Antonio Micallef

From M3P
Revision as of 11:35, 28 February 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Antoino Micallef)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Antonio Micallef twieled fit-12 t’ Ottubru, 1867 fin-Nadur Għawdex, ta’ftit jie il-familja ġiet lura Malta u marru jgħexu fil-Belt Valletta.

Is-surmast Antonio Micallef, li kien surmast tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar Ta’ Ħaż-Żabbar fis-snin 1919 sa 1921 u is-snin 1923 sa 1932, beda jitgħallem il-mużika ta’ seba’ snin mas-Soċjeta Filarmonika King's Own (lis-Stilla) il-Belt.

Ftit wara it-tnedija ta dan il-każin belti fis-sena 1874, missier Antonio ġie avviċinat minn Maestro Chevalier Giuseppe Borġ, l-ewwel surmast tal-banda lis-Stilla, biex Antonio jattendi it-tagħlim tal-mużika.

Qabel is-seklu għoxrin, ma kienx hemm minn idoqq it-trombun ħlief għal ftit mużiċisti li kienu mal-banned tas-Servizzi Ingliżi, jew it-tlett orkestri li kienu jeżistu f’dak iż-żmien.

Antonio Micallef għalhekk kien għażel bħala istrument mużikali il trumbun kantabbli kif xtaq il Maestro Chevalier Giuseppe Borġ. Antonio wera entużjażmu kbir għal-mużika u barra it-trumbun kien ukoll idoqq il-pjanu, kif ukoll il-vjolin u il-klarinett.

F’1888 Antonio beda il-karriera tiegħu jgħallem il-mużika. Ftit snin wara, b’rakommandazjoni tal-kummitat tas-surmast tal-banda ta’ lis-Stilla, ġie appuntat ‘Life Tutor’. Meta Paolino Vassallo fetaħ L-Istitut tal-Mużika fi Strada Żekka beda jgħallem il-mużika kif ukoll jitgħallem l-armonija u kompożizzjoni. Matul dan iż-Żmien, beda jikkomponi mużika għal baned u ta’ seba u għoxrin sena kien maħtur surmast tal-Alleanza, f’ Birkirkara, li illum nafu bħala il-banda Duke of Connaught Own Band Club.

Fl-aqwa tal-karriera tiegħu Antonio rebaħ numru ta’ konkorsi ġewwa l-Italja, kif ukoll ħa l-ewwel post f’konkors li sar f’Palermo f’ġieħ Patri Hartman li kien meqjus bħala “missier il-mużika”, u li għalija ġie ippremjat midalja tad-deheb.

Mis-sena 1903, Antonio Micallef, flimkien mal-familja, telaq xtutna lejn Tuneż biex jgħallem il-mużika fil-kommunita Maltja. Ħawn niejda orkestra għal-Maltin li semma ‘Il-Banda Duke of Connaught’s Own’. Waqt li kien f’Tunes, hu kien bagħat bċejjec ta’ kompożizjonijiet tiegħu lil-Vilhena Band Club tal-Floriana u dik ta’ Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat.

Wara li Antonio ġie lura minn Tune’ f’1906, il-kumitat ta’ Il Vilhena xtaq jaħtru direttur tal-banda, izda Antonio kien diġa’ aċċetta offerta mill-banda ta’ l-L’Għaqda Mużikali L’Isle Adam. Ma dan kollu, Antonio minn dejjem xtaq jidderieġi din il-banda tassew prestiġjużi ta’ Il Vilhena li kienet ta’ spiss taħdem qrib mal-banda ta’ Lis-Stilla, u qabel l-eluq tas-sena 1906 aċċetta din il-kariga ukoll.

Il-kumitat tal-klabb Banda Vilhena ġie imfaħħar bl-għazla tas-surmast Malti, Antonio Micallef, fil-gażżetta ‘Malta Tagħna’ tal- 5 ta’ Jannar, 1907. Ittellgħu programmi sbieħ mill banda ta’ Il Vilhena waqt il kariga ta’ dan is-surmast u ġie imsemmi fil-gażżetta ‘Malta Tagħna’ ta’ 16 ta’ Marzu, 1907 għad-direzzjoni tal-programm li twaqqaf il-ħadd, 10 ta’ Marzu 1907. Tant hu hekk, li l-Band La Vilhena irċeviet invit biex iddoqq lis-stess programm mas-surmast Antonio Micallef fil-Pjazza San Ġorg, il-Belt.

Fis-sena 1912, Antonio Micallef laħaq surġent u surmast tal-banda tat-Tieni Battaljun ma il-King’s Own Malta Regiment ftit wara li ir-reġistra mas-Servizzi Ingliż. Ġie onorat b’ċertifikat ta’ servizz tajjeb u eżemplari waqt iż-żmien li għamel ma l-Ingliżi, kif ukoll ġie ippreżentat b’midalja (Oak Leaf) għax-xogħol straordinarju għaliex kien ta’ aktar milli kien mistenni minnhu.

Fil-fatt Antonio kien imħeġġeġ biex jgħallem il-mużika liż-żagħżagħ tal-baned sa sentejn wara tmiem il-gwerra. L-għan kien li, bħalla surmast mas-servizzi Ingliżi, dawn iż-żagħżagħ jiffavorixxu lil Ingliżi u mhux il-moviment Taljan li xtaq lil Malta tingħaqad mal-Italja. B’dan il-għan, Antonio kien ħa kariga ta’ xi ħames baned matul is-servizz tiegħu mal-Militar Ingliż. l-ewwel gwerra kienet ħalliet il-bandet bi ftit musiċisti u surmastri, iżda is-surmast Antonio Micallef għamel minn kollox biex il-baned madwar Malta jibqa’ attivi f’dan iż-żmien.

Fis-sena 1919, Antonio, li kien għadu is-surmast tat-Tieni Battaljun tal-King’s Own Malta Regiment, ġie irrakomandat għal ħatra tas-surmast mal-Banda ta’ l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar. Antonio kien sorpriz kemm ġie milqugħ mil-membri u mil-mużikanti ta’ San Mikiel, u kien tant kuntent li kiteb innu iddedikat lil San Mikiel, l-istess innu li għadu jindaqq sal-lum fil-festa għal dan il-patrun u festi oħra. Antonio u il-banda ta’ San Mikiel kienu invitati biex idoqqu għal wieħed mil-ewwel avveniment bil-banda tal-Partit Laburista fi 1921.

Antonio kien surmast wkoll ma’ baned oħra ma dwar Malta fis-snin ta’ wara il gwerra, fosthom dik tas-Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 tal-Mellieħa u dik ta’ Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun, iżda fil-1922, hu kien ġie mistieden imur Lixandra, fl-Eġittu, biex jieħu post is-Surmast taljan Mro. Enrico Pucciarelli li kien għalliem tal-mużika u sostitut surmast tal-banda Maltija. Hemm skopra li meta waqqaf il-banda f’Tuneż, il-Maltin ta’ Lixandra semgħu bis-suċċess tiegħu u iddeċidew iwaqqfu banda tagħhom bl-isem ‘Valletta’.

Meta ġie lura minn Lixandra, f’1923, il-għaqda Malta Society of Arts, Manufacture and Commerce (MSA) resqu fil Palazz Della Salle. FIL-Belt Valletta u Antonio kien wieħed mil-ewwel għalliema tal-mużika f’dan il-palazz.

Għal darba oħra, Antonio ingħata il-kariga ta’ surmast mal-banda tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar. Dan irriżulta f’impenn ta’ disa’ snin (1923-1932). Matul dan l-impenn Antonio kien hemm bosta programmi sbieħ li ittellgħu. Fil-1924 il-Banda tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar, ġiet mistiedna biex id-doqq fil-festa tal-Madonna tal-Annunzjoni għal kommunita Orttodossa Griega, fejn il-komposizjoniet tas-surmast, sinfonia ‘Mikelina’, arrangament tiegħu ta’ ‘Ave Maria’, u sinfonia oħra ‘Wheel of Fortune’, kif ukoll l-Innu San Mikiel kienu inklusa fil-programm.

Fis-sena 1925, il banda tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar irċeviet standard u instrumenti ġodda u għal dan l-okkazjoni, b’uniformijiet ġodda, tressaq programm minn Antonio li jinkludu żewġ biċċiet mużika oħra tiegħu – il-marċ ‘Trionfale’ u tema ‘Sinfonia’. Ritratt mehmuż hawn taht.


Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar

Fl-banda tas-Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 tal-Mellieħa, fejn kien surmast (1912-1922) influwenza tal-partit Nazzjonalista kibret fis-snin għoxrin u tlieta mil-kumitat bdew klabb tagħhom Constitutional Club. Fis-sena 1927, meta Antonio kellu sittin sena, waqt li kien surmast mal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar, beda jitla il-Mellieħa biex iwaqqaf banda għal dan il-każin tal-banda ġdida Għaqda Mużikali Imperial. Din il-banda ġiet imwaqfa minn Antonio Micallef u xi oħrajn fil- 21 ta’ Settembru 1930.

Antonio Micallef ma qata qalbu minn xejn, minn dak li kien jiġi għal idejħ, u għalhekk kellhu karriera interesanti u ta’ suċċessi sbieħ, għaliex ma kienx jaqta qalbu qatt. Fis-sena 1932, hu kien kuntent li jirtira ta’ ħamsa u sittin sena biex jgħallem il-mużika lin-neputijiet tiegħu. Dan ma kien ta’ xejn, għax it-tfal tan-neputijiet tiegħu ħarġu mużiċisti tajbin.

Huwa kien miżżewweġ lill nee’ u kellhom għaxar tfal u kienu jgħexu fil-Ħamrun. Is-Surmast Antonio Micallef kien miet fis-17 ta’ Jannar, 1940.

Il-neputija tiegħu Anna Farrugia kitbet il-bijografija tiegħu b’isem ‘The Story of a Musician - Antonio Micallef 1867-1940’ li ġiet ippubblikata 2021.