Anthony Carbonaro

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Is-Surmast Anthony Carbonaro twieled f’ Birkirkara fit-22 t’Ottubru 1964 minn Paul u Mary Carbonaro. Irċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tal-Istat ġewwa Birkirkara u dik sekondarja fil-Kulleġġ ta’ Sant’ Elija f’Santa Venera. Fil-familja tiegħu dejjem kellu xi mużiċist li kien ta’ inspirazzjoni sabiex minn eta' żgħira tħajjar hu wkoll u beda jitgħallem it-trumbun cantabile u ‘l quddiem is-Slide Trombone mas-Surmast Gabriel Muscat mal-Banda ta’ Għaqda Mużikali Sant' Elena ta’ Birkirkara u l-Għaqda Mużikali San Gabriel ta’ Ħal-Balzan.

Sentejn wara beda jagħti s-servizz tiegħu ma’ diversi baned kemm f’ Malta kif ukoll f’ Għawdex. Fl-1984 ġie avviċinat mill mibki Surmast Clemente Sciberras biex jibda jgħallem l-istrumenti tar-ramm ma’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Elena, kariga li għadu jokkupa sal-lum. Wara li beda xi studju elementari ta’ teorija taħt is-Surmast Joseph Vella, huwa kompla l-istudji tiegħu taħt is-Surmastrijiet Paul Borg u Ivan Borg.

Fl-1985, wara kors intensiv, huwa gradwa bħala nurse u żamm dan ir rwol bħala l-professjoni tiegħu sabiex f’dawn l-aħħar snin huwa kien appuntat responsabbli mid dipartiment tal- Flebotomija ġewwa l-Isptar Mater Dei.

Fl-1994 attenda kors fid-direzzjoni tal banda ġewwa l-Italja mal-Associazzione Nazionale Bande Musicali Autonome taħt is-Surmast Antonio Saccone, Direttur tal- Orkestra ta’ Napli. Fl-1995 attenda kors simili, din id- darba taħt is-Surmast Fulvio Creux ex-Direttur tal- orkestra tar-RAI u l-kollega tal-famuż Direttur Zubin Mehta. Fl- istess sena ipparteċipa mal-Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara fil- European Symphonic Band Contest ġewwa Valencia - Spanja, fejn l-istess Banda ikkwalifikat fit-tielet post. Bħala mużicist stabbilit ġewwa pajjiżna, is-Surmast Carbonaro ipparteċipa f’diversi okkażjonijiet barra minn xtutna kemm bħala mużiċist u anke bħala surmast. Fl-2022, huwa ġie rikonoxxut bl-ogħla rikonoxximent għal ħidmietu fil-kamp mużikali mill- Kunsill Lokali ta’ Birkirkara bl-għoti ta’ Ġieh Birkirkara.

Anthony Carbonaro huwa Surmast Direttur tal-Band tas-Soċjeta Mużikali San Girgor (Sliema), ma’ liema Soċjeta’ din is-sena qed jagħlaq ħmistax-il sena. U għal din l-okkażjoni fl-15 ta’ Marzu, 2025 kien is-Surmast Direttur ta’ l-Oratorio Sanctus Gregorius Magnus.

Huwa wkoll Assistant Surmast tal-Banda tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċiżżjoni tal-Ħamrun, kif ukoll ta’ l-Għaqda Mużikali San Gabriel Ħal- Balzan u tas-Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun. Is-surmast Carbonaro huwa kompożitur ta’ diversi marċi popolari u innijiet fil-gżira tagħna.