Għaqda Mużikali San Leonardu

From M3P
(Redirected from St Leonard Band Club)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Għaqda Mużikali San Leonardu

Għaqda Mużikali San Leonardu A.D. 1858

Naħseb huwa biss xieraq li f’din l-okkażjoni unika li fiha l-Għaqda Mużikali San Leonardu f’Ħal-Kirkop qegħda tfakkar għeluq il-150 mit-twaqqif tagħha bħala soċjeta’, ngħatu ħarsa lejn l-istorja li sawwret dan is-seklu u nofs. Storja ta’ nies, Koppin bħalna, storja ta’ ferħ, storja ta’ impenn u sagrifiċċju, storja ta’ valuri sbieħ u diffikultajiet, imma fuq kollox storja ta’ devozzjoni lejn il-qaddis Patrun tagħna San Leonardu, l-istorja ta’ missierijitna. Għax tabilħaqq mhux il-bini, l-assi jew l-opri tal-festa li jagħmlu soċjeta’, iżda n-nies li matul das-snin kollha ħadnu f’qalbhom l-Għaqda Mużikali tagħna. Dak li sirna llum jirrifletti l-passat tagħna. Kien is-sagrifiċċju ta’ bosta ġenerażżjonijiet li wassalna sal-ġurnata ta’ illum. Għaldaqstant ma nistgħux nonqsu milli b’sens ta’ rikonoxximent ngħatu ħarsa lejn il-passat, sabiex ilkoll nifhmu x’inhu l-preżent. Sa minn dejjem l-għan ewlieni ta’ l-Għaqda Mużikali San Leonardu kien li jkattar id-devozzjoni li timmanifesta ruħha bl-aktar mod ċar fil-festa. L-ewwel regola, fuq quddiem nett ta’ l-istatut ta’ l-Għaqda tgħid: L-iskop tal-każin huwa għall-għajnuna tal-banda, il-festa ta’ San Leonardu kif ukoll ir-rikrejazzjoni tas-soċi. In-nies jinbidlu, biss l-iskop ewlieni baqa l-istess, u dan huwa dak li jżommna għaddejjin, b’tant enerġija sal-ġurnata ta illum.

Fil-paġni li ġejjin ser inkunu qegħdin ngħatu ħarsa ħafifa lejn l-istorja ta’ l-Għaqda Mużikali San Leonardu.1 Hemm ħafna x’jista’ jingħad u hemm ħafna aktar li għad irid jiġi skopert b’aktar studju u riċerka. Dan li ġej huwa primarjament ibbażat fuq sorsi sekondarji akkumpanjat minn kummenti u esperjenzi ta’ bosta nies li għexu uħud mill-aktar paġni importanti tas-Soċjeta’ tagħna. Dan li ġej ser iservi bħala punt ta’ tluq għal aktar riċerka ‘il quddiem.

Fil-Bidu

Hu mifhum li s-soċjeta’ li minnha tnisslet l-Għaqda Mużikali San Leonardu kif nafuha illum, ġiet imwaqqfa’ fl-1858. Fil-bidu dan kellu l-forma ta’ għaqda soċjali, wieħed mid-diversi Circoli li minnhom kien hawn kważi f’kull raħal Malti tas-seklu dsatax.

Fost l-għanijiet ta’ din l-għaqda kien hemm dik li jieħdu ħsieb iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa titulari ta’ Ħal Kirkop. Qegħdin nitkellmu dwar festeġġamenti semplċi li kienu jdumu biss ġurnata, propju fil-jum tal-festa liturġika ta’ San Leonardu fis-6 ta’ Novembru. Madanakollu ta’ min isemmi li din l-għaqda kienet tgawdi l-approvazzjoni u l-isforz kollettiv tal-Koppin kollha, dan għaliex il-pika li ġabet magħha l-introdużżjoni tal-fratellanza ta’ San Ġużepp kienet għada għoxrin sena ‘il bogħod.2 Biss ta’ min jinnota li hekk kif ser naraw aktar ‘il quddiem din l-Għaqda kellha wkoll il-banda u probabli l-armar tagħha, mill-arkivji tal-parroċċa nafu ukoll li n-nar kien għal sekli sħaħ parti integrali mill-festa, u għaldaqstant wieħed jista’ faċilment jikkonkludi li din l-għaqda hija riflessjoni embrijonali ta’ l-Għaqda Mużikali San Leonardu għaliex kienet taqdi l-istess għanijiet li baqgħu magħha konstantement matul dawn il-150 sena, propju sal-ġurnata ta’ illum.

* 1.Ħajr lill-President Onorarju Leonard Agius u lis-Sur Joseph Carbone ta’ l-għajnuna u l-koperazzjoni tagħhom f’dan l-artiklu. F’isem l-Għaqda Mużikali San Leonardu nirringrazzjahom ukoll għall-għajn dejjem attenta li kellhom lejn l-istorja ta’ Ħal Kirkop u l-każin.

* 2.Noti personali ta’ Carmelo Agius'

Banda San Leonardu

Minn fost l-aspetti varji ta’ l-Għaqda Mużikali San Leonardu jidher li l-istorja tal-Banda hi l-aktar rakkont integru u għaldaqstant ser nibdew minnha sabiex tgħina nibnu storja kemm jista jkun‘ ara ta’ dan is-seklu u nofs. Il-Banda San Leonardu taf l-oriġini tagħha lil Banda Unione, l-ewwel banda Koppija li iffurmat taħt il-patroċinju ta’ l-Għaqda mwaqqfa’ fl-1858 u li, kif rajna, minnha tnisslet l-Għaqda Mużikali San Leonardu hekk kif nafuha illum. Għal xi żmien din il-banda kienet ukoll iġġib l-isem ta’ Filarmonica Casal Chircop. Fost l-ewwel Surmastrijiet tal-banda nsibu lil Maestro Ignazio Catania minn Bormla, li ta’ żmienu għadna insibu dokumentati is-siltiet li l-banda esegwixxit f’żewġ programmi strumentali.3 Fil- Gazzetta di Malta tat-3 ta’ Novembru 1896 insibu li in occasione della festivita’ di S. Leonardo Abate, Patrono di Casal Chircop, la Societa’ Fiġlarmonica’ San Leonardo eseguira Giovedi’ 5 Novembre alle ore 8 p.m. in Piazza Maggiore. Fost is-siltiet li ndaqqu insibu: Marcia San Leonardo ta’ Leonardu Ellul, Sinfonija Nabucco ta’ Giuseppe Verdi, Pezzi scelti Lucia ta’ Gaetano Donizetti, Vals Dream Memories ta’ Georges Bizet, Pezzi scelti Lombardi ta’ Verdi, Polka La Rosa ta’ Ignazio Catania u l-God Save the Queen.4 Fil-21 ta’ Novembru ta’ l-istess sena fuq l-istess ġurnal insibu: Martedi 24 e Mercoledi 25 corrente si celebra al Zurrico la Festivita di S.Caterina V.M. Patrone del Casale. Intanto vi prenderanno parte li Filarmoniche qui sotto indicatiche eseguiranno rispettivamente I seguenti programmi. Martedi 24 Novembre La Societa Filarmonica San Leonardo…. I. Catania Direttore.

Fost is-siltiet li ndaqqu dakinhar insibu il-Passo Doppio San Leonardo ta’ Leonardo Ellul, Sinfonia L’ Estate ta’ Michele De Ferraris, Pezzi scelti Lombardi ta’ Giuseppe Verdi, Valser Danau ta’ Willen I. Ivanovici, Cavatino Due Foscari ta’ Verdi, Mazurca Minnie ta’ F. Vecchioni u l-God Save The Queen.5 Il-fatt li f’qasir żmien, il-Banda San Leonardu kienet kapaċi ttella’ żewġ programmi strumentali kważi għal kollox differenti fis-siltiet magħżula tixhed il-bravura tas-surmast direttur Catania u l-kompetenza ta’ din il-banda fis-seklu dsatax.

  • 3 Dwar Maestro Ignazio Catania ara: L. Agius u J. Carbone, 1999, p.39
  • 4 La Gazzetta di Malta, 3 ta’Novembru ,1896, p.2
  • 5 La Gazzetta di Malta, 21 ta’Novembru ,1896, p.3

Il-pika li ġabet magħha t-twaqqif tal-fratellanza ta’ San Ġużepp fl-1878 kienet waħda mil-kawżi ewlenin għaliex l-Għaqda li kienet tħaddan il-Banda Unione bidlet isimha għal Società Filarmonica San Leonardo biex b’hekk fl-1899, taħt id-direżżjoni ta’ l-istess Maestro Catania, il-banda ħadet l-isem ta’ Banda San Leonardu. Ta’ min isemmi li hekk kif insibu fil-Guida Generale di Malta għas-sena 1899, l-ewwel President ta’din il-banda b’isem ġdid kien ħadd ħlief il-Kavallier Gustav Gollcher akkumpanjat minn Alfons Maria Spiteri bħala segretarju.6 Jidher li dawn baqgħu jokkupaw dawn il-karigi minn ta’ l-inqas sa l-1903 meta jerġgħu jissemmgħu fl-istess reġistri ta’ dik is-sena.7 Hawn ta’ min jagħmel referenza lejn l-importanza tal-figura ta’ Gustav Gollcher bħala president. Mwieled fis-26 ta’ Di’embru 1854, il-Kavalier Gustav Gollcher kien bniedem distint u rispettat.8 Kif żviluppat il-konnessjoni tiegħu ma l-Għaqda Mużikali San Leonardu għadu mhux magħruf, biss huwa ta’ unur imprezzabli li bniedem tax-xorta tiegħu serva bħala President ta’ l-Għaqda tagħna fil-perijodu meta il-Banda San Leonardo ħadet l-isem uffiċjali tagħha fl-1899. Kien bis-saħħa tiegħu l-Banda San Leonardu kienet tagħti l-kontribut tagħha f’ħafna fieri u lotteriji li l-gvern ta’ dak iż-żmien kien jorganizza.9 Jingħad ukoll li l-Banda San Leonardu marret tilqa’ lil Prince of Wales f’xi okkażjoni meta dan kien ġie Malta u ta’ dan ġiet irregalata bandiera. Il-bandiera hija illum mitlufa biss, wirt ta’din il-banda għad għandna l-katuba u t-tamborlin (illum fis-sala).10 Ta’ min isemmi li l-Kavalier Gollcher jiġi missier il-Kaptan Olof Frederick Gollcher (1889 – 1962), il-bniedem li wara mewtu ħalla id-dar tiegħu fl-Imdina (li hu kien isibha bħala n-Norman House, illum Palazzo Falson) u il-ħamsa u erbgħin kollezzjoni ta’ pitturi, fidda, amara u armi antiki, ġojjellerija, tessuti orjentali u opri storiċi u arkeoloġċi lil Captain O F Gollcher OBE Art and Archeological Foundation, bl-għan li kollox ikun miftuħ għal pubbliku. Illum il-ġurnata dan kollhu hu aċċessibli għal pubbliku f’Palazzo Falson Historic House Museum taħt ir-responsabilita’ tal- Fondazzjoni Patrimonju Malti.11 Il-Kavalier Gustav Gollcher miet fit-28 ta’ Jannar 1922 u jinsab midfun fiċ-ċimiterju Verano f’Ruma.12 Bla dubju din hija konnesjoni mill-aktar interessanti li dwara għad irid isir ċertu studju.

Fil-perjodu bikri tas-seklu għoxrin, ħafna mill-każini f’Malta kien ikollhom għaqda teatrali, il-Banda San Leonardu kienet taqdi ukoll id-dmirijiet ta’ orkestra li setgħet takkumpanja fir-rapreżentazzjonijiet, li kienu jsiru mill-istess għaqda teatrali fi ħdan is-Soċjetà. Il-post li kien jntuża sabiex jittelgħu dawn ir-rappreżentazzjonijiet hi r-remissa illum magħruf bħala il-mitħna (ta’ Benedett Sacco, Baġoġa) fi Triq San Leonardu.13 Protagonist fil-ħidma ta’ din l-għaqda teatrali kien Giovanni Battista Cutajar

  • 06. Guida Generale di Malta e Gozo per l’Anno 1899, p.280
  • 07. Guida Generale di Malta e Gozo per l’Anno 1903, p.320
  • 08. M. Galea u F. Balzan, 2007, pp.3-12
  • 09. Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 10. Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 11. Ara: M. Galea u F. Balzan, 2007
  • 12. Grazzi lil Francesca Balzan M.A., kuratrici ta’ Palazzo Falson
  • 13.Noti personali ta’ Carmelo Agius; J.Carbone, 1999 [i], pp.35-36

Fuq il-binja li probabli f’xi żmien kienet tintula bħala mitħna tal-miexi (għalhekk baqgħet magħrufa bħala l-mitħna ara: D. De Lucca, 2008, p. 280

(ta’ Dovik) li fiż-żmien li għamel imsiefer Toronto sa l-1934 kien sostitwit minn Carmelo Falzon (ta’ ċoqq) bħala direttur. Ta’ min isemmi li Giovanni Battista Cutajar fiż-żmien li għamel imsiefer kien irnexxilu jagħmel studju tajjeb permezz ta’ bosta korrispondenza lejn Franza li biha rnexxielu jikteb l-istorja tal-ħajja ta’ San Leonardu sal-25 ta’Marzu,1928, id-data li tidher fuq ir-rakkont li grazzi għal Tommaso Farrugia (President ta’ l-Għaqda) kien irnexxielu jippublika fl-Empire Press fl-1929.14 Interessanti l-fatt li sa l-1960 fuq fuljett li kien tqassam dwar il-ħajja tal-Qaddis, dan il-ktieb kien għadu qiegħed jiġi reklamat. Insibu ukoll li dan Cutajar kien anke’ irnexxielu jiddrammatizza l-ħajja ta’ San Leonardu, u għalkemm kien beda ix-xogħol sabiex tittella’ rappreżentazzjoni kellu jieqaf kollox ħesrem minħabba iċ-ċensura imposta mill-awtoritajiet ekklesjastiċi ta’ dak iż-żmien.15 Mal-mewt ta’ Cutajar fl-1936, il-kumpanija teatrali bdiet tnaqqas ħafna mill-attivita’ tagħha. Kien hawn li bosta mużiċisti orkestrali kienu iddeċidew li jiffurmaw banda u għalhekk warrbu l-istrumenti tal-korda u qalbu għal dawk tal-banda.16

Iżda l-istorja ta’ din il-banda rat ukoll mumenti ta’ diffikultajiet. Meta feġġgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija fl-1914 bosta mill-bandisti tferrxu u l-ftit bandisti li kien għad fadal kienu impenjati biss fl-attivitajiet teatrali. Bosta mill-attivitajiet f’Malta wara l-gwerra kienu sfrattaw, l-aktar minħabba l-fatt li kienet faqqgħet l-influwenza Spanjola. Il-banda kien baqa’ jieħu ħsiebha Leonardu Ellul, pero’ jidher li ma kinitx baqgħet attiva wisq, probabli għaliex kien hemm nuqqas kemm ta’ finanzi kif ukoll ta’ bandisti.17 Bejn l-1928 u 1929 insibu lis-segretarju ħabrieki Karmenu Falzon jirsisti maż-żgħażagħ sabiex imorru Ħal Luqa jitgħallmu l-mużika għand Andrea Mamo u b’hekk l-orkestra setgħet terġa’ tqum fuq saqajha.18 Żmien diffiċli ieħor għall-banda kien żgur dak tat-Tieni Gwerra Dinjija meta l-attivitajiet kollha tal-pajjiż kienu waqfu ħesrem. Meta l-air raids battew, u l-ħajja reġgħet bdiet tiġi lura għan-normal, xi membri mħeġġa minn ex-bandisti anzjani, bdew imorru jitgħallmu l-mużika fil-każin tal-Banda ta’ Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal-Luqa sakemm is-Soċjeta’ inkarigat lil Maestro Anġelo Pace biex imexxi l-banda u jistruwixxi l-aljievi.19 B’hekk il-Banda San Leonardo reġgħet bdiet timxi ‘il quddiem b’pass kostanti.

Wara l-ħidma ta’ Maestro Pace, il-banda għaddiet taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Joseph Bilocca għal madwar ħames snin, biex wara l-kumitat ħatar lil Maestro Leonard Agius, iben l-istess Għaqda Mużikali tagħna, bħala surmast direttur.20 Hawn il-banda, mogħnija b’talenti solisti mill-aqwa bħal dawk ta’ Andrew Ellul, Leonard Sacco u Joseph Cassar, kompliet issaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħha kull meta ġiet mistiedna idoqq barra Ħal Kirkop.21

  • 14 J. Carbone, 1999[i], pp.35-36
  • 15 Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 16 Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 17 Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 18 Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 19 L. Agius, 1997/98, p.180

Dwar Maestro Angelo Pace ara: L. Agius u J. Carbone, 1999, p.39

  • 20 Noti personali ta’ Carmelo Agius; L. Agius, 1997/98, p.181

Dwar Maestro Joseph Bilocca u Maestro Leonard Agius ara: L. Agius u J. Carbone, 1999, p.39

  • 21 L. Agius, 1997/98, p.181

Kien f’dan iż-żmien li l-Banda San Leonardu esegwixxit programmi f’Misraħ San Ġorġ u f’Misraħ il-Palazz il-Belt Valletta; nafu li daqqet ukoll waqt it-tlugħ tal-lotterija nazzjonali.22 Meta Maestro Agius emigra lejn Detroit fl-Istati Uniti fit-3 ta’ Diċembru 1951, l-Banda għaddiet għal għoxrin sena bejn l-1952 u l-1972, taħt il-bakkettati ta’ Maestro George Martin, surmast li żgur jibqa’ maħbub mill-Koppin għall-Innu Tifħir lil San Leonardu, li kien ikkompona fl-1954, kif ukoll għall-Innu tal-Banda.23 L-ewwel servizz tiegħu bħala surmast seħħ fis-26 t’Awwissu 1952 għall-okkażjoni ta’-ċelebrazzjoni ta’ l-ewwel quddies ta’ Dun Leonardo Farrugia meta l-banda wasslietu b’marċi trijonfali mill-knisja għad-dar.24 Kif ser naraw aktar ‘il quddiem dan is-surmast baqa’ magħruf mhux biss għall-marċi li ikkompona għal banda, iżda fuq kollox għas-sehem tiegħu fil-festi ċentenarji ta’ l-1960. Wara is-Surmast Martin kien imiss lil Maestro Mikiel Angelo Farrugia li jidderieġi l-banda.25 Taħt dan is-surmast il-banda bdiet ittella’ marċ brijjuż u programm strumentali fl-aħħar tridu tal-festa u għall-ewwel darba beda jsir il-marċ ta’ wara nofisnhar, nħar il-festa. żgur li ħafna mill-Koppin għadhom jiftakru is-snin ta’ Maestro Gaetano Zammit li nħatar surmast direttur fl-1978. F’dan il-perijodu l-banda kienet ħadet spinta ‘il quddiem; Maestro Zammit għallem bosta aljievi u ta’ kull {imgħa kien itella’ kun’erti u programm mingħajr tbatija. Dan kollu wassal sabiex il-banda toħroġ tagħti is-servizz tagħha fil-festi ta’ numru sabiħ ta’ lokalitajiet Maltin fosthom iż-żewġ festi ta’ Ħal-Qormi, il-Pieta’, Tas-Sliema, il-Birgu, il-Ħamrun, il-Gudja, Ħaż Żebbuġ u l-Belt Valletta fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika.26 Dan is-surmast jibqa’ wkoll imsemmi għad-diversi marċi fosthom innu marċ tal-banda u innu marċ Tislima lil San Leonardu bi kliem tal-mibki partitarju Joseph Carbone.

Il-bqija hi pjuttost storja re`enti iżda importanti. Mill-1995 il-Banda San Leonardu għaddiet taħt id-direzzjoni tal-bravu Maestro Ugo Buhagiar, surmast istruwiet li kif nisimgħu ta’ kull sena wassal il-banda għall-livelli għoljin ħafna. Mro Buhagiar ikkompona diversi marċi brijjużi, mar’i funebri, mużika klassika u l-aktar għal qalbu mużika moderna. L-arranġamenti li ta’ kull sena jħejji għal programm vokali u strumentali fl-okkażjoni tal-festa, mhux biss qed jirċievu t-tifħir tad-dilettanti lokali iżda wkoll apprezzament ta’ bosta mħarrġa fil-mużika. Fl-1999, fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tal-Banda San Leonardo ikkompona sinfonija mill-isbaħ bl-isem ta’ ‘entenarja u fl-2006 waqqaf il- Brass Band fi ħdan is-soċjeta’, li kull ma jmur qegħda tagħti sehema dejjem aktar f’bosta festivals lokali u ġewwa l-lukandi ewlenin.

Fost l-okkażjonijiet memorabli kemm għall-Banda u anke’ għall-Għaqda Mużikali tagħna wieħed isib il-wasla ta’ l-istatwa l-ġdida ta’ San Leonardu maħduma

  • 22 Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 23 L. Agius u J. Carbone, 1999, pp.41- 42
  • 24 Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 25 Dwar Maestro Mikiel Angelo Farrugia ara: L. Agius u J. Carbone, 1999, p.42
  • 26 L. Agius, 1997/98, p.181

Dwar Maestro Gaetano Zammit ara: L.Agius u J. Carbone, 1999, p.43

mid-ditta Ferdinando Stufleisser Scultore Ortisei, Bolzano fl-1949, il-festi ċentenarji ta’ l-1960, għeluq l-erba’ mitt sena mit-twaqqif tal-parroċċa fl-1992 u għeluq il-mitt sena tal-Banda San Leonardo fl-1999.

Każin

Matul dawn il-150 sena ta’ storja l-Għaqda Mużikali kellha diversi sedijiet minn fejn setgħet topera. Nafu li għal ħabta ta’ l-ewwel gwerra l-każin kien jinsab f’dar li snin wara kienet okkupata minn Franġisk Spiteri (il-Fre), fi Triq San Leonardu in-naħa ta’ fuq li illum tifforma parti minn Triq San Benedittu.27 Għal ħabta tas-snin tletin l-indirizz ta’ l-Għaqda San Leonardu inbidel għal Numru 1 fi Triq San Leonardu, post li twaqqa’ biex saret id-daħla ta’ Pjazza Żernieq. Sa qabel it-Tieni Gwerra Dinjija l-Għaqda kien irexxiela timxi għal post prominenti fi Triq il-Parroċċa, preċiżament quddiem il-knisja fiż-żona fejn illum hemm ir-residenza tal-kappillan. Parti min din id-dar iġġarfet fil-gwerra, biss b’xorti tajba għad għandna ritratt li juri d-dehra tal-post li dwaru qegħdin nitkellmu. Fl-1942, wara l-gwerra l-Każin mexa għar-residenza li għada tokkupa sa illum f’Numru 32 (illum 3) Misraħ Kirkop. Residenza tipika tal-bidu tas-seklu, oriġinarjament id-dar ta’ Monsinjur Mikiel Barbara (1868-1924) li hekk kif tgħid il-lapida kommemorativa maġenb il-bieb ta’ l-istess residenza, kien professor tal-Latin u tad-dommatika, eżaminatur tal-Kleru u predikatur popolari. Ta’ min jgħid ukoll li sa ftit qabel ġiet okkupata mill-Għaqda Mużikali San Leonardu, din ir-residenza kienet tintuża bħala skola tal-gvern. Tista’ tgħid li d-dar kienet spiċċat fi stat mhux daqstant tajjeb, tant li perit kien ikklassifika bħala non-abitabli. Ix-xogħol f’din ir-residenza ma qata’ qatt. Ħafna jiftakru ix-xogħol estensiv li sar fit-tmeninijiet sabiex din is-sede setgħet tiġi modernizzata.

  • 27 Noti personali ta’ Carmelo Agius

Politika, gwerra u tfixkil ieħor

Żgur mingħajr ebda dubju li matul il-150 sena ta’ storja li qegħdin nirrakontaw, kien hemm diversi mumenti ta’ problemi u tfixkil. Problemi jinqalgħu dejjem u l-ħin kollhu, biss ser ngħatu ħarsa lejn mewt li ftit jew wisq xekkel il-ħajja ta’ l-Għaqda Mużikali tagħna b’mod speċjali fejn jidħol l-entusjażmu tal-partitarji.

Sa minn dejjem il-politika kellha impatt fuq ir-ritmu li bih tkun qegħda topera għaqda mużikali, dan hu fenomenu mferrex ma’ Malta kollha li xi ftit għadu jinħass sa illum, ħaga li esperjenzajna reċentement meta ftit qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ dis-sena l-pajjiz bħal donnu waqaf. Minkejja kollox ta’ min jgħid li f’dawn l-aħħar snin l-impatt li qegħdin insemmu naqas drastikament propju għaliex il-poplu immatura u dawk l-aktar involuti fil-ħidma fi ħdan il-każini għarfu jpoġġu l-prijoritajiet f’posthom. Biss dan mhux dejjem kien il-każ, l-aktar fis-snin meta l-politika kienet kwistjoni taħraq li fiha kienet tidħol il-knisja.

Jeremy Boissevain, li ħafna drabi iddokumenta dak li kien jisma’ mill-Koppin mis-sittinijiet, jikteb li fit-tletinijiet xi partitarji ta’ l-Għaqda Mużikali San Leonardu li kienu jappoġjaw lil Strickland telqu mill-każin sabiex jiftħu għaqda għal rashom. Din il-frazzjoni li kienet ġiet imlaqqma bħala tal-Laċċi kellhom is-sede tagħhom fi Triq San Benedittu, fid-dar fejn illum hemm l-għassa tal-Pulizija. Minkejja li ż-żewġ partiti kienu baqgħu leali lejn San Leonardu, dawn baqgħu ma jitkellmux sa l-1934 meta reġgħu ngħaqdu lura ma’ l-Għaqda ‘matriċi’ wara li r-relazzjonijiet bejn Strickland u l-Knisja kienu reġgħu ġew tajbin.28

Minbarra l-effett ta’ l-Ewwel Gwerra Dinjija u l-influwenza Spanjola li dwarhom għamilna referenza aktar qabel żgur li t-Tieni Gwerra Dinjija l-aktar bejn l-1940 u l-1943, kellha impatt katastrofiku fuq il-ħajja kwieta tal-Maltin speċjalment ta’ dawk li kienu joqgħodu qrib il-port jew bħalna, qrib il-mitjar ta’ Ħal Luqa u Ħal Far. Ir-rutina ta’ ħajja kwieta, b’kommunita’ żgħira kienet waqfet ħesrem. Kienu snin iebsa li fihom il-Koppin ingħaqdu f’daqqa fi ġlieda kontra l-għadu komuni. Ma setgħax jonqos li fid-dawl ta’ dak kollu li kien qiegħed jigri, l-festa u l-każini jieħdu daqqa ta’ ħarta kbira. Il-banda, in-nar l-armar, kollox sar sekondarju u kollox kien wieqaf sakemm minn fuq Malta għaddiet din il-mewġa kerha. Fost il-ħsara kbira li ġarrab Ħal Kirkop wieħed ma jistax ma jsemmix iż-żona fejn illum hemm Misraħ San Leonardu u fejn l-Għaqda tagħna kellha is-sede tagħha. Sa qabel il-gwerra l-pjazza kienet kważi kompletament magħluqa bil-bini, fil-fatt mil-pjanti u surveys tal-perijodu li hemm fil-Public Works Archives wieħed jista’ jibni stampa ċara ta’ kif kienet iż-żona ta’ madwar il-knisja qabel il-gwerra. Fil-gwerra dawn l-inħawi, speċjalment wara l-attakk aħrax mill-ajru fid-9 t’April 1942, ġarbu t-tifrik tal-bombi tant illi din l-istess żona għadha marufgħa ma ħafna bħala il-Balla. Il-kopla tal-knisja ukoll ħarbet ħsarat strutturali u kien għalhekk li inbidlet wara l-gwerra.29 Il-pjazza San Leonardu li nafu illum nfetħet wara il-gwerra fil-mewta tal-ħamsinijiet fejn bosta rħula fittxew li jkabbru l-pjazzez tal-knisja. Jingħad ukoll li bosta mid-dokumenti u l-arkivji ta’ l-Għaqda tagħna intilfu f’dan il-perijodu meta ġġarfet parti mil-każin li kien eżatt quddiem il-knisja. Madanakollu ta’ min isemmi li xi ftit affarijiet bħal xi strumenti kif ukoll il-bandalora l-qadima ta’ l-1928 salvaw għax tniżżlu ġo xelter. Fil-fatt it-tebgħa ta’ l-ilma li għad hemm fuq din il-bandalora tmur lura għal dan il-perijodu meta kienet mistura fl-umdita’ tax-xelter.30

Malli għaddiet il-gwerra l-affarijiet bdew bil-mod ġejjin lura għan-normal. Is-sagrifiċċji u tbatija li għaddew minnhom il-partitarji ta’ San Leonardu ma kienux biżżejjed sabiex ixekklu l-qlubija u d-devozzjoni. Minn ittra lil Kappillan Spiteri rigward xi disgwit dwar il-flus tal- War Damage nafu li f’Mejju ta’ 1946 il-Kappillan talab lilll-uffiċjali tal-każin u prokuraturi tal-frattellanzi sabiex jagħmlu lista tad-danni li soffrew fil-gwerra sabiex hu jkun jista’ jipprteżentaha lil War Damage Commission, li mingħandha l-kappillan fil-25 ta’ Settembru 1949 stqarr li irċieva £600 li qassamha bejn il-knisja,

  • 28 J. Boissevain, 1993, p.78
  • 29 Għalkemm xi xjuħ isostnu li l-ħsara tal-gwerra kienet biss skuza sabiex tinbidel il-koppla li fil-verita’ma kienet ġarbet l-ebda ħsara irreparabli Dwar dan ara: P. Azzopardi, 2008, pp.105-122
  • 30 J. Carbone, 1999[ii], p.45

l-konfraternita’ ta’ San Ġużepp u l-armar ta’ barra ta’ San Anard, biex kull parti kellha £200.31 Dan hu sinjal ċar ta’ kif il-ħajja ta’ l-Għaqda Mużikali kienet reġgħet qabdet tirpilja eżatt wara l-gwerra.

Biss it-tfixkil ma waqafx mal-gwerra dan għaliex fis-snin ħamsin l-Għaqda kellha taffaċja l-kalma u ftit inqas interess li ġabu magħhom l-emigrazzjoni, titjieb fit-trasport, it-twaqqif ta’ għaqdiet oħra f’Ħal Kirkop u ż-żjieda ta’ attivitajiet minn naħa tal-partiti politiċi. Lejn nofs il-ħamsinijiet l-emigrazzjoni ta’ uħud fost l-aktar attivisti fi ħdan il-każin kellu impatt kemmxejn ħażin. Ta’ min isemmi li fl-1954 biss ħallew Ħal Kirkop madwar 24 raġel biex imorru jgħixu l-Awstralja u l-Kanada.32 Kull għaqda mużikali f’Malta, l-aktar f’parroċċi żgħar bħal tagħna, batiet xi ftit minn dan il-fenomenu, bosta bandisti u attivisti ittantaw xortihom u ħallew xtutna. Ma dan wieħed irid iġid il-popolarita’ li kellhom għaqdiet bħal Klabb tal-Futbol, il-Mużew u l-Azzjoni Kattolika li minkejja il-ġid li bla dubju għamlu, xi ftit jew wisq iddevjaw l-energija u l-interessi tal-partitarji.33 Madanakollu żgur li l-ikbar element ta’ tfixkil fil-ħamsinijiet ġie mis-sfera politika hekk kif il-ħamsinijiet raw erbgħa elezzjonijiet ġenerali fl-1950, l-1951, 1953 u l-1955.

Ħafna drabi nisimgħu li l-istorja tirrepeti ruħha, u dan kien il-każ tas-sittinijiet fejn ix-xena politika kienet iddominata mill-kwistjoni politiko-reliġjuża. Minkejja, kif għidna qabel, il-festi ċentenarji ta’ l-1960 ħolqu ċelebrazzjonijiet u l-entusjażmu kbir, dan malajr twarrab meta sa sena wara il-kwistjoni politiko-reliġjuża kienet daħlet fil-qalba tal-kampanja elettorali għall-elezzjoni ta’ l-1962. Bħalma ġara fit-tletinijiet insibu li kull meta il-knisja tidħol f’xi kwistjoni politika, iqum furur kbir li jkollu effett ħażin fuq l-għaqdiet mużikali ta’ Malta kollha. Boissevain jgħidilna li propju minħabba f’hekk, il-festa ta’ l-1961 kienet biss dell insignifikanti ta’ l-ispettaklu li kienet tellgħet l-Għaqda Mużikali San Leonardu sena qabel fl-okkazjoni tal-festi ċentenarji.34 Min f’dan iż-żmien kien attiv ħafna fil-każin jgħid li dawn kienu żminijiet fejn ma kienx hawn so’jeta’ li ma ntlaqtitx. Kienu jsibu ftit koperazzjoni u din kienet tinħass l-aktar fil-ġbir tal-flus għall-festa. Biss b’ ċertu sens ta’ għaqal u responsabilita’ jgħidulek li minkejja kollox għalihom il-każin kien jiġi qabel kollox u għalhekk baqgħu għaddejjin xorta waħda. Ninsab konvint li tul dawn il-150 sena s-soċjeta’ għaddiet u għad trid tgħaddi minn bosta xkiel, biss kien dan is-sens ta’ valuri sbieħ u responsabilita’ li minkejja kollox żammew l-imħabba lejn l-Għaqda Mużikali tagħna fuq quddiem sabiex tegħleb kull xkiel li ippreżenta ruħu maż-żmien.

  • 31 J.M. Cassar, 1978, p.15
  • 32 J. Boissevain, 1993, p.79
  • 33 J. Boissevain, 1993, p.79
  • 34 J. Boissevain, 1993, p.79

Festa 6 ta’Novembru.35

Għal ħafna snin il-festa kienet tiġi iċċelebrata fil-jum li fiħ il-Knisja Kattolika kienet u għada tiċċelebra l-festa liturġika ta’ San Leonardu. Qegħdin nirreferu għas- 6 ta’ Novembru, għalkemm mhux darba jew tnejn li l-festa kienet tiġi iċċelebrata fl-ewwel Ħadd wara is-6 ta’ Novembru. Biss l-ispirtu tal-festa kien jibda nhar l-1 t’Ottubru fil-festa ta’ San Remiġ Isqof ta’ Rhiems li lejh għandna ammirazzjoni partikolari minħabba il-fatt li kien hu li għammed lil San Leonardu. Għal din il-ġurnata l-każin kienet tittella’ l-bandiera u filgħaxija kienet tinxtgħel iċċinta tal-bieb ta’ barra bl-aċitalena. F’moħħ ħafna li jiftakru l-festa f’Novembru, jibqgħu ċari f’moħħhom il-problemi li kienu jaffaċjaw minħabba il-maltemp. Jingħad li ma kinitx xi ħaġa rari li l-jiem tat-tridijiet kif ukoll nħar il-festa kienu jkunu bix-xita. Il-festa kienet tibda minn ħadd qabel meta l-istatwa ta’ San Leonardu kienet toħroġ min-niċċa wara il-quddies tas-seba, akkumpanjata sempliċiment minn sparar ta’ muskatterija. Imbgħad kien imiss il-ġranet tat-tridijiet. Fi żmien meta il-festa kienet iddur aktar madwar il-festi ta’ ġewwa, in-nies kienet tirrikorri għall-knisja aktar mill-llum. Fil-jiem tat-tridijiet in-nies kienu jilbsu l-aħjar ilbies li jkollhom u nħar il-festa kienu wkoll iżanżnu xi ilbies għall-okkażjoni. Kienet użanza wkoll li fil-benedizzjoni ta’ kull tridu jisparaw muskatterija minn fuq il-bejt tal-każin. Lejlet il-festa kien ikun hemm marċ li fih kienu jinħarqu xi stuppini u wara kien jinħaraq in-nar ta’ l-art. F’ nħar il-festa, il-jum li kull partitarju kien ikun jistenna, għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar kienu jarmaw l-istatwa ta’ San Leonardu tal-każin fuq il-pedestall il-kbir li għadu jintrama illum f’Misraħ Kirkop. Għal żmien twil, lejn nofs is-seklu għoxrin, kien jieħu ħsiebu Leonard Spiteri (tan-Noqq) flimkien ma’ soċi oħra tal-każin. Wara t-tlugħ ta’ l-istatwa ħafna kienu jinġabru ħerqana biex jisimgħu il-priedka fuq San Leonardu minn Carlo Mizzi (ta’ Borom) minn fuq iż-żuntier tal-Lunżjata. Dan kien żmien meta imkien f’Malta ma kienu jsiru marċi brijjużi l-ħadd wara nofsinhar. Filgħaxija kien ikun hemm żewġ baned, waħda fuq iż-żuntier u l-oħra fil-pjazza. F’xi okkażjonijiet kienu jiġu anke’ tlett baned, b’banda oħra titħalla iddoqq fi Triq San Benedittu fejn illum hemm l-iskola primarja tal-gvern. Fil-purċissjoni kienu jieħdu sehem il-fratellanzi kollha u l-istatwa kienet tintrefa’ minnhom ilkoll. It-toroq tal-purċissjoni kienu l-istess bħal illum minn Triq San Leonardu, Triq San Benedittu, Triq Santu Rokku, Misraħ San Leonardu, nerġgħu Triq Santu Rokku għal Misraħ Kirkop fejn jindaqq l-innu, u wara għal-Knisja. Il-ħinijiet tad-dħul tal-purċissjoni ma kienux bħal ta’ llum; meta l-istatwa kienet tasal f’Misraħ Kirkop kien ikun hemm armata kuruna biex fil-ħin li l-istatwa tasal taħta minn ġo fiha jinżlu xita ta’ karti ikkuluriti waqt li l-banda tkun qed idoqq dak li sa dakinhar kien l-innu li kien jismu Bħal Warda li Tgħaxxaq bil-Fwieħa, li flimkien ma, l-innu l-ieħor Lil San Leonardu Abbati ta’ kompożitur mhux magħruf, kinu l-uniċi innijiet sa dak iż-żmien. Kienu jittelgħu ukoll il-murtali tal-kulur li ma kienux ikunu aktar minn madwar tużżana, wara,il-purċissjoni kienet tmur il-knisja biex tintemm bil-benedizzjoni.

Dawk li għixu dawn l-esperjenzi jirrakkontaw li kien żmien differenti minn ta’ llum, anke’ fil-mod ta’ kif kienet tiġi iċċelebrata l-festa. Dak iż-żmien ma kienux jeżistu l- pavaljuni bħal ta’ illum u kull ma kien jintrama kienu t-trofej. Id-dawl, li kien jinxtgħel biss lejlet u nhar il-festa, kien jintrama minn kuntrattur li kien iġib miegħu generator għax dik il-ħabta kien għad m’hawnx id-dawl tal-gvern. Baned kienu jiġu biss lejlet u nhar il-festa u l-unika nar ta’ l-ajru li kont tara kienu murtali tal-bomba u tal-kulur. Kaxxi infernali lanqas ħadd ma kien joħlom bihom, minflokk fil-quddies tad-Te Deum kienu jorbtu bombi kbar qishom bombi tal-kaxxa, ma’ vent bi spaga li kienu jinħarqu flimkien ma’ xi muskatterija minn fuq il-bejt tal-każin. Fost l-użanzi marbuta mal-festa li illum inqatgħu ta’ min isemmi l-Badge Day li kienet issir fil-festa, meta xi nies inkarigati kienu jieħdu ħsieb li jqassmu xbieha ta’ San Leonardu b’ ċoff magħmul minn xi zigarella ħamra biex jintlibsu bħala badges b’ labra tar-ras. Tradizzjoni oħra kien l-ilbies ta’ San Leonardu li kienu jlibsu lil xi subien ta’ madwar sentejn bħala wegħda jew bħala radd ta’ ħajr wara ħlas tajjeb. Komuni ukoll kienu is-sunetti. Dawn kienu poeżiji ta’ tifħir lil San Leonardu li kienu jiġu stampati fuq karti li kienu jintefgħu minn ġot-tieqa tal-knisja mal-ħruġ ta’ l-istatwa f’nħar il-festa. Ta’min jirrimarka li ħafna drabi din kienet tkun inizjattiva personali ta’ xi devot indipendentement mill-każin.

Il-festa ma baqgħatx tiġi iċċelebrata b’dan il-mod f’ Novembru mill-1960, meta fl-okkażżjoni tal-festi ċentenarji, il-festa kienet ġiet trasferita għal Settembru. Ma ninsewx li kif diġa irrimarkajna, ħafna drabi l-festi tax-xitwa kienu festi ta’ qtiegħ il-qalb. Kemm minħabba il-maltemp u anke’ għal fatt li kien jidlam malajr, fi żmien meta ma kienx hawn il-kumdita ta’ l-elettriku. Kien propju mill-festa ta’ l-1960, li iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa bdew bil-mod jieħdu is-sura ta’illum.

  • 35 It-tag]rif kollhu f’din il-parti [ie me]ud minn: ‘is-6 ta’ Novembru… dari u illum -intervista ma L. Agius’, 2006, p.3; L. Agius, 1996, pp.21-23

Festi importanti

Bla dubju ta’ xejn, għal ħafna mill-anżjani tagħna s-sena 1960 tibqa’ marbuta ma’ qalbhom għaliex għadom jiftakru ċ-ċelebrazzjonijiet kbar li kienu saru kemm f’għeluq il-mitt sena mit twaqqif tas-soċjeta’, iżda fuq kollox sabiex jibqa’ mfakkar l-erbatax-il ċentenarju mill-mewt glorjuża tal-Patrun San Leonardu. Peress li l-Qaddis tagħna miet fis-sena 559, dawn il-festi bdew fis-6 ta’ Novembru 1959, biss daħlu fl-aqwa tagħom bejn il-21 t’Awwissu u l-21 ta’ Settembru ta’ l-1960. Għal dawn il-festi ġew mistiedna għall-funzjonijiet tal-knisja l-kapitli kollha ta’ Malta, kif ukoll l-isqfijiet ta’ Malta u Għawdex.36 Il-mużika fil-knisja kienet f’idejn Maestro Vincenzo Bugeja u ħafna għadhom jiftakru s-seħer tal-kant ta’ l-innu u l-antifona. Il-purċisjoni bl-istatwa ta’ San Leonardu intemmet f’nofs il-lejl b’quddiesa mill-Kappillan Pawl Pace fuq it-taraġ tal-Lunzjata.37 Fost l-inizjattivi ta’ din is-sena kienet inkitbet u tqassmet għal wegħdi l-Ħajja Glorjuża ta’ San Leonardu Abbati.

Min-naħa tagħha l-Għaqda Mużikali San Leonardu kienet ħejjiet festi kbar. F’dan iż-żmien il-każin kien għaddej minn atmosfera ta’ entusjażmu kbir u ħidma kostanti; in-nisa ħietu l-purtieri sabiex jakkumpanjaw il-linef, salott u xi għamara li inxtraw għall-okkażjoni, filwaqt li l-irġiel għamlu sena jremblu il-kartun sabiex jgħatu wirja ta’ nar li baqgħet tissemma.38 L-ikbar wirt ta’ din il-festa jibqa l-Innu l-Kbir ta’ Maestro George Martin, jew aħjar l-Innu Tifħir lil San Leonardu Abbati. F’seduta li saret it-Tlieta 7 ta’ Lulju 1954, fi żmien meta kienu qegħdin jinkitbu ħafna innijiet kbar, il-kumitat bit-tir tal-festi ċentinarji f’moħħu idde’ieda li jinkariga lis-Surmast Martin sabiex jikkomponi l-innu, u lil

  • 36 L. Agius, 2006, p.111
  • 37 L. Agius, 2006, p.111
  • 38 L. Agius, 2006, p.111

Dun Frans Camilleri biex jikteb il-kliem.39 Sa dakinhar l-uniċi innijiet kienu Lil San Laeonardu Abbati u dak popolari Bħal Warda li Tgħaxxaq bil-Fwieħa li nkiteb mis-Sależjan Carmelo Galea u li tkanta l-ewwel darba fil-festa ta’ l-1937.40 Maestro Martin aċċetta il-kundizjonijiet imposti mill-kumitat, fosthom li l-Innu jsir propjeta’ tal-Każin, u sa Awwissu irregalah lill-Għaqda senza interessi bil-patt li jiġi rrekordjat fuq ir-rediffusion u jindaqq għall-ewwel darba mill-Banda San Leonardo.41 Għall-okkażjoni tal-festa ċentenarji l-organista tal-knisja, Angelo Spiteri magħruf bħala Ħolin beda jlaqqa’ kor tat-tfajliet id-dar tiegħu sabiex jitgħallmu jkantawh.42 Mal-kor ħadu sehem il-baritanu Joe Bezzina u t-tenur Joe Zammit Harrison u wara l-Innu indaqqu siltiet bħal La Traviata ta’ Giuseppe Verdi, Tanhauzer ta’ Richard Wagner, Marcia Trionfal Aida ta’ Verdi, l-Innu tal-Banda ta’ l-istess Maestro Martin, l-Innu Malti u l-God Save the Queen.43 F’dan il-programm kienu ħadu sehem ukoll it-tenur Giuseppe Farrugia, is-soprana Hilda Mallia u il-Kor tal-Ħamrun taħt id-direzzjoni ta’ Dun Ġużepp Cachia. John Spiteri, dak iż-żmien segretarju, jgħid li kien San Leonardu li nebbaħ lis-surmast Martin sabiex ikkompona l-Innu l-Kbir.

Minbarra l-Banda San Leonardo, għal dawn il-festi ġew mistiedna l-Banda ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq, La Stella tal-Gudja kif ukoll dik ta’ Santa Katerina taż-Żurrieq.44 Grazzi għall-Antropologu Soċjali Jeremy Boissevain, li f’dan iz-żmien kien qiegħed janalizza il-ħajja so’jali f’Ħal Kirkop, nafu x’kienu l-ispejjes wara din il-festa. Dakinhar il-festa swiet £ 1, 465. £302 minnhom inġabru u ntefqu mill-kappillan għal-festi interni li tagħhom kien responsabbli. Il-£1,163 l-oħra inġabru bil-ħidma tal-kumitat sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-festi esterni.45 Ma setgħax jonqos li festa importanti bħal din ma tiġix akkumpanjata minn programm xieraq ta’ nar; fil-fatt dik is-sena kienet intefqet is-somma konsiderevoli ta’ £712 f’materjal biex bih jinħadem in-nar. Boissevain jgħidilna ukoll li bl-eċċezzjoni ta’ l-armar tad-dawl fit-toroq u l-knisja li kien isir minn kuntrattur, ix-xogħol kollhu marbut mal-festa kien isir minn dilettanti Koppin.

Din il-festa tant baqgħet fil-memorji tal-Koppin li fl-1985, ħamsa u għoxrin sena mill-festi ċentenarji u 1425 sena mill-mewt ta’ San Leonardu, inħasset il-ħtieġa li tiġi iċċelebrata festa oħra importanti. Għal din l-okkażżjoni il-programm strumentali kien sar taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta l-E.T. Agatha Barbara li għall-okkażżjoni kienet kixfet lapida kommemorattiva imbierka mill-Monsinjur Carmelo Xuereb, li illum tinsab fis-sala t’isfel tal-każin. Kienu f’dawn il-festi li ġiet imżanża bandiera tal-pittura oħra mill-isbaħ, li għada tintuża sa illum, iddisinjata minn J. Azzopardi. It-tlugħ tal-bandiera kien akkumpanjat mill-Banda San Leonardu li għal din l-okkażżjoni kienet

  • 39 Noti personali ta’ Carmelo Agius

Dwar l-Innu il-Kbir, Maestro George Martin u Dun Frans Camilleri ara: J. Carbone, 2004, pp. 59-61

  • 40 L. Agius, 2003, p.89
  • 41 Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 42 L. Agius, 2006, p.111
  • 43 Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 44 L. Agius, 2006, p.111
  • 45 J. Boissevain, 1993, p.63

daqqgħet b’bandisti Koppin biss, fosthom il-President Leonard Muscat li għal din l-okkażjoni kien tgħallem il-plattini u l-katuba.46 Dan kien iż-żmien meta taħt Maestro Gaetano Zammit il-banda kellha aktar minn 25 bandist tal-post. Madanakollu, żgur li l-aktar memorji stampati f’moħħ il-partitarji huma dawk asso’jati mal-programm tan-nar, li skond il-fehma ta’ bosta, dik is-sena kien xi ħaġa spe’jali tant li għadu jissemma sal-ġurnata ta’ illum.

Festa li żgur għada relattivament friska fil-memorji tagħna hi dik ta’ l-1999 meta l-Għaqda Mużikali San Leonardu fakkret għeluq il-mitt sena mit-twaqqif uffiċjali tal-Banda li seħħ fl-1899.47 F’din is-sena il-festa kienet saret bejn is-16 sat-22 t’Awwissu u għal din l-okkażjoni għall-ewwel darba l-Għaqda Mużikali San Leonardu tellgħet akkademja mużikali t-Tlieta 17 t’Awwissu fil-Knisja parrokjali taħt il-patroċinju tad-Direttur għall-Kultura, is-Sur Ġoġo Mifsud. Kienet serata memorabli fejn il-banda taħt id-direzzjoni tas-Surmast attwali Ugo Buhagiar daqqet siltiet mużikali sbieħ fosthom innijiet, intermezzo, adagio u serenati.48 Il-programm vokali u strumentali tal-Ġimgħa 20 t’Awwissu sar taħt il-patroċinju distint ta’ l-E.T. Guido de Marco President ta’ Malta. Wara l-programm li fih ġew esegwiti overture, sinfonia, selections, themes u innijiet, intlaħaq il-qofol tas-serata meta il-President ta’ Malta kixef irħama kommemorattiva li tbierket mill-wisq Reverendu Monsinjur Batolomeo Bezzina.

  • 46 ‘Tkellimna ma’ Leonard Muscat’, 2004, p.3
  • 47 Dwar din il-festa ara: Programm Festa 1999, G]aqda Mu\ikali San Leonardu, 1999; C. Farrugia, 2000, pp. 99-103
  • 48 C. Farrugia, 2000, pp. 99-101

Nar

Bħall-istess natura sabiħa tiegħu li jsaħħar u jintemm f’nifs wieħed, in-nar trid tapprezzah meta jinħaraq, dak li jibqa’ minnhu wara hu biss il-memorja ta’ dawk li jkunu apprezzawh. Dan kollu jagħmila diffiċli li wieħed jibni storja dettaljata tal-kwalita’ tan-nar li nafu li sa minn dejjem kien jagħmel parti mill-festa. Għalkemm fadal akar studju x’isir, ħafna minn dan li ġej hu frott il-memorja ta’ l-anzjani tagħna, xi informazzjoni li instgħabet il-każin, u xi affarijiet li ġew ippublikati.

Nafu fiċ-ċert illi sa minn sekli ilu n-nar kien jakkumpanja iċ-ċelebrazzjonjiet tal-festa ta’ San Leonardu. Niftakar ċar meta sena ilu kont qiegħed nagħmel ir-riċerka tiegħi dwar il-kwadru titulari fl-arkivji tal-parroċċa, li fost l-ispejjeż fil-Veneranda Lampade għall-festi ta’ San Leonardu fis-seklu tmintax, kien ikun hemm referenzi għal flejjes li inteffqu f’nar u f’materjal sabiex jinħadmu l-murtali. Hawn qegħdin nitkellmu fuq aktar minn mitt sena minn meta twaqqfet is-Soċjeta’ tagħna. Għaldaqstant wieħed jinnota l-importanza li sa min żmien ilu kellu n-nar fil-festi tagħna, xi ħaġa li għada kurrenti illum b’mod speċjali għalina fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Mat-twaqqif tas-Soċjeta’ fl-1858, in-nar waqa’ taħt ir-responsabilita’ tad-dilettanti fi ħdanha sabiex ta’ kull sena letteralment ħallew il-fjamma ta’ devozzjoni lejn San Leonardu tmexxihom. Id-dilettanti anzjani jiftakru il-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom fil-perijodu bikri tas-seklu għoxrin kienu jmorru f’kamra tan-nar Ħ’Attard jaħdmu l-bomba. Boissevain, li fl-1960 kien fostna janalizza il-ħajja soċjali f’Ħal Kirkop jiftħilna tieqa fuq l-importanza tan-nar għal-festi ta’ San Leonardu.49 Xhieda ta’ din l-importanza huma l-flus li ta’ kull sena kienu jammontaw għal parti l-kbira mill-ispejjeż tal-festi esterni. Għall-festa ta’ l-1960 insibu li kienu intefqu £712, jew 61.2% ta’ l-ispejjeż mħallsa mill-Għaqda Mużikali, f’materjal biex bih jinħadem in-nar.50

Qabel il-ftugħ ta’ kamra tan-nar adegwata, in-nar, inkluż il-manifattura tal-porvli kien isir b’mod illegali mill-partitarji fi kmarar fl-għelieqi u f’barrieri abbandunati.51

Sfortunatament din kienet xi ħaga komuni ħafna għal festi kollha sakemm lejn nofs is-seklu għoxrin bdew jinbnew l-ewwel fabbriki tan-nar kif imiss. Kien f’dan iż-żmien li il-kumitat kien qiegħed iħoss il-bżonn li jibni fabbrika tan-nar. Fil- bidu ta’ l-1966 intalbu l-permessi sabiex jinbena post tan-nar fil-limiti tar-Ramlija (illum Sqaq ta’ L-isqof) u biċċa art li Kolina Mizzi ċediet id-dritt li kellha fuqa b’ċens lil Għaqda tagħna. Ix-xogħol ma deherx li dam għaddej, u kif jixhdu xi ritratti li ġew f’idejna, bid-determinazzjoni tas-Segretarju Carmelo Polidano, bl-għajnuna tal-veteran Pawlu Cassar, Manuel Curmi u oħrajn il-fabbrika malajr tlestiet sabiex il-Ħadd 3 ta’ Lulju 1966 sar il-ftuħ uffiċjali tal-fabbrika tan-nar b’ Leonard Spiteri (Pudinu), l-ewwel licensee responsabli mill-fabbrika, jaqta’ iż-żigarella tal-post imbierek minn Dun Ġużepp Theuma, Kappillan ta’ Ħal Kirkop. Hawn ta’ min jagħmel referenza fuq dan Spiteri, dilettant ħabrieki ħafna li wara l-Gwerra trawwem ma’ żewġ tewmin Qriema, biex baqa’ jaħdem in-nar sa xjuħitu. Taħtu trawmu bosta bħal Leonard Muscat, li għadu jaħdem sa illum, u dilettanti oħra li sa ġenerazzjoni ilu kienu għadhom jaħdmu n-nar.

Iżda l-progress ta’ nofs is-snin sebgħin wassal sabiex dan il-post tan-nar jiġi żgumbrat wara li inżamm il-permess minħabba l-bini residenzjali li nbena fil-viċinanzi. Minkejja kollox id-dilettanti bħal Leonard Spiteri, Remigio Sacco, Pawlu Farrugia u Leonard Muscat bl-għajnuna ta’ oħrajn, qatt ma’ ħarsu lura biex fis-snin tmenin saħħew mhux bi ftit ir-reputazzjoni tal-kamra tan-nar tagħna.52 Mfittex ferm kien il-beraq pront ta’ Pawlu Farrugia (il-Lisku) u il-kulur ta’ Leonard Muscat. Dan kien żmien meta l-fabbrika tan-nar kienet mogħnija b’ħafna dillettanti li jaħdmu bla waqfien. Ħafna għadom jiftakru l-wirja spettakolari li din il-kamra kellha fl-1985 fl-okkażjoni spe’jali ta’ għeluq il-25 sena mil-festi ċentenarji ta’ l-1960.53 Fl-1986, fuq insistenza ta’ Remigio Sacco li mill-1983 kien il-licensee tal-fabbrika tan-nar u Leonard Muscat, il-President li dam f’din il-kariga għal 28 sena mill-1974 sa l-2002, instagħbet art magħrufa bħala ta’ ~irkes li kienet addatata sabiex tiġi żviluppata kamra tan-nar ġdida. Hekk sar, u f’qasir żmien bl-għajnuna ta’ bosta partitarji qalbiena, inbniet fabbrika tan-nar ġdida bejn Ħas Saptan u Wied Qoton fil-limiti tal-Gudja.

  • 49 J. Boissevain,1993, p.63
  • 50 J. Boissevain, 1993, p.63
  • 51 J. Boissevain, 1993, p.63
  • 52 ‘Tkellimna ma’ Leonard Muscat’, 2004, p.3
  • 53 ‘Tkellimna ma’ Leonard Muscat’, 2004, p.3

Is-snin disgħin jibqgħu fuq kollox mfakkra għat-traġedja ta’ l-1992 li ħatfet il-ħajja tal-mibki Frans Attard u li dwara ser nitkellmu ‘il quddiem. Ftit wara dan l-in’ident ir-responsabilita’ tal-fabbrika tan-nar għaddiet f’idejn Mario Camilleri, li sal-ġurnata ta’ illum flimkien ma’sħabu għadu jibni u jtejjeb ir-reputazzjoni sabiħa li mas-snin kisbu id-dilettanti tagħna. Apparti l-wirjiet sbieħ fil-festi ta’ min jgħid li s-snin disgħin raw mewġa kbira ta’ xogħolijiet fi ħdan il-fabbrika tan-nar sabiex dejjem jiġi żgurat ambjent sabiħ, modern u fuq kollox sigur.

Xieraq ukoll li nagħmlu referenza għan-nar ta’ l-art li sfortunatamnet ftit li xejn nafu dwaru. Jingħad li lejn nofs is-seklu in-nar ta’ l-art kien ġeneralment jiġi minn Għawdex. Kien jinġab fuq xi Luzzu dik il-ġimgħa tal-festa u kien jintrefa’ ċ-ċimiterju fil-kamra tal-mejtin biex lejlet il-festa kien jintrama’ mill-persuna Għawdxija li tkun ħadmet in-nar u tkun niżlet apposta biex tarmah. In-nar f’dan iż-żmien kien jikkonsisti f’irdieden tal-qasab li ġeneralment kienu jinħaqru bil-gassijiet u l-funtani. Kien xi żmien wara li n-nar ta’ l-art kien jinħadem mill-istess partitarji b’mod mekkanizzat għal dak iż-żmien.54 Lejn l-aħħar tas-snin sittin u fis-snin sebgħin, kien il-mibki Salvu Sacco li kien rawwem bosta żgħażagħ fil-manifattura tan-nar ta’ l-art, fejn aktar ma għadda ż-żmien aktar beda jinħadem xogħol kbir mekkanizzat. Sa l-aħħar tas-snin tmenin in-nar ta’ l-art kien jintrama f’Misraħ San Leonardu, u f’xi okkażjonijiet jingħad li kien isir nar bi kwantita’ kbira tant li kien jibda minn ħdejn il-Knisja, fi Triq il-Kbira u jibqa’ nieżel sal-fetħa ta’triq San Nikola. Kien biss fis-snin relattivament re’enti li n-nar kollu kiber fid-daqs u għalhekk kellu jintrama fi Pjazza |ernieq. Mas-snin l-affarijiet tjiebu ħafna, speċjalment fis-snin disgħin bil-ħidma ta’ Raymond Camilleri mejgħun minn bosta li għadom involuti sa illum. Il-biċċiet kibru u beda jidħol xogħol mekkanizzat u ktajjen li jinvolvi ħafna ħsieb. L-emfasi prinċipali saret il-kwalita’ fil-kulur tal-gas u fil-funtani ta’ sitt purzieri li baqgħu jinħadmu bl-idejn sal-ġurnata ta’ illum, biex b’hekk inbniet reputazzjoni tajba ħafna fost id-dilettanti lokali.

  • 54 L. Agius, 1996, pp.21-23

Paġna Kerha

Jekk l-150 sena ta’ storja ta’ l-Għaqda Mużikali San Leonardu għandna diversi paġni tad-deheb, żgur li l-Ħadd 31 ta’ Mejju ser tibqa’ għal dejjem il-paġna is-sewda tas-so’jeta’. Kien dakinhar li b’disgrazzja kbira tilef ħajtu waqt xogħol ta’nar b’risq il-festa, il-wisq maħbub u tant mibki ħuna Frans Attard, missier ta’ żewġt itfal u devot ħabrieki ta’ San Leonardu. Sabiex jirrakonta l-ġrajja mistkerħa ser inħalli, dak li fl-opinjoni tiegħi hu l-aqwa artiklu li deher fil-ġurnali ta’ l-għada.

Missier Imut fi Splużjoni ta’ Kamra tan-Nar.55

“ĦAS SAPTAN, IL-Ħadd. – Frans Attard, ta’ 33 sena, minn Ħal Kirkop, missier ta’ żewgt’ibniet ta’ sentejn u ħames snin, tilef ħajtu traġikament illejl meta seħħet splużjoni f’kamra żgħira, li tagħmel parti mill-fabbrika tan-nar tal-Każin tal-Banda San Anard, li fiha kien qiegħed jagħmel taħlita bi preparazzjoni għal-logħob tan-nar.

Sa ftit tal-ħin qabel is-sitta ta’ filgħaxija, Attard kien għadu l-Każin ‘San Anard’ flimkien ma’ bintu, jitkellem u jiċċajta bħas-soltu ma’ sħabu. Minn hemm x’aktarx li ħa lil bintu d-dar waqt li huwa mar jagħti titwila fil-fabbrika tan-nar li l-Każin għandu fl-inħawi ta’ Ħas Saptan fuq ir-riħ ta’ Birżebbuġa.

Hemmhekk kien hemm xi ħbieb tiegħu jaħdmu fuq xi xogħol tan-nar. Huwa mifhum li Attard biddel ma’ Remig Sacco, is-Segretarju ta’ l-Għaqda Mużikali ‘San Anard’. Huwa qagħad jaħdem f’kamra żgħira, fejn soltu ssir dik magħrufa bhala ‘it-taħlita’ għal xi xogħol tan-nar, li tinsab l-ewwel waħda fuq in-naħa tal-lemin hekk kif wieħed ikun dieħel għall-fabbrika.

Għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, dawk li kien għad fadal jaħdmu xi nar fl-istess fabbrika, infurmaw lil Frans Attard li huma kienu sejrin lejn ir-raħal. Jingħad li Attard qal lil sħabu biex imorru għax huwa kien ha jibqa jaħdem hemm peress li kien fadallu jagħmel l-aħħar taħlita.

Nofs siegħa wara mill-irħula tal-viċin instemgħet splużjoni li ġibdet fuq il-post folla kbira ta’ nies. Bl-ispluzjoni, il-kamra tal-ġebel li kellha is-saqaf magħmul mill-asbestos iġġarrfet għal kollox, b’ħafna miċ-ċnagen tagħha jtiru fid-diversi għelieqi li hemm idawru l-fabbrika tan-nar. Il-ġisem imtertaq ta’ Attard ġie mtajjar għal distanza u spiċċa f’nofs għalqa. Il-karozza Datsun Cherry ta’ l-istess Attard u kamra viċin li tagħmel parti mill-kumpless tal-fabbrika tan-nar ħarrbu xi ħsarat.

Fost dawk li waslu minn ta’ l-ewwel fuq il-post kien hemm Dun Pawl Camilleri, Kappillan tal-Paroċċa ‘San Gejtanu’ tal-Ħamrun, li waqaf bil-karozza u mar jagħti l-ewwel għajnuna. Billi nstab li Attard kien mejjet, Dun Pawl ma kellux ħaga oħra x’jagħmel ħlief li jamministra l-aħħar sagramenti.

Apparti l-uffiċjali u l-membri tal-Kumitat u tal-Każin tal-Banda ‘San Anard’, u numru kbir ta’ nies mir-raħal ta’ Ħal Kirkop, fuq il-post waslu wkoll it-tobba Micheal Cordina u Victor Camilleri li ġew imsejjħa mill-Poliklinika ta’ Raħal Ġdid.

Hekk kif instegħmet l-isplużjoni ttajjar mill-ewwel helikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fi ftit mumenti fuq il-post waslu għadd ta’ fire-engines u vetturi tal-Pulizija, fosthom dawk tar-Rescue Unit u Rapid Intervention ta’ l-Assignment Group SAG. Minkejja li ġew imsejjħa żewġ ambulanzi, dawn reġgħu lura lejn l-isptar meta ġie assigurat li ma kienx hemm nies midruba li kellhom bżonn il-kura.

Waqt li kienet għaddejja l-ħidma mill-Pulizija, wasal ukoll fuq il-post il-Ministru ta’ l-Intern u |vilupp Soċjali, l-Avukat Louis Galea. Mitlub jikkumenta dwar l-inċident, il-Ministru Galea qal li din bħal grajjiet oħra simili “kienet wahda ta’ swied il-qalb u ħela ta’ ħajja". “Din hija okkażjoni ta’ dwejjaq għal kulħadd", ikkumenta l-Kummisarju tal-Pulizija, is-Sur Alfred Callejja, li kien fuq il-post tat-traġedja jmexxi l-ħidma intensiva tal-Pulizija.

Aktar tard il-Magistrat tal-Għassa, Dr. Gino Camilleri, għamel aċċess fuq il-post. Huwa kien mgħejjun minn diversi esperti maħtura mill-Qorti.

Il-ħemda li waqgħet fl-inħawi ta’ fejn seħħet l-isplużjoni minn ħin għall-iehor bdiet tinkiser mil-biki u l-ilfiq ta’ ħafna mill-membri tal-Każin tal-Banda ‘San Anard’ li kienu jafu mill-qrib sew lil Frans Attard, li kien jaħdem bhala Suldat fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta. Huwa llum nzerta ma kienx xogħol. L-aħħar xogħol li għamel kien fil-gżira ta’ Għawdex matul iż-żjara li għamel hemm ir-Reġina Eliżabetta II.

Frans Attard, missier ta’ Stacy ta’ ħames snin u Luana ta’ sentejn, ġie deskritt minn kull min kien jafu bħala raġel fuq l-irġiel, eżemplari, kwiet u ċajtier. Membri tal-Każin ‘San Anard’ qalu li dan l-aħħar, Attard kien għamel żmien ma jersaqx lejn il-fabbrika tan-nar. Iżda dan l-aħħar donnu li kien biddel fehmtu u reġa beda jmur jaħdem xi xogħol tan-nar għax għalih il-Festa ta’ San Anard kienet tfisser ħafna.

Fuq ir-raħal ċkejken ta’ Ħal Kirkop, illejla waqa bħal velu ta’ niket. Matul it-toroq dojoq u mserpa tar-raħal ir-residenti nġabru fi gruppi, kollha jitkellmu dwar it-traġedja li kienet laqtet lil wieħed mit-tfal tar-raħal. Waqaf ix-xogħol fuq it-tiżjin li kien qiegħed isir bi preparazzjoni għall-festa ta’ San Ġużepp, li suppost għandha tiġi iċċelebrata nhar il-Ħadd li ġej.

Il-bieb prinċipali tal-Każin tal-Banda ‘San Anard’ ġie imbexxaq u l-kmamar tiegħu kollha ġew mitfija u mbattla mill-membri u l-attivisti tal-Każin. Minflok, dawn inġabru quddiem l-istess Każin, b’kulħadd jirrakkonta xi ġrajja li fiha kien imdaħħal seħibhom Frans Attard. Hawnhekk ukoll seħħew xeni ta’ niket b’ħafna minn dawk preżenti jibku fil-miftuħ it-telfa ta’ ħabib sinċier."

Il-funeral li seħħ it-Tlieta 2 ta’ Ġunju fis 2.30 ta’ wara nofsinhar kien wieħed memorabli hekk kif Ħal Kirkop kollhu niżel jagħti l-aħħar tislima lil Frans. Wara il-quddiesa presente cadavere li għaliha attendew il-Prim Ministru Dr. Edward Fenech Adami, mart l-President ta’ Malta is-Sinjura Tabone, l-Ispeaker Lawrence Gonzi u diversi deputati, it-tebut merfugħ minn sitt membri tal-Forzi Armati ħareġ mill-Knisja fost iċ-ċapċip tal-folla. Dan imbgħad inġarr f’korteo li fih immarċaw numru kbir ta’ suldati għad-daqq tal-marċi funebri li ndaqqu mill-Banda San Leonardu.

L-Għaqda Mużikali San Leonardu ma tista’ qatt tinsa’ is-sagrifiċċju ta’ Frans Attard li ħalla ħajtu jwettaq dak li għalih għadna naħdmu sa illum. Ismu ser jibqa’ mfakkar għal dejjem u kien għalhekk li matul dawn is-snien apparti l-mafkar fil-każin u fil-fabbrika tan-nar, ġew imsemmija għalih maħżen fl-istess post tan-nar, kif ukoll il-kumpless ta’ mħażen li qed jinbnew fir-Ramlija.

  • 55 L-Orizzont – 1 ta’ Gunju, 1992, pp.1,2

Armar

Ma setgħax jonqos li wara li rajna l-istorja ta’ ħafna aspetti tal-festa li għadhom magħna sa illum, ma nitkellmux ftit fuq l-armar li sa minn żmien ilu kien parti integrali tal-festa. Għandna nifhmu illi qabel ma daħlet il-pika ta’ bejn iż-żewġ partiti l-armar kien primarjament jikkonċerna dak tal-knisja. Kien lejn l-aħħar snin tas-seklu dsatax li l-affarijiet ħadu ir-ritmu ta’ illum. Kif ser naraw, b’xorti tajba minn din l-epoka għad fadlilna ħafna mill-opri ta’ l-armar l-aktar importanti, u dak li ġie mibdul minħabba xi ħsarat dejjem żamm id-disinn ta’ l-antik. Għaldaqstant filwaqt li dan jippermettilna li nibnu storja ta’ l-iżviluppi f’dan il-qasam, wieħed għadu jista’ japprezza b’għajnejh stess il-wirt sabiħ li ħallewlna missirijietna.

L-ewwel armar li nafu bih kienu saru kolonni u pedestalli ta’ l-injam għall statwi. Hu mifhum li ħafna mix-xogħol ta’ l-injam f’dan il-perijodu kien isir minn missier Giovanni Battista Cutajar li kien mastrudaxxa, assistit minn ibnu.56 Aktar ‘il quddiem ix-xogħol waqa’ taħt id-direzzjoni ta’ Giovanni Battista mgħejjun minn xi membri fi ħdan l-Għaqda Mużikali. Ma dawn saru erba’ statwi tal-kartapesta, ikoll għand statwarji magħrufa u ilkoll għadhom jidgawdew sa illum. L-ewwel kummissjoni ta’ tlett statwi ingħatat lill-iskultur bravu u msemmi u Karlu Darmanin (1825-1909). Dawn kienu jikkonsistu fi statwi ta’ San Remiġju u r-Re Clodoveo, it-tnejn għadom fi stat tajjeb ħafna, li sa minn dejjem kienu jintramaw fuq iż-żuntier, u l-istatwa tal-Papa li illum tintrama f’ nofs Misraħ San Leonardu. Waqt intervent ta’ restawr li sar fuq l-istatwa ta’ San Remiġju fl-1998, instgħab li fost il-karti li minnhom tkun magħmula statwa tal-kartapesta, kien hemm folja ta’ pitazz iddatata 22 ta’ Mejju 1885 – indikazjoni importanti li tgħina nifhmu iż-żmien li fihom saru dawn it-tlett statwi.57 Fis-snin ta’ wara saru l-istatwi ta’ San Leonardu rebbiegħ fuq l-eresija, x’aktarx xogħol l-aljiev ta’ Darmanin, Vincenzo Cremona (1851-1912) u Santa Clotilde minn idejn l-istatwraju prolifiku Għawdxi Wistin Camilleri li kienet swiet sitt liri biss.58 Santa Clotilde għada tintrama f’ Main Street filwaqt li l-istatwa ta’ San Leonardu hi għal qalb ħafna tal-partitarji u tintrama fuq il-pedestal il-kbir f’Misraħ Kirkop.

Żgur li sa minn meta sar, il-pedestall il-kbir kienet u għada l-aktar biċċa armar li tagħmel unur lill-Għaqda Mużikali San Leonardu. Huwa fatt ċert li din il-biċċa xogħol għandha madwar mitt sena, xhieda ta’ dan huma l-istqarrijiet tax-xjuħ Koppin li jiftakru ix-xjuħ tagħhom jgħidu li jafuh jintrama minn dejjem. Tradizzjonalment hu maħsub li dan il-pedestall inħadem fil-Kottonera li dak iż-żmien kienet żona li tilqa’ fiha mastrudaxxi kapaċi u nies tas-sengħa ta’ l-għola livell. Diversi dillettanti jsostnu li d-disinn ta’ dan il-pedestal setgħa sar mill-bravu Abram Gatt (1863-1944) li kien jgħix Bormla. Flimkien ma’ Emmanuele Buhagiar (1876-1962),59 Abram Gatt iddomina x-xena fid-disinn ta’ affarijiet liturġiċi u opri ta’ armar għal festi lokali bejn is-sekli dsatax u għoxrin.

  • 56 J. Carbone, 1999 [i], pp.35-36
  • 57 C. Farrugia, 1998, pp.38-39
  • 58 L. Agius, 1997/98, p.179
  • 59 Emanuele Buhagiar hu l-awtur tal-ventaltar tar-ru\arju, il- bradella ta’ l-istatwa ta’ San Leonardu u t-tabernaklu li jintrama’ fil-festa u l- l-istess qaddis.

Fl-1951 dan il-pedestall kien tkisser f’inċident tat-traffiku u reġa’ ġie irranġat fl-1961 bl-insistenza ta’ Vitor Chircop u {anni Spiteri u xogħol Karmenu Agius u Ninu Busuttil li kellu jerġa’ jibnih mill-ġdid b’ħafna paċenzja għaliex tant kien mkisser li kien inġabar ġo xkejjer.60 Hekk kif tlesta dan ġie miżbugħ, irħamat u indurat mill-ġdid taħt id-direzzjoni ta’ Leonard Agius.

Ta’ min jinnota li sa minn dan il-perijodu, bejn is-seklu dsatax u għoxrin, missirijietna ma kienux ifittxu għall-ispejjes u kienu jmorru għand l-aqwa esponenti ta’ dak iż-żmien, artisti li ħallew impatt fuq l-istorja artistika ta’ Malta. Bl-eċċzzjoni ta’ Vincenzo Cremona, l-artisti kollha li semmejna s’issa għandhom konnessjoni intima ma’ l-opri tal-knisja, sinjal ieħor, jekk qatt kien hemm bżonn li minkejja iċ-ċokon ta’ raħal b’riżorsi limitati, il-Koppin kienu dejjem jagħmlu li jikkommisjonaw l-aħjar esponenti. Dan l-ispirtu jinħass ukoll meta wieħed iħares lejn żewġ bandalori irakmati antiki li għadna l-każin. Waħda magħmula minn satin aħmar u b’rakmu tad-deheb, kif diġa semmejna, hi iddatata għall-1928 u kienet inġabret bit-tħabrik ta’ Pawlu Ellul (ta’ Marinton) fl-1920 u l-oħra tal-bellus aħmar irrakmata bid-deheb li saret fl-1949.61 Din ta’ l-aħħar saret fuq disinn ta’ Giuseppe Galea (1911-1933) u nħadmet għand is-sorijiet ta’ Ġesu’ Nażżarenu ż-Żejtun, filwaqt li il-lasta u l-labarda bl-iljun inħadmu għand id-ditta Robinich ta’ Għajn Dwieli.62

Apparti il-kolonni, pedestalli u statwi li ssemmew, fil-bidu tas-seklu għoxrin kienu saru sett trofej u kolonni b’gastri tal-landa li f’nofshom kien ikun hemm pilandri jinxtelgħlu bl-aċitilena. Dawn il-gastri fl-aħħar gwerra nkisru u saru mill-ġdid minn Serafin Farrugia, membru ta’ l-istess soċjeta’, mgħejjun minn Leonard Muscat, Salvu Sacco u Leonard Galea fil-pilandri li kienu reġgħu saru wkoll, din id-darba jinxtelgħu bl-elettriku, iż-żebgħa kienet f’idejn Leonard Agius.63 Dan l-armar kien għadu magħna sa ftit snin ilu sakemm kif se naraw ‘il quddiem sar ħafna xogħol fuqhom fid-disgħinijiet. Lejn nofs is-seklu, jakkumpanja dan l-armar kien hemm id-drapp, b’mewġa ta’ pavaljuni u bandalori li illum spiċċaw. Fuq inizjattiva ta’ Salvu Sacco u Gregory Sacco, il-kumitat tas-sena 1979 kien ħa ħsieb il-bidu ta’ pjanċier tal-banda fuq disinn ta’ l-artist |ejtuni Toussaint Busuttil (1912-1994). F’dawn is-snin ukoll tnehdid l-inizjattiva li d-dawl tal-festa jibda jiġi armat mill-partitarji tagħna, b’hekk f’qasir żmien fuq bil-ħidma ta’ Rosario Agius mgħejjun minn bosta, it-toroq Koppin ġew imdawla għall-okkażjoni.

Is-snin disgħin raw mewġa kbira ta’ entużjasmu li rat ħidma kbira minn naħa ta’ Remigio Muscat assistit minn Frans Galea u Christopher Farrugia li għamlu minn kollox sabiex jirranġaw il-wirt ta’ armar antik u jkomplu jżiedu miegħu b’armar magħmul mill-fibre sabiex ikun jiflaħ il-maltemp ta’ Settembru. Ta’ min jgħid li mill-1995 sa llum rajna sensiela sħiħa ta’ proġetti ambizzjużi.

  • 60 L. Agius, 1997/98, p.180 ; ‘Tag]rif Dwar il-Pedestal’,1996, p.27
  • 61 J. Carbone, 1999, p.45
  • 62 Noti personali ta’ Carmelo Agius
  • 63 L. Agius, 1997/98, p.179

Fl-1995 sar restawr fuq il-pedestal il-kbir. Inbidel l-injam u l-iskultura li kienet tmermret ovvjament, b’rispett totali lejn dak li kien hemm qabel, u reġa’ ġie ndurat u rħamat mill-ġdid minn Carmelo Psaila ta’ Ħal Luqa. Fl-1998 sar ħafna restawr, fosthom fuq l-istatwa ta’ San Remiġ minħabba l-ħsara li kkawża l-maltemp u sa l-1999 inbidlu l-kolonni tal-gastri u saru tlettax il-kolonna għal Misraħ Kirkop u Triq il-Parro’’a, dawn kollha saru fuq l-istess disinji ta’ l-armar antik li semmejna aktar qabel. Fl-2001 saret estensjoni ta’ sular fil-maħżen ta’ l-armar biswit il-każin bħala parti minn proġett ambizzjuż li kien beda fis-sena 2000, dak li jsir armar estensiv għal Misraħ San Leonardu. Il-proġett invova disa’ pedestalli iddisinjati minn Carmelo Psaila, sitta minnhom għal sett ta’ sitt anġli ta’ Renzo Gauci minn Ħal Tarxien. It-tlett pedestalli l-oħra intużaw għall-istatwi ta’ Karlu Darmanin. Il-proġett tlesta fl-2002 sabiex sena wara dan l-armar ġie akkumpanjat minn sett ta’ erbgħa trofej, disinn, induratura u rħamar ta’ Carmelo Psaila. Fis-snin ta’ wara fost xogħol ieħor ta’ min isemmi il-fa’’ata tal-Każin li ġiet mogħnija b’drapp artistiku u dekorazzjoni fl-injam madwar l-aperturi u l-gallerija disinn u pittura ta’ David Borg minn Ħaż |abbar. Dan kien proġett li beda fl-2005 grazzi għal kollaborazzjoni tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ulied il-Patrun San Leonardu.

Illum

llum l-Għaqda Mużikali San Leonardu għada tħaddan l-iskop li għalih ġiet imwaqqfa 150 sena ilu, dak li taħdem id f’id mal-knisja sabiex tkompli tkattar id-devozzjoni lejn il-qaddis patrun tagħna. Sabiex nikkumplimentaw il-festi tal-knisja, l-Għaqda tagħna għada tieħu ħsieb il-festi esterni kollha, minn banda, għall-armar, nar u radju tal-komunita’, Radju Leonardo li fuq frekwenza ta’ 105.2FM beda jxandar fil-jiem tal-festa fl-2005. Fid-dawl ta’ din il-ħidma kollha, l-Għaqda bis-sezzjonijiet kollha, fosthom id-delegati tal-Banda, is-sezzjoni nisa, is-sezzjni |għażagħ Ulied il-Patrun u d-dilettanti tan-nar u l-armar, turi entusjazmu kbir u dedikazzjoni fl-impenn kostanti tul is-sena kollha. Huwa propju dan is-sens ta’ sagrificcju li jqanqal l-entusjażmu meħtieg biex iżomm il-każin ħaj matul is-sena kollha, għaliex tabilħaqq ix-xogħol fi ħdan Għaqda Mużikali bħal tagħna b’livell ta’ festa ta’ dawn l-aħħar snin sar jitlob impenn mhux biss fix-xhur tas-Sajf iżda matul is-sena kollha.

L-Għaqda Mużikali San Leonardu baqgħet tibni fuq il-valuri u il-progress tal-kumitati u partitarji pre’edenti biex f’dawn l-aħħar snin għamlet diversi kisbiet importanti. Fis-27 ta’ Novembru 2007, il-Banda San Leonardo kitbet paġna tad-deheb fl-istorja tagħha meta fuq stedina ta’ l-Għaqda Każini tal-Baned, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja patruna tal-mużi’isti, esegwixxiet program strumentali ġewwa t-Teatru Manoel. Din kienet okkażjoni unika li biha ftaħna dawn il-festi anniversarji biex il-Banda tagħna kompliet iżżid mal-prestigju tagħha din id-darba fuq livell nazzjonali.

Id-dilettanti ta’ l-armar għarfu jqumu għall-okkażjoni u daħlu għal żewġ proġetti kbar. Din is-sena ser naraw it-tisbieħ ta Misraħ Kirkop b’sett ta’ seba’ kolonni bil-gastri u pilandri majestużi li ser jiġu akkumpanjati minn erba’ trofej b’busti tal-bravu skultur Christopher Ebejer mill-Qrendi u bandalori ta’ David Borg. L-armar kollhu sar mid-dilettanti tal-post fuq disinn ta’ Carmelo Psaila. Ma dawn wieħed ma jistax jinsa’ l-bini ta’ kumpless ta’ tlett imħażen msemmi għal Frans Attard, minflok il-fabbrika tan-nar l-antika tar-Ramlija, li issa wasal fil-fażijiet finali tiegħu. Dan jikkumplimenta max-xogħol kontinwu ta’ manutenzjoni ġewwa il-każin, fejn sa sena ilu sar xoghol estensiv ta’ tisbieħ fis-sala ta’ fuq u fil-kappella.

Id-dilettanti tal-fabbrika tan-nar immexxija mid-dedikazzjoni ta’ Mario Camilleri mgħejjun mill-esperjenza ta’ Leonard Muscat kompliet ittejjeb ir-reputazzjoni tagħha fost id-dilettanti lokali mhux biss għal murtali tal-kulur iżda fuq kollox għal beraq pront li għalih spikkat f’dawn l-aħħar snin. Ta’ min isemmi x-xogħol kontinwu ta’ tindif u mannutenżjoni, li sar f’dawn l-aħħar snin f’kollaborazzjoni mas-Civil Protection sabiex inkunu żguri li jiġu garantiti kull misura ta sigurta’. Għal snin sħaħ il-kamra tan-nar kienet fuq quddiem mhux biss għal wirjiet pirotekni’i tagħha iżda wkoll għan-nar sikronizzat mal-mużika, kif ukoll għan-nar ta’ l-art li minkejja kollox baqa’ jinħadem bl-idejn sabiex tiġi garantita l-emfasi fuq il-kwalita’. Xhieda ta’ dan kollhu hu il-bejgħ ta’ nar ta’ l-ajru u ta’ l-art li ta’ kull sena jkollna sabiex jakkumpanjaw il-festi ta’ madwar Malta u Għawdex.

L-aħħar referenza tiegħi tmur lejn iż-żgħażagħ, l-irġiel u n-nisa ta’ għada li permezz tagħhom nistgħu inħossu il-polz tad-direzzjoni li ser tieħu l-Għaqda Mużikali San Leonardu. L-element żagħżugħ kemm fil-kumitat ċentrali, fost id-dilettanti tan-nar u l-armar u wisq aktar fi ħdan is-Sezzjoni Żgħażagħ Ulied il-Patrun San Leonardu huwa b’saħtu u ser jibqa’ is-sinsla tagħna. L-energija u l-imħabba li jitfgħu huma fil-ħidma tagħhom b’risq is-Soċjeta’ hija xhieda ħajja li dak li għalih ħadmu missirijietna matul dawn il-150 sena ser ikompli jitkattar fis-snin li ġejjin.

Tagħrif u riċerka miġbura minn Kenneth Cassar B.A. (Hons.) History of Art

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Ignazio Catania 1899 *
02 Anġelo Pace 1942* 1946
03 Joseph M. Bilocca 1946 1948
04 Leonard Agius 1948 1951
05 George Martin 1952 1972
06 Michael Angelo Farrugia 1972 1979
07 Gaetano Zammit 1979 1995
08 Ugo Buhagiar 1995 2016
09 Daniel Vella 2016

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Chev. Gustaf Gollcher 1899 *
02 Tumas Falzon
03 Angelo Spiteri 1961* 1962
04 Karmenu Falzon 1962 1963
05 Joseph Buhagiar 1963 1965
06 Remiġio Sacco 1965 1967
07 Leonard Muscat 1967
08 Leonard Callus 2007
09 Louis Zammit 2007
  • Not known the some names of Presidents and conductors and duration periods in their appointment during this time as we took in the war lost documents when the club fell

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Kenneth Cassar B.A.(Hons) M.A.

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Daniel Bonnici B.Sc. (Hons)

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - Marċi Brijużi (2003) - Mill-Għaqda Mużikali San Leonardu Kirkop 2003 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi (2017) 2017 *
03 Insellmulek O Kbir Leonardo 2017 *

Programmes and Publications

Memorials

External links