Difference between revisions of "Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Line 52: Line 52:
''Pregmo Sig. John Ellis''
''Pregmo Sig. John Ellis''
Lia''
Lia''
Iktar tard Dun Baskal reġa’ kiteb lill-Papa fejn talbu f’isem il-membri kollha tal-każin, sabiex jagħti '''Indulġenza Plenarja''' lis-soċji kollha. Hawnhekk il-Papa Qaddis innifsu b’ittra miktuba minn idejh stess laqa’ din it-talba u ikkonċeda Indulġenza Plenarja lis-soċji kollha jekk dawn iqerru u jitqarbnu jew nhar il-festa ta’ '''Santa Ċeċilja''' jew il-Ħadd ta’ wara. Din l-ittra li hija relikwa mill-aqwa ta’ dan il-Papa Qaddis, ukoll tinsab b’għożża kbira fis-Sala tal-każin.
== L-Inawgurazzjoni tal-Banda ==
Is-Surmast Miruzzi beda jlaqqa’ lill-bandisti allievi ta’ spiss u fi ftit xhur irnexxielu jwassal il-banda l-ġdida li tista’ tagħmel programm tal-inawgurazzjoni tagħha. Dan ġara fit-30 ta’ Diċembru 1906, meta l-planċier ġdid ġie mżanżan fuq iz-zuntier tal-knisja u l-Isqof [[Pietru Pace]] bierek żewġ standarti rregalati lill-banda l-ġdida mill-Kurunell '''John Francia''' u mill-Kurunell Markiż '''Giovanni DePiro''', it-tnejn tar-'''Royal Malta Militia'''. Folla mdaqqsa assistiet għal dan il-programm mużikali u meta l-banda spiċċat iddoqq is-sinfonija '''Ogni Principio è Forte''' li s-Surmast Miruzzi kkompona apposta, in-nies infexxew iċapċpu sabiex juru l-apprezzament tagħhom. Wara sar diskors tal-okkażjoni mill-President tas-soċjetà is-Sur John Ellis, fejn ippreżenta bakketta tal-ebanu interzjata bil-fidda lis-surmast Miruzzi, bħala sinjal ta’ qima u ta’ rikonoxximent.
Meta spiċċa l-programm, in-nies ġew mistiedna għal trattament lussuż fid-dar 130, Main Street, Lija, li fih kullħadd, bandisti, soċji u ammiraturi, kiel u xorob fost il-ferħ u l-briju li jġibu magħhom okkażjonijiet bħal dawn.
Wara li għadda kollox, il-kumitat induna li għal dan it-trattament kellu joħroġ ’il fuq minn mitt lira u hekk il-kaxxa batiet u s-soċjetà kellha ssib ruħha fid-dejn. Hawnhekk ġie maħtur bħala teżorier is-Sur Salvu Mifsud li, bil-għaqal u l-ħidma tiegħu, irnexxielu jerġa’ jġib lis-soċjetà fuq saqajha, tħallas id-dejn u l-banda reġgħet bdiet tiltaqa’ u tkompli bil-ħajja normali ta’ qabel.
Hekk naraw li dan l-inkwiet finanzjarju ma tellifx il-ħidma li għaliha twaqqfet is-soċjetà – dik mużikali. Tant hu hekk li f’Jannar tal-1907 il-banda Pio X ġiet mistiedna mill-każin Konti Ruġġieru tar-Rabat sabiex twettaq programm mużikali nhar il-festa ta’ San Pawl. Il-programm kien sabiħ u ntgħoġob tant li r-Rabtin bħala sinjal ta’ ħbiberija u ammirazzjoni rregalaw lill-banda tazza tal-fidda.
Ftit wara l-banda ġiet mistiedna sabiex iddoqq programm fiż-Żejtun u minn hemm il-quddiem stedin ieħor bħal dan baqa’ jiżdied minn sena għal sena. '''R. Vassallo La Rosa''' laħaq president fit-28 ta’ Marzu 1909.
F’Ġunju 1910, il-banda ħadet sehem fl-isfilata li saret il-Belt [[Valletta]], fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tar-'''Re Ġorġ V'''. Fost dokumenti tal-każin insibu ittra ta’ ringrazzjament u inkoraġġiment iffirmata minn Dr. [[Enrico Mizzi]] LL.D. għas-sehem li ħadet il-banda billi kienet wettqet programm ta’ mużika fil-ġnien tal-Ġeneral '''Barron'''. Is-Sur '''Luiġi Agius''' laħaq President fl-10 ta’ Ottubru 1911.
Il-każin tal-banda kompla jikber fil-għadd tal-membri. In-nies ta’ Ħal Lija kienu jieħdu gost jisimgħu l-banda tagħhom iddoqq, u bosta kienu dawk li kienu jmorru jisimgħu l-kunċerti fil-bitħa tal-każin. Nhar il-'''Festa tas-Salvatur''' 1910, il-bandisti żanżnu l-uniformi tas-sajf u l-każin kien nefaq £40 sabiex il-banda jkollha l-uniformi tagħha. Matul is-sena 1912 sar trasferiment mill-ewwel dar fejn kien il-Każin, No 41 Strada Reale, għall-post li qegħdin fih illum li dak iż-żmien kien 44 Strada Reale.
== Kumpanija Flodrammatika ==
Mhux il-membri kollha kienu jitħajru jdoqqu xi strument tal-banda, u għalhekk ġara li dawn il-membri ġiethom f’moħħhom li jibdew jagħmlu t-Teatrin fil-bitħa kbira tal-każin. B’dan l-iskop fl-1913 twaqqfet il-[[Lija Dramatic Company]]. L-imseħbin ta’ din l-għaqda bdew itellgħu diversi xogħlijiet tal-palk u n-nies bdew kull nhar ta’ Sibt jew il-Ħadd filgħaxija jmorru jgħaddu l-ħin ħieles tagħhom hemmhekk. Il-bitħa kienet timtela u fix-xitwa, is-soċji kienu jsaqqfuha b’xi biċċa drapp tal-luna biex tilqa’ x-xita. Dak iż-żmien nisa ma kinux jaħdmu fuq il-palk, u l-parti tal-mara kien jaħdimha xi ġuvni li kellu vuċi rqiqa.
Il-qligħ mir-rappreżentazzjonijiet dejjem mar għall-bżonnijiet tal-banda u tal-każin.
Fl-1914 faqqgħet il-Gwerra l-Kbira, u minħabba f’hekk, l-attivitajiet fil-każin ma baqgħux numerużi bħal qabel. L-aħbarijiet koroh tal-gwerra kienu jaslu wkoll fir-raħal u n-nies bdew inisslu fihom sens ta’ biża’ u ta’ stennija fuq x’setgħa jiġri fil-ġejjieni. Meta mbagħad fl-1918, il-gwerra spiċċat, is-soċji tal-każin reġgħu intefgħu għall-ħidma, bil-banda ferm attiva fil-programmi mużikali tagħha, kemm fir-raħal kif ukoll f’irħula oħra. Matul is-sena kienu jsiru l-kunċerti sabiex imbagħad, fil-ġranet tal-festa tas-Salvatur, il-banda toħroġ iddoqq mat-toroq tar-raħal kif ukoll fuq il-planċier fuq l-istess zuntier tal-knisja.
Il-kumpanija tat-teatrin, ukoll, ma tellgħetx biss xogħlijiet tal-palk għan-nies ta’ Ħal Lija iżda ħadmet ukoll drammi u fares f' [[Il-Marsa]], [[Ħaż-Żebbuġ]] u postijiet oħra. Fl-1922 laħaq surmast proviżorju, Mro. Darmanin, minħabba li s-surmast Miruzzi kien ma jiflaħx. Insibu li fis-sena 1925 Mro Luiġi Fenech laħaq bħala l-ewwel Assistent Surmast. Sal-1926, is-surmast direttur tal-banda kien l-istess Antonio Miruzzi. Dan il-kompożitur magħruf, mix-xejn sawwar u rawwem il-banda sakemm, għajjien bit-tagħbija tax-xogħol u taż-żmien, ħass il-bżonn li jirtira darba għal dejjem minn fuq il-planċier.
Warajh, fuq rakkomandazzjoni tiegħu stess, inħatar Mro. Carmelo Scicluna li dam imexxi l-banda għal tmintax-il sena sħaħ. Jgħinu, bħala assistent surmast kellu lis-sur Luiġi Fenech li, mis-sena 1922 sas-sena 1944, kien dejjem jgħallem lill-allievi.
Fiż-żmien li qegħdin insemmu l-każini kollha ta’ Ħal Lija kienu fl-aqwa tagħhom u bosta rġiel kienu jiffrekwentawhom. Ftit, ftit, bejn is-soċji tal-każini bdew jidħlu ċerti piki u għalhekk kemm il-kappillan, Dun Anton Buhagiar, kif ukoll Dun Baskal Grech, kappillan tal-każin Pio X, kellhom biċċa xogħol diffiċli biex iżommu l-paċi u biex jikkwietaw l-irjus. Waħda mill-kwestjonijiet li kienet inqalgħet kienet dik ta’ meta xi affarijiet u xi standarti, li kienu propjetà tal-każin tal-banda Pio X, ma nstabux. Xi ħadd ħadhom baxx baxx u nqala’ ftit tal-inkwiet minħabba li s-soċji tal-każin kellhom ħjiel sewwa min kien ħadhom u għand min kienu. Minħabba f’hekk kien inqala’ ħafna għajdut u ġlied bla bżonn. Din il-kwistjoni damet sejra s-snin sakemm fl-aħħar twitta kollox u nstabet il-paċi meta l-affarijiet misruqa kollha ngħataw lura lill-każin tal-banda.


== Organisation ==
== Organisation ==

Revision as of 13:27, 13 August 2023

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905

Societal' Mużikali San Piju Ġużepp - A.D. 1905

Fl-1900, il-Maltin ftit jew wisq kienu għadhom jgħixu l-ħajja tagħhom kwieta bħal dik ta’ missirijiethom. Inkwiet industrijali ma kienx hawn u l-poplu fil-maġġoranza tiegħu kien għadu bla skola u ftit kien jisma’ bl-aħbarijiet jaħarqu ta’ pajjiżi oħra.

Minħabba ċ-ċokon tal-gżira, maħkuma kif kienu mill-Ingliżi, il-Maltin ftit setgħu jħarsu u jaraw ’il bogħod mix-xtut ta’ pajjiżhom. Għalihom ma kienx hemm ħlief li jissoktaw jgħixu fil-kwiet it-twemmin nisrani li kien jintiret mill-missier għall-iben. Kemm fl-ibliet kif ukoll fl-irħula ta’ Malta kont issib nies li qajla joħorġu mill-post fejn twieldu u għalhekk bilfors kellhom rabtiet qawwija ma’ pajjiżhom.

Kull belt u raħal kellu l-qaddis patrun tiegħu, u l-festa ta’ dan il-qaddis, li tiġi darba kull sena, kienet tiġi mfakkra bil-kbir. Propju minħabba f’hekk kienu bdew jinfetħu każini soċjali fl-ibliet u fl-irħula kollha ta’ Malta.

F’Ħal Lija wkoll, raħal ċkejken fiċ-ċentru ta’ Malta, inħass il-bżonn ta’ dawn il-każini u sa qabel l-1900 diġà kienu nfetħu xi tlieta. L-għan tagħhom kien li jservu ta’ post fejn jiltaqgħu l-irġiel tar-raħal, u fl-istess ħin iservu wkoll ta’ post fejn jinħadem l-armar tat-toroq għall-festa l-kbira tas-Salvatur.

Dak iż-żmien il-Kappillan ta’ Ħal Lija kien Dun Mattew Cortis li miegħu kellu joqgħod lil ħuh Dun Xand Cortis. Dan tal-aħħar kien iħobb jikteb fuq il-ħajja tan-nies ta’ żmienu. Fuq il-festa tas-Salvatur kien kiteb li n-nies ta’ Ħal Lija joħolmu wisq kmieni biha. Minn xahar qabel, jew iżjed tibda tisma’ l-isparar tal-maskli, it-tifqigħ tal-bombi, il-ġiri tat-tfal madwar iz-zuntier. Iż-żgħażagħ aktarx tarahom mehdija fil-ħin tas-serħ, u saħansitra jishru filgħaxija jħejju bandieri, trofej, piramidi, kuruni, stilel, skrizzjonijiet u ħwejjeġ oħra bħal dawn. Issa dan ix-xogħol kollu kien isir fil-każin tar-raħal. Meta dan l-armar, kollu skultura tlesta u beda jintrama fil-ġranet tal-festa, xi rġiel oħra minn Ħal Lija dehrilhom li tajjeb jitgħallmu xi strument tal-kordi sabiex jgħaddu ż-żmien. U hekk fl-1894 twaqqfet l-għaqda Mandolinista li semmewha Fior d’Arancio li tfisser Fjura tal-Larinġ. Wara, dawn il-mandolinisti kienu bdew joħorġu jdoqqu mat-toroq tar-raħal u jferrħu lil kulħadd bid-daqq tal-kordi melodjużi tal-kitarri u mandolini.

It-Twelid tal-Każin tal-Banda San Pio X

Minn dan wieħed jara li f’Ħal Lija minn dejjem kien hawn nies li jħobbu l-arti, b’mod speċjali l-mużika li terfa’ l-ħsieb li thenni l-qalb. Għalhekk xi nies minn Ħal Lija dehrilhom li tkun ħaġa xierqa kieku kellha titwaqqaf xi għaqda mużikali li mhux biss iddoqq strumenti tal-kordi iżda wkoll strumenti oħra. Dawn in-nies sabu min jinkuraġġihom u jtihom l-għajnuna f’dik li hi organizzazzjoni. Fost dawn insibu lil John Ellis u lil Luiġi Engerer li ta’ spiss kienu jkunu Ħal Lija għall-vaganzi tagħhom. Fl-ewwel ktieb tal-minuti tal-laqgħat tal-kumitat insibu li fit-23 ta’ Mejju, 1905 twaqqaf l-ewwel kumitat magħmul minn dawn is-sinjuri kollha jgħammru f’Ħal Lija:

  • President – Is-Sur John Ellis
  • Segretarju – Is-Sur Luiġi Engerer
  • Teżorier – Is-Sur Ċikku Xerri u sitt Deputati. Il-membri ġodda tal-każin għoġobhom jagħżlu bħala direttur spiritwali lil Dun Baskal Grech.

Issa l-attività prinċipali tal-membri kellha tkun il-mużika. Dawk li qabel kienu jdoqqu xi kitarra jew mandolina riedu jitgħallmu jdoqqu strumenti oħra u għalhekk il-kumitat mill-ewwel nieda konkors nazzjonali sabiex jagħżlu surmast magħruf. Għalhekk għamlu sejħa fil-ġurnali għal surmast direttur tal-banda u għaliha wieġbu dawn is-surmastrijiet diretturi kollha gwappi fl-arti tad-direzzjoni. Dawn kienu Maestri Gregorio Molinari, Giuseppe Filiberti, Francesco Parisi, Geroger Hendren, Ġanni Gatt, Antonio Miruzzi, G.E. Calì (Assistent Direttur tal-Orkestra tat-Teatru Rjal) u oħrajn. Dan jixhed illi l-element għall-ġid tal-mużika f’Malta qatt ma naqas u minn dejjem kien għani. Il-kummissjoni, mwaqqfa għal din l-għażla minn fost dawn l-imgħallmin professuri, wara stħarriġ, waslet fil-konklużjoni li taħtar lil Mro. Antonio Miruzzi, mużiċist, kompożitur u direttur mill-aħjar, sabiex jieħu taħt idejh il-Banda li kienet għadha kif twieldet.

Il-membri kienu ħafna u bosta minnhom xtaqu jitgħallmu jdoqqu. Membri li diġà kienu jdoqqu l-mandolina jew il-kitarra bdew jinkuraġġixxu liż-żgħażagħ sabiex jaqbdu malajr l-arti tal-mużika. Is-Surmast Miruzzi ried iwaqqaf il-banda fuq sisien sodi mill-ewwel u bejn minħabba l-kwalitajiet sbieħ tiegħu, u bejn bl-għajnuna li sab mill-mandolinisti, irnexxielu fi ftit żmien iħarreġ bosta allievi u jagħmilhom bandisti.

F’laqgħa ġenerali ġie deċiż li jgħammdu l-banda bl-isem ta’ Pio X, f’ġieħ il-Papa renjanti, il-Papa qaddis, il-Papa tal-Ewkaristija. Il-membri mhux biss riedu li l-każin tagħhom jissemma Pio X, iżda xtaqu wkoll li l-istess Papa jkun il-patrun tal-każin tal-banda. Għalhekk il-President Ellis, megħjun mid-direttur spiritwali Dun Baskal Grech li kien sar direttur spiritwali fis-27 ta’ Ġunju 1906, kiteb lill-Papa fejn talbu jaċċetta li hu nnifsu jkun il-patrun tagħhom. Il-Papa Pio X, li kien bniedem qaddis, aċċetta din it-talba, faħħar ’l-għaqda u s-sentimenti li spirawha sabiex tissemma għalih u bagħat l-Appostolika Benedizzjoni lill-membri kollha. Din l-ittra tinsab merfugħa b’għożża kbira fil-każin.

Segreteria Vescovile Valletta 25 Luglio 1905 Pregmo Signore, Sua Eccellenza Reverendissima Monsignor Vescovo mi incarica trasmettere alla S.V. Pregiatissima copia di una lettera ricevuta dalla Segreteria di Stato una risposta ad una lettera alla medesima indirizzata dalla S.V. come segue:

Illustrissimo e Reverendissimo Monsignore, Il Signor Giovanni Ellis di Malta espone che nella borgata di Casa Lia di contesta Isola si è recentemente constituito un “concerto cittadino” con lo speciale intendimento di recare un qualche utilità dalla classe operaia.

Il Santo Padre reso di ciò consapevole, vivamente si compiace dei sensi di profonda pietà ai quali il novello dodalizio protesta di inspirarsi, brama pertanto che la S.V. Illustrissima e Reverendissima partecipi al prelodato Signor Ellis e a tutti i membri di quella banda musicale l’appostolica benedizione che l’Augusto Pontefice imparte di cuore per attuatare ad essi la sua benevolenza in quel solo modo che gli è possibile. Mi avvalgo poi del favore incontro per confermarle e sense della più distinta stima con cui sono di

V.S. Illl.ma e Rev. ma Devotissimo Servo Giacomo della Chiesa Sostituto della Segreteria di Stato Roma 21 Luglio, 1905

Vescovo di Malta Con sensi intanti di perfetta osservanza professo della S.V. Preg.ma Devotissimo Servo Sac Paolo Gauci Pro Secretario Generale

Pregmo Sig. John Ellis Lia

Iktar tard Dun Baskal reġa’ kiteb lill-Papa fejn talbu f’isem il-membri kollha tal-każin, sabiex jagħti Indulġenza Plenarja lis-soċji kollha. Hawnhekk il-Papa Qaddis innifsu b’ittra miktuba minn idejh stess laqa’ din it-talba u ikkonċeda Indulġenza Plenarja lis-soċji kollha jekk dawn iqerru u jitqarbnu jew nhar il-festa ta’ Santa Ċeċilja jew il-Ħadd ta’ wara. Din l-ittra li hija relikwa mill-aqwa ta’ dan il-Papa Qaddis, ukoll tinsab b’għożża kbira fis-Sala tal-każin.

L-Inawgurazzjoni tal-Banda

Is-Surmast Miruzzi beda jlaqqa’ lill-bandisti allievi ta’ spiss u fi ftit xhur irnexxielu jwassal il-banda l-ġdida li tista’ tagħmel programm tal-inawgurazzjoni tagħha. Dan ġara fit-30 ta’ Diċembru 1906, meta l-planċier ġdid ġie mżanżan fuq iz-zuntier tal-knisja u l-Isqof Pietru Pace bierek żewġ standarti rregalati lill-banda l-ġdida mill-Kurunell John Francia u mill-Kurunell Markiż Giovanni DePiro, it-tnejn tar-Royal Malta Militia. Folla mdaqqsa assistiet għal dan il-programm mużikali u meta l-banda spiċċat iddoqq is-sinfonija Ogni Principio è Forte li s-Surmast Miruzzi kkompona apposta, in-nies infexxew iċapċpu sabiex juru l-apprezzament tagħhom. Wara sar diskors tal-okkażjoni mill-President tas-soċjetà is-Sur John Ellis, fejn ippreżenta bakketta tal-ebanu interzjata bil-fidda lis-surmast Miruzzi, bħala sinjal ta’ qima u ta’ rikonoxximent.

Meta spiċċa l-programm, in-nies ġew mistiedna għal trattament lussuż fid-dar 130, Main Street, Lija, li fih kullħadd, bandisti, soċji u ammiraturi, kiel u xorob fost il-ferħ u l-briju li jġibu magħhom okkażjonijiet bħal dawn.

Wara li għadda kollox, il-kumitat induna li għal dan it-trattament kellu joħroġ ’il fuq minn mitt lira u hekk il-kaxxa batiet u s-soċjetà kellha ssib ruħha fid-dejn. Hawnhekk ġie maħtur bħala teżorier is-Sur Salvu Mifsud li, bil-għaqal u l-ħidma tiegħu, irnexxielu jerġa’ jġib lis-soċjetà fuq saqajha, tħallas id-dejn u l-banda reġgħet bdiet tiltaqa’ u tkompli bil-ħajja normali ta’ qabel.

Hekk naraw li dan l-inkwiet finanzjarju ma tellifx il-ħidma li għaliha twaqqfet is-soċjetà – dik mużikali. Tant hu hekk li f’Jannar tal-1907 il-banda Pio X ġiet mistiedna mill-każin Konti Ruġġieru tar-Rabat sabiex twettaq programm mużikali nhar il-festa ta’ San Pawl. Il-programm kien sabiħ u ntgħoġob tant li r-Rabtin bħala sinjal ta’ ħbiberija u ammirazzjoni rregalaw lill-banda tazza tal-fidda.

Ftit wara l-banda ġiet mistiedna sabiex iddoqq programm fiż-Żejtun u minn hemm il-quddiem stedin ieħor bħal dan baqa’ jiżdied minn sena għal sena. R. Vassallo La Rosa laħaq president fit-28 ta’ Marzu 1909.

F’Ġunju 1910, il-banda ħadet sehem fl-isfilata li saret il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tar-Re Ġorġ V. Fost dokumenti tal-każin insibu ittra ta’ ringrazzjament u inkoraġġiment iffirmata minn Dr. Enrico Mizzi LL.D. għas-sehem li ħadet il-banda billi kienet wettqet programm ta’ mużika fil-ġnien tal-Ġeneral Barron. Is-Sur Luiġi Agius laħaq President fl-10 ta’ Ottubru 1911.

Il-każin tal-banda kompla jikber fil-għadd tal-membri. In-nies ta’ Ħal Lija kienu jieħdu gost jisimgħu l-banda tagħhom iddoqq, u bosta kienu dawk li kienu jmorru jisimgħu l-kunċerti fil-bitħa tal-każin. Nhar il-Festa tas-Salvatur 1910, il-bandisti żanżnu l-uniformi tas-sajf u l-każin kien nefaq £40 sabiex il-banda jkollha l-uniformi tagħha. Matul is-sena 1912 sar trasferiment mill-ewwel dar fejn kien il-Każin, No 41 Strada Reale, għall-post li qegħdin fih illum li dak iż-żmien kien 44 Strada Reale.

Kumpanija Flodrammatika

Mhux il-membri kollha kienu jitħajru jdoqqu xi strument tal-banda, u għalhekk ġara li dawn il-membri ġiethom f’moħħhom li jibdew jagħmlu t-Teatrin fil-bitħa kbira tal-każin. B’dan l-iskop fl-1913 twaqqfet il-Lija Dramatic Company. L-imseħbin ta’ din l-għaqda bdew itellgħu diversi xogħlijiet tal-palk u n-nies bdew kull nhar ta’ Sibt jew il-Ħadd filgħaxija jmorru jgħaddu l-ħin ħieles tagħhom hemmhekk. Il-bitħa kienet timtela u fix-xitwa, is-soċji kienu jsaqqfuha b’xi biċċa drapp tal-luna biex tilqa’ x-xita. Dak iż-żmien nisa ma kinux jaħdmu fuq il-palk, u l-parti tal-mara kien jaħdimha xi ġuvni li kellu vuċi rqiqa. Il-qligħ mir-rappreżentazzjonijiet dejjem mar għall-bżonnijiet tal-banda u tal-każin.

Fl-1914 faqqgħet il-Gwerra l-Kbira, u minħabba f’hekk, l-attivitajiet fil-każin ma baqgħux numerużi bħal qabel. L-aħbarijiet koroh tal-gwerra kienu jaslu wkoll fir-raħal u n-nies bdew inisslu fihom sens ta’ biża’ u ta’ stennija fuq x’setgħa jiġri fil-ġejjieni. Meta mbagħad fl-1918, il-gwerra spiċċat, is-soċji tal-każin reġgħu intefgħu għall-ħidma, bil-banda ferm attiva fil-programmi mużikali tagħha, kemm fir-raħal kif ukoll f’irħula oħra. Matul is-sena kienu jsiru l-kunċerti sabiex imbagħad, fil-ġranet tal-festa tas-Salvatur, il-banda toħroġ iddoqq mat-toroq tar-raħal kif ukoll fuq il-planċier fuq l-istess zuntier tal-knisja.

Il-kumpanija tat-teatrin, ukoll, ma tellgħetx biss xogħlijiet tal-palk għan-nies ta’ Ħal Lija iżda ħadmet ukoll drammi u fares f' Il-Marsa, Ħaż-Żebbuġ u postijiet oħra. Fl-1922 laħaq surmast proviżorju, Mro. Darmanin, minħabba li s-surmast Miruzzi kien ma jiflaħx. Insibu li fis-sena 1925 Mro Luiġi Fenech laħaq bħala l-ewwel Assistent Surmast. Sal-1926, is-surmast direttur tal-banda kien l-istess Antonio Miruzzi. Dan il-kompożitur magħruf, mix-xejn sawwar u rawwem il-banda sakemm, għajjien bit-tagħbija tax-xogħol u taż-żmien, ħass il-bżonn li jirtira darba għal dejjem minn fuq il-planċier.

Warajh, fuq rakkomandazzjoni tiegħu stess, inħatar Mro. Carmelo Scicluna li dam imexxi l-banda għal tmintax-il sena sħaħ. Jgħinu, bħala assistent surmast kellu lis-sur Luiġi Fenech li, mis-sena 1922 sas-sena 1944, kien dejjem jgħallem lill-allievi.

Fiż-żmien li qegħdin insemmu l-każini kollha ta’ Ħal Lija kienu fl-aqwa tagħhom u bosta rġiel kienu jiffrekwentawhom. Ftit, ftit, bejn is-soċji tal-każini bdew jidħlu ċerti piki u għalhekk kemm il-kappillan, Dun Anton Buhagiar, kif ukoll Dun Baskal Grech, kappillan tal-każin Pio X, kellhom biċċa xogħol diffiċli biex iżommu l-paċi u biex jikkwietaw l-irjus. Waħda mill-kwestjonijiet li kienet inqalgħet kienet dik ta’ meta xi affarijiet u xi standarti, li kienu propjetà tal-każin tal-banda Pio X, ma nstabux. Xi ħadd ħadhom baxx baxx u nqala’ ftit tal-inkwiet minħabba li s-soċji tal-każin kellhom ħjiel sewwa min kien ħadhom u għand min kienu. Minħabba f’hekk kien inqala’ ħafna għajdut u ġlied bla bżonn. Din il-kwistjoni damet sejra s-snin sakemm fl-aħħar twitta kollox u nstabet il-paċi meta l-affarijiet misruqa kollha ngħataw lura lill-każin tal-banda.

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 F.S.Pizzuto 1905 1906
02 Antonio Miruzzi 1906 1926
03 Carmelo Scicluna 1926 1940
04 Ġorġ Camenzuli 1940 1943
05 Ġużeppi Busuttil 1943 1944
06 Anthony Sammut 1944 1989
07 Ronnie Debattista 1989 1996
08 Raymond Fenech 1996 2014
08 Reno Busuttil 2014

Ass. Surmastrijiet

No Ass. Surmastrijiet Minn Sa
01 Mro. Luiġi Fenech 1924 1942
02 Mro. Emmanuel Morello 1953 1955
03 Mro. Joseph Vella 1944 1962
04 Mro. Salvu Tanti 1963 1996
05 Mro. Paul Busuttil 1993 1999
06 Mro. Reno Busuttil 1999 2014
07 Mro. Jesmond Agius 2014 2017
08 Mro. Andrea Cassar 2017

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 John Ellis 1905 1910
02 R Vassallo La Rosa 1910 1911
03 Luiġi Agius 1911 1912
04 Louis Engerer 1912 1924
05 Dr. John Bugeja 1925 1946
06 Luigi Fenech 1946 1948
07 John Portelli 1949 1953
08 Alfons Ebejer 1954 1962
09 John Portelli 1963 1965
10 Joseph Agius 1966 1970
11 Joseph Agius 1972 1981
12 Salvu Sammut 1971 1972
13 Ġużeppi Portelli 1982 1987
14 Louis Caruana 1988 2012
15 Frans Portelli 2012

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Louis Engerer 1905 1907
02 Carm Xerii 1908 1909
03 Louis Engerer 1909 1911
04 S.Grech 1912 1913
05 M.Gatt 1913 1914
06 L.Fenech 1915 1927
07 E.Micallef 1927 1931
08 Carm Cutajar 1931 1938
09 Alfons Ebejer 1938 1949
10 Salvu Mifsud 1949 1950
11 Alfons Ebejer 1950 1954
12 Salvu Muscat 1954 1956
13 S.Agius 1956 1961
14 Alfons Ebejer 1961 1966
15 Michael Saliba 1967 1996
16 Mark Sicberras 1996 1998
17 Salvu Borg 1998

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 F.Xerri 1905 1906
02 G. Vella 1907 1907
03 M.Gatt 1908 1908
04 S.Caruana 1909 1911
05 G.Fenech 1912
06 Anthony Agius 1912
07 G.Grech 1912
08 S.Grech 1912 1913
09 C.Fenech 1913 1914
10 S.Mifsud 1914 1920
11 Anthony Agius 1921 1923
12 S. Mifsud 1924 1948
13 Carm Cutajar 1949 1953
14 J.Dingli 1954 1955
15 Salvu Muscat 1956 1975
16 John Borg 1976 1977
17 Salvu Muscat 1978 1995
18 Michael Cassar 1996 2006
19 Frans Portelli 2006 2012
20 Mark Sciberras 2012

Direttur Spiritwali

No Direttur Spiritwali Minn Sa
01 Fr. Pasquale Grech 1905 1932
02 Mons. G. Scerri 1932 1963
03 Fr. Anton Ebejer 1964 2002
04 Fr. Diegu Theuma 2002

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Hymns and Festive Marches - Innijiet u Marċi Brijuzi - F'Għeluq it-43 sena bħala Surmast Direttur Mro. Anthony Sammut - Mis-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 (1987) 1987 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mis-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 (2000) 2000 *

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 100 Sena Anniversarju - Mis-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 (2005) 2005 *

Programmes and Publications

Memorials

Contacts Information

  • Address:- 'Villa Lija Sir Ugo Mifsud Street, Lija LIA 1915 - AD 1905'
  • President - Frans Portelli
  • Secretary - Salvu Borg
  • Treauser - Mark Sciberras

External links