Joseph M. Bilocca

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. Joseph M. Bilocca

Mro. Joseph M. Bilocca twieled iż-Żurrieq fit-28 ta’ Jannar 1914, iben Spiridione u Maria Anna nee’ Mamo miż-Żurrieq.

Ta' eta ċkejkna beda jitgħallem il-mużika mal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq, fejn wara li ħareg idoqq il-kurunetta mal-istess Soċjeta Karmelitana. Maż-żmien ma' din is-soċjeta kien jgħallem il-mużika, wara li hu kien kompla 1-istudju tiegħu għand is-Surmast Giuseppe Casapinta.

Mas-Socjeta Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, is-Surmast Bilocca serva għal basta snin bħala President ta' din is-soċjeta, fejn nistgħu ngħedu, beda l-karriera mużikali magħha. Fl-istess żmien, kien imur jgħallem il-mużika L-Imqabba, fejn wara ġiet iffurmata l-Banda Madonna tai-Gilju.

Serva wkoll bħala Assistent Surmast mal- Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria u kien jgħallem il-mużika fil-Każin tal-Soċjeta Mużikali Madonna tal-Ġilju ta' l-Imqabba fil-bidu tas-snin erbgħin.

Mro. Bilocca kellu l-unur Ii jidderieġi I-Banda Nazzjonali fl-1964 fir-Radio City Opera House l-Ħamrun.

L-istrument tiegħu kien il-kurunetta. Kien Surmast Direttur tal-Soċjeta Mużikali San Ġużepp (Ħal Kirkop) u tal-Għaqda Mużikali Maria Assunta Gudja A.D. 1919.

ls-Surmast Joseph M. Bilocca u martu Carmela f'jum it-tieġ tagħhom. Għal ftit snin huwa serva wkoll bħala surmast mall-Banda, San Leonardu ta' Ħal-Kirkop. Wara huwa ġie maħtur Surmast Direttur tal-Banda Our Lady of Consolation tai-Gudja, ilium magħrufa bħala, L-Għaqda Mużikali Marija Assunta. Ma' din is-soċjeta huwa dam surmast direttur għal madwar erbgħin sena, fejn wara ġie maħtur Surmast Onorarju mal-istess soċjeta. Tul dan iż-żmien kollu, huwa kien ukoll Assistent Surmast mal-Banda Beland taż-Żejtun u fl-1979 huwa nħatar Surmast Direttur mas-Soċjeta Mużikali San Ġużepp ta' Ħal-Kirkop.

Is-Soċjeta tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria kient ferm għal qalbu, speċjalment meta jasal ix-xhar ta’ Lulju meta jsir il-festa tal-Karmru. Għal kemm kien jagħmel parti minn din Soċjeta Karmelitana, xorta kien jitla' f'Settembru, għall-festa titulari ta' Santa Katarina taż-Żurrieq u eħrillu jiltaqa' ma' bosta Żrieraq bħalu, jitkellmu dwar tfulithom. lż-żmien twil li dam mas-Soċjeta Mużikali Marija Assunta u dik ta' San Ġużepp ta' Ħal-Kirkop kienu żmienijiet sbieħ għalih.

Għalkemm il-kitba tal-marċi kienet ferm għal qalbu, hu kellu s-sengħa ta’ mastrudaxxa u kien ukoll iiħobb il-festa ta’ San Ġużepp.

Mro. Joseph M. Bilocca

Għalhekk hu kien jagħmel diversi kuntatti ma' bosta żgħażagħ fejn kien iservi bħal Surmast biex iħajjarhom jitgħallmu l-mużika. Apparti li kellu l-jiem tiegħu meta jmur jgħallem, kien issib ħinijiet oħrajn meta l-alliev ma jkunx jista' jattendi, biex il-lezzjoni tal-muzika ma jitlifhiex. Kien jagħmel kunċert darba fil-gimgħa u meta toqrob il-festa kien jagħmel tnejn fil-ġimgħa. Kienet ii-Festa ta' San Ġużepp tas-sena 1979, meta membri tai-Kumitat tal-istess Soċjeta Muzikali ġew u stednuh biex ikun is-Surmast l-ġdid tagħhom. Kien aċċetta u mar mal-ewwel u mexxa l-marċ magħruf mal-Koppin bħala l-Marċ tas-Siegħa.

Fil-Milied kien għamel sett ta' marci u innijiet tal-Milied li għadhom fl-arkivju tas-Soċjeta Ġużeppina. Ma' din is-Soċjeta Ġużeppina, kellu xorti li jifraħ magħhom, meta kienet ingiebet l-lstatwa ta' San Ġużepp mir-restawr, fejn ħadem id f'id mal-Kumitat biex l-lstatwa ta' San Ġużepp tingieb bil-banda, Fil-jiem tal-Ġimgħa l-Kbira kien beda jsir programm ta' marċi funebri fil-pjazza ta' Ħal-Kirkop. L-iskop ta' dan il-programm kien li s-Soċjeta ssellem Iill dawk il-membri u bandisti li ħallewna. ls-Surmast Bilocca kiteb diversi marċi u innijiet għal din is-Soċjeta, fosthom l-lnnu tal-Banda, San Ġużepp. lr-raħal ta' Ħal-Kirkop u l-poplu ta' dan ir-raħal saru qishom il-familja tiegħu. Tant hu hekk li meta spiċċa minn ma' din is-Soċjeta ġie maħtur bħala Surmast Onorarju.

Meta rrizenja minn Surmast Direttur, tas-Soċjeta Mużikali San Ġużepp (Ħal-Kirkop). Is-soċjeta ħatritu Surmast Onorarju fejn dam sal-mewt tiegħu Ii ġrat Fis-6 ta' Mejju 1996, is-Surmast Bilocca ħalla din id-dinja, fl-eta ta' 82 sena. L-imħabba u għozza li hu kellu lejn il-mużika, is-soċjetajiet li hu serva u 1-bandisti li hu għallem, kienu xhieda ta'dan meta attendew għall quddiesa konċelebrata li saret fil-Knisja arċimatriċi u arċipretali ta’ Santa Marija fil-Gudja.

Mro. Joseph M. Bilocca kien miżżewweġ lil Carmen u kellhom erbat itfal.