro. Twanny Borg bħala Surmast Direttur ġdid tal-Banda Sagra Familja.

Barra minn hekk, matul l-2012, is-Soċjetà inawgurat irħama fi Triq San Mikiel bħala tifkira tal-post fejn qabel kien hemm il-Knisja Parrokkjali l-antika, filwaqt li matul Ġunju tal-istess sena, saret it-tieni akkademja mużikali ġewwa l-Knisja Parrokkjali fl-okkażjoni tal-125 sena mit-twelid ta’ Mro. Lorenzo Gonzi. Saru festi kbar matul l-istess sena fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju mir-rifondazzjoni tal-Banda Sagra Familja.

Is-Soċjetà kompliet tikber u tissaħħaħ u reġgħet siefret bil-Banda Sagra Familja fl-2014 fejn marret ġewwa Sqallija u ħadet sehem fil-festa ta’ San Ġużepp ġewwa Valguarnera. Il-festa kompliet tikber u tissaħħaħ grazzi għal ħidma ta’ din is-Soċjetà, komplew diversi proġetti tal-armar kif ukoll proġetti ta’ manutenzjoni fis-sede tas-Soċjetà. Is-Soċjetà kompliet tevolvi ukoll fl-era diġitali u ta’ pubblikazzjoni fejn iżżomm kuntatt kontinwu mal-membri tagħha bil-mezzi kollha possibli tal-midja.

2020’ s

Illum il-ġurnata is-Soċjetà tinsab taħt it-tmexxija tal-president Victor Delceppo u qed tkompli turi attività kontinwa fejn minbarra li temmen fil-kisba tal-idejali u l-ħolm tagħha, terrqet ‘il quddiem sabiex issir waħda mis-soċjetajiet ewlenin fuq din il-gżira!

Propju waqt seduta tal-Kumitat li saret it-Tlieta 26 t’ Orrubru, 2021 il-President Victor Delceppo ħalla il-kariga w unimament il-kumitat ħatar lis-Sur Andrew Cilia bħala President. Huwa għandu diversi esperjen’i f’ ħdan is-soċjeta għax apparti li kien bandist, Okkupa diversi karigi fis-Soċjetà bħall ma huma Segretarju kif ukoll Chairperson tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Jifforma parti ukoll mill-Kummissjoni Banda u fil-Kumitat Ċentrali fejn okkupa l-karigi ta’ Assistent Segretarju, kif ukoll l-aktar żewġ karigi riċenti bħala PRO u Viċi President.

L-Istorja tas-Soċjetà Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja (Tagħrif meħud mill-website tas-soċjeta) [1]

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Lorenzo Gonzi 1914
02 Ugo Buhagiar 1987 2013
03 Twanny Borg 2013

Presidents

No Presidents From Until
01 Carmelo Psaila 1897 1919
02 Lorenzo Gonzi 1919 1934
03 Angelo Vella 1934 1938
04 Joseph F. Darmanin 1938 1939
05 Antonio Barbara 1939 1949
06 Victor Kent 1949 1952
07 Antonio Barbara 1952 1953
08 Lorenzo Brincat 1953 1954
09 Victor Kent 1954 1956
10 Lorenzo Brincat 1956 1959
11 Vincent Pule 1959 1962
12 Lorenzo Brincat 1962 1965
13 Ġużeppi Gauci 1965 1968
14 Lorenzo Brincat 1968 1971
15 Joseph S. Camilleri 1971 1980
16 Ġużi Gauci 1980 1986
17 Anthony Ventura 1986 1995
18 Ġużi Gauci 1995 2008
19 Noel Mallan 2009 2019
20 Victor Delceppo 2009 2021
21 Andrew Cilia 2021

Secretaries

No Secretaries From Until
Joseph Mintoff 1995 2001
Duncan Brincat 2001 2016
Joseph Mintoff 2016

Treasurers

No Treasurers From Until
Paul Persico 2012
Raymond Cilia 2012 2021
Catherine Grech 2021

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijjużi (1994) (Vol.05) - Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja 1994 *

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijjużi (1988) (Vol.01) - Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja 1988 *
02 Festive Marches - Marċi Brijjużi (1990) (Vol.02) - Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja 1990 *
03 Festive Marches - Marċi Brijjużi (1992) (Vol.03) - Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja 1992 *
04 Festive Marches - Marċi Brijjużi (1993) (Vol.04) - Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja 1993 *
05 Festive Marches - Marċi Brijjużi (1994) (Vol.05) - Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja 1994 *
06 Festive Marches - Marċi Brijjużi (1995) (Vol.06) - Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja 1995 *
07 Festive Marches - Marċi Brijjużi (1997) (Vol.07) - Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja 1997 *
08 Festive Marches - Marċi Brijjużi (2012) (Vol.08) - Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja 2012 *
09 Festive Marches - Marċi Brijjużi (2016) (Vol.09) - Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja 2016 *

Others

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Marches - Marċi - Mro. Lorenzo Gonzi - Bejn Storja u Melodija - Circolo San Ġiuseppe Filarmonika Sagra Familja (2017) 2017 *

Programmes and Publications

Memorials

External links