Aaron Borg

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Aaron Borg M.Ed., B.Ed, (Hons), Dip C.S.Ed. twieled il-Mosta fid-29 t’ Awwissu, 1978. Huwa ġej minn familja mużikali, beda jistudja t-teorija u l-prattika tal-mużika mas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta taħt it-tagħlim tas-sengħa ta’ Mro. Paul Busuttil.

Kompla l-istudji tiegħu fil-Malta School of Music taħt it-tagħlim ta’ Mro. Philip Psaila li taħtu għadda milll-eżamijiet kollha fil-Prattika tal-Kornu fil-Malta School of Music. Attenda wkoll numru ta’ masterclasses li jinvolvu daqq ta’ l-istrumenti tar-ram u speċifikament daqq tal-Kornu ma’ Mro. Ian Davies, Mro. Jose Garcia Gutierrez, Mro. Zora Slokar, Mro. Angelo Bonaccorso, Mro. Miklos Nagy, Mro. Guglielmo Pellarin, Mro. Nilo Caracristi u Mro. Giuseppe Panepinto.

Fl-2019, ipparteċipa fil-Festival Cornisto dell’ Etna f’Zafferana Etnea, fi Sqallija. Studja t-teorija tal-mużika u l-arranġamenti mużikali ma’ Mro. Manoel Pirotta.

Aaron Borg huwa regolarment impenjat biex idoqq il-Kornu f’orkestri, gruppi ta’ chamber u baned ta’ kunċerti bħal: • Orkestra Filarmonika ta’ Malta • Malta Concert Orchestra • The Palace String Orchestra • Amadeus Chamber Orchestra • Banda tal-Pulizija ta’ Malta (mużiċist mistieden u Kuntistabbli tal-Pulizija Riservat) • Orkestra taż-Żgħażagħ u Wind Band ta’ Għawdex • diversi każini tal-baned lokali f’Malta u Għawdex.

Daqq ma’ mużiċisti internazzjonali magħrufin ħafna bħal Steven Mead, David Childs, Frate Alessandro Brustenghi, Pupo u The Priests. Fl-2020 ħadem ukoll ma’ orkestra Taljana li akkumpanjat lil Andrea Bocelli waqt iż-żjara tiegħu f’Malta. Ħadem mill-qrib ukoll ma’ artisti oħra bħal Funk Initiative ma’ Gianluca Bezzina u Paul Torpiano fost il-membri tal-band u bħala solista ma’ Corazon Mizzi waqt L-Għanja tal-Poplu 2016 bil-kanzunetta rebbieħa tagħha “X’se jsir?”

Daqq wkoll f’diversi musical li saru f’pajjiżna: • Jesus Christ Superstar • Cats • Phantom of the Opera • Ġensna • Scrooge • Anne of Green Gables • Sweeney Todd • Sound of Music

Daqq wkoll f'dawn l-Opri: • Der Shauspieldirektor (Mozart) • Amahl u l-Viżitaturi bil-Lejl (G. Menotti) • La Traviata

Daqq f’numru kbir ta’ recordings li jvarjaw minn mużika funk sa kantati u oratorji. Fost dawn jiftakar ir-recording ta’ Cartographers minn Funk Initiative kien irrekordjat u prodott minn David Vella fi Temple Studios, il-Mistra u mastered minn Fred Kevorkian fl-Avatar Studios, New York. Aaron kien involut f’ għadd kbir ta’ recordings ta’ oratorji, kantati u mijiet ta’ marċi festivi u funebri tal-banda.

Fost il-punti ewlenin tal-karriera tiegħu bħala mużiċista kien li jdoqq bħala solista. L-ewwel solo tiegħu kien il-Premiere ta’ Andante for Horn kompost minn Mro. Mario Galea. Indaqq mis-Soċjetà Filarmonika La Stella A.D. 1863 tar-Victoria (Rabat) Għawdex fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, taħt id-direzzjoni tal-Profs. Mro.Joseph Vella fit-12 t’ April 2014.

Solos oħra magħmulin minn Czardas ta’ Vittorio Monti rranġati għal żewġ qrun ta’ Mro. Aurelio Belli liema biċċa ġiet esegwita flimkien ma’ Josef Camilleri taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Anthony Carbonaro fil-31 ta’ Diċembru 2015. L-istess biċċa bħala solista daqqha ukoll f’Awwissu 2016 f’Birkirkara.

Aaron Borg jokkupa l-kariga ta’ Assistent Surmast fil-Każin tal-Banda tas-Soċjeta Mużikali La Stella Levantina A.D. 1984 ta’ Ħ'Attard u mal-Banda tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta’ Ħal-Qormi u għal numru ta’ snin kien għalliem tar-ram fil-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes San Gwann.